Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home Temi Disturbi Muskulo-skeletali Min iħaddem.

Min iħaddem.

Il-problemi muskuloskeletali (MSDs) huma wieħed mill-aktar uġigħ komuni
uġigħ relatat max-xogħol.


Dawn jaffettwaw miljuni ta' ħaddiema Ewropej bi spiża ta' biljuni ta' euro għal min iħaddem. Prattika ħażina ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol tirriżulta fi spejjeż għoljin minħabba assenzi kawża ta' mard, kwalità ta' xogħol iżjed baxxa u telf ta' produzzjoni. Ovvjament meta jiġu indirizzati l-MSDs mhux biss titjieb il-ħajja tan-nies fuq il-post tax-xogħol, iżda jkun ukoll tajjeb għan-negozju.

Kif għandhom jiġu indirizzati l-MSDs

Għandha tingħata attenzjoni li jiġu identifikati l- fatturi ta' riskji kollha possibbli, speċjalment minħabba l-fatt li diversi fatturi jistgħu jkunu qegħdin jikkawżaw saħansitra iżjed problemi. Ikkonsulta mal-personal u mar-rappreżentanti tagħhom dwar kwalunkwe problemi u kwalunkwe soluzzjonijiet li jistgħu jkunu possibbli. L-ebda soluzzjoni waħda ma taħdem il-ħin kollu, għalhekk jistgħu jkunu neċessarji l-pariri ta' esperti għal problemi serji jew li ma jkunux komuni.

Sabiex l-MSDs ma jiżviluppawx, il-fatturi ta' riskju fuq il-post tax-xogħol għandhom jiġu identifikati u mbagħad għandhom jittieħdu miżuri prattiċi sabiex dawk ir-riskji jiġu evitati jew jiġu imnaqqsa.

Għandek taddotta strateġija ta’ maniġġjar integrata sabiex tittratta l-MSDs, li tinkludi mhux biss il-prevenzjoni, iżda wkoll li l-ħaddiema li diġà jbatu minn MSDs jinżammu, ikunu rijabilitati u milqugħa lura fil-post tax-xogħol.



Għandha tingħata wkoll attenzjoni:
  • lill-evalwazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskju
  • lill-osservanza tas-saħħa; lit-taħriġ;
  • lill-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta' l-impjegati;
  • lis-sistemi ergonomiċi tax-xogħol. Hemm ħafna fatturi ta' riskju li jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' l-MSDs, inkluż l-irfigħ manwali tat-tagħbijiet, il-qagħdiet skomdi, l-istress, it-theżżiż u ambjent tax-xogħol kiesaħ.


Il-Prevenzjoni:

  • evita r-riskji
  • ħu ħsieb ir-riskji f'ras il-għajn
  • naqqas ir-riskji billi tbiddel dak li hu perikoluż ma dak li huwa inqas perikoluż
  • evalwa u kkontrolla r-riskji li ma tistax tevita
  • adatta x-xogħol għall-individwu
  • osserva u addatta għall-progress tekniku
  • żviluppa politika ta' prevenzjoni
  • ipprovdi informazzjoni u struzzjonijiet tajbin dwar is-saħħa u s-sigurtà


Żomm lill-ħaddiema li diġà jbatu minn MSDs fix-xogħol:

  • ipprovdi rijabilitazzjoni
  • erġà ilqa' lill-ħaddiema fil-post tax-xogħol.


Il-leġislazzjoni Ewropea

Il-prevenzjoni ta' l-MSDs diġà hija rikonoxxuta fid-direttivi Ewropej, fir-regolamenti ta' l-Istati Membri u fil-linji gwida tal-prattika tajba. Id-Direttivi huma sostnuti minn serje ta’ standards Ewropej (magћrufa bћala EN standards), li jkomplu fejn ћallew id-Direttivi jew jgћinu fl-implimentazzjoni tagћhom.

Il-leġislazzjoni Ewropea ewlenija li hija relevanti gћall-prevenzjoni ta’ MSDs hija:

  • 89/391, li tipprovdi struttura ġenerali sabiex jiġu identifikati u evitati r-riskji;
  • 89/654, li tkopri l-istandards minimi tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, inkluż il-postijiet fejn wieħed joqgħod bilqegħda, id-dawl, it-temperatura u l-workstations;
  • 89/655, li titkellem dwar l-adattament ta’ apparat tax-xogћol;
  • 89/656, li tirreferi gћal apparat ta’ protezzjoni personali adattat;
  • 90/269, li tirreferi għall-identitifkazzjoni u l-prevenzjoni ta' riskji ta' tagħbija manwali;
  • 90/270, li tkopri r-rekwiżiti minimi ta’ saћћa u sigurta’ għal xogħol li jsir fuq skrins ta' kompjuters;
  • 93/104,li tkopri t-tqassim tal-ћin tax-xogћol;
  • 98/37, li tkopri l-makkinarju; u
  • 2002/44, li tkopri l-identifikazzjoni u l-prevenzjoni ta’ riskji li jirriżultaw minn theżżiż.

Tgħallem iżjed dwar Il-Leġislazzjoni Ewropea li għandha x'taqsam ma' l-MSDs relatati max-xogħol

 

Fejn tista' tikseb l-għajnuna

  • Il-personal tas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol
  • L-Assoċjazzjonijiet tan-negożju
  • L-Awtoritajiet nazzjonali tas-saħħa u s-sigurtà