Frequently Asked Questions
Index of FAQ sections
Mistoqsijiet komuni
-
Kemm hi mifruxa l-problema tal-MSDs?
- Il-problemi muskuloskeletali huma l-problemi tal-qalb relatati max-xogħol l-aktar komuni fl-UE-27: 25% tal-ħaddiema Ewropej jilmentaw minn uġigħ f'daharhom u 23% minn uġigħ fil-muskoli
- 62% tal-ħaddiema fl-UE-27 huma esposti għal kwart jew aktar mill-ħin tagħhom għal ċaqliq ripetittiv ta' l-id u tad-driegħ; 46% għal pożizzjonijiet ta' uġigħ jew ta' għeja; 35% għall-ġarr jew għaċ-ċaqliq ta' tagħbijiet tqal
- B'mod ġenerali, in-nisa huma inqas esposti għal fatturi ta' riskji fiżiċi, għalkemm ċaqliq ta' l-id jew tad-driegħ u xogħol li jħalli lil dak li jkun f'pożizzjonijiet ta' uġigħ jew ta' għeja huma esperjenzati b'mod indaqs miż-żewġ sessi
- Għal ċerti riskji – impjieg li jinvolvi persuni li kontinwament jiċċaqilqu minn post għal ieħor – b'mod sinjifikanti, in-nisa huma esposti aktar mill-irġiel, 11% u 6% rispettivament, għal kwart tal-ħin jew aktar
- L-MSDs huma kondizzjonijiet li jiswew ħafna, minħabba l-ispejjeż diretti tagħhom fl-oqsma ta' l-assigurazzjoni, tal-kumpens, mediċi u amministrattivi, kif ukoll spejjeż indiretti ta' produttività mitlufa
-
X'għandu jsir biex tingħeleb din il-problema tal-MSDs?
Sabiex tingħeleb il-problema tal-MSDs hemm bżonn ta' approċċ ta' maniġment integrat. Dan l-approċċ għandu jikkonsidra kemm il-prevenzjoni ta' problemi ġodda, kif ukoll iż-żamma, ir-rijabilitazzjoni u r-rintegrazzjoni ta' ħaddiema li diġa jsofru minn problemi muskuloskeletali.
Sabiex tipprevjeni l-problemi muskuloskeletali :
- Evita r-riskji tal-MSD
- Evalwa r-riskji li ma jistgħux jiġu evitati
- Indirizza r-riskji fis-sors
- Addatta x-xogħol għall-individwu
- Addatta għat-teknoloġija li dejjem tinbidel
- Ibdel dak li hu perikoluż b'dak li m'huwiex perikoluż jew li huwa inqas perikoluż
- Żviluppa politika koerenti ta' prevenzjoni totali, li tindirizza l-piż kollu fuq il-ġisem
- Agħti prijorità lill-miżuri ta' protezzjoni kollettiva fuq miżuri ta' protezzjoni individwali
- Agħti struzzjonijiet adattati għall-ħaddiema. Żomm lill-ħaddiema bl-MSDs fuq ix-xogħol:
- Ipprovdi rijabilitazzjoni
- Erġa' integra lil ħaddiema li jsofru jew li kienu qed isofru minn problemi muskuloskeletali lura fix-xogħol
-
Kif għandhom jiġu vvalutati r-riskji tal-MSDs?
Il-persuni li jimpjegaw huma mitluba legalment li jevalwaw ir-riskji fuq il-post tax-xogħol, u sabiex jieħdu azzjoni biex jipproteġu s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u ta' persuni oħrajn li jistgħu jiffaċċjaw periklu. Il-valutazzjoni tar-riskji tgħin biex jiġu identifikati l-perikli fuq il-post tax-xogħol u min jinsab fir-riskju, biex tittieħed deċiżjoni dwar miżuri ta' prevenzjoni adegwati u l-monitoraġġ tar-riskju. L-involviment tal-ħaddiema huwa essenzjali għal valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll b'suċċess.
Approċċ tal-valutazzjoni tar-riskju li jittieħed pass, pass jinvolvi:
- Ara x'inhuma l-perikli: aħseb dwar ix-xogħol li jkun sar u identifika l-perikli kollha jew il-kombinazzjonijiet tal-perikli li jistgħu jwasslu għall-MSDs; tkellem mal-ħaddiema u mas-sorveljaturi tagħhom; involvihom fil-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju u għarrafhom dwar ir-riżultati u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu
- Ikkunsidra min jista' jisfa mweġġa' u kif dan jista' jsir: aħseb f'kull min jista' jweġġa'; tinsiex il-ħaddiema li jaħdmu fuq bażi part-time u l-ħaddiema temporanji, kif ukoll ħaddiema li jieħdu xogħol mingħand ħaddieħor, li jipprovdu servizzi lill-kumpanija; involvi lill-ħaddiema u lis-sorveljaturi tagħhom fil-proċess tal-valutazzjoni, u għarrafhom b'dak li tkun ser tagħmel bil-għan li tnaqqas ir-riskju
- Evalwa r-riskji u ddeċiedi dwar l-azzjoni li trid tittieħed: ikkonsidra kif l-espożizzjoni għall-fatturi tar-riskju li ġew identifikati jistgħu jwasslu għal MSDs u x'għandu jsir biex dawn jiġu eliminati jew imnaqqsin
- Monitoraġġ tar-riskji u reviżjoni ta' l-azzjonijiet ta' prevenzjoni; meta fil-post tax-xogħol issir bidla sinjifikanti li tkun tikkonċerna t-tagħmir, il-metodi, ix-xogħlijiet jew affarijiet oħrajn, huwa importanti li tiċċekkja li ma jinħolqu l-ebda perikli ġodda, li jkunu jinħtieġu li jiġu kkontrollati Fuq tal-paġna
-
X'inhuma l-problemi ta' l-għonq u tal-parti ta' fuq tad-driegħ relatati max-xogħol?
WRULDs huma indebolimenti fl-istrutturi tal-ġisem bħalma huma l-muskoli, il-ġogi, l-għeruq, il-ligamenti, in-nervituri jew is-sistema lokalizzata taċ-ċirkolazzjoni tad-demm, li huma kkawżati jew aggravati primarjament bit-twettiq ta' xogħol u permezz ta' l-effetti ta' l-ambjent immedjat fejn ix-xogħol huwa mwettaq.
Ħafna mill-WRULDs relatati max-xogħol huma problemi kumulattivi, li jirriżultaw minn espożizzjonijiet ripetuti għal tagħbijiet ta' intensità għolja jew baxxa matul perjodu twil ta' żmien. Madankollu, l-MSDs jistgħu jkunu wkoll trawmi intensi, bħal ksur, li jseħħu waqt aċċident.
Dawn il-problemi jistgħu jaffettwaw l-għonq, l-ispallejn u d-dirgħajn/riġlejn ta' fuq. Uħud mill-WRULDs, bħal infjammazzjoni ta' l-għerq, is-sindrome ta' carpal tunnel, 'l hekk imsejjaħ vibration white finger u s-sindrome ta' thoracic outlet għandhom sinjali u sintomi ċari, filwaqt li oħrajn huma inqas ċari, li jinvolvu biss uġigħ, skonfort, nuqqas ta' sensittività u tagħrix.
Il-WRULDs huma xi drabi msejħa `tfekkik jew sforzi (fiżiċi)’, Repetition Strain Injuries (Korrimenti minħabba sforzi ripetuti) (RSIs) jew Problemi minn Trawma Kumulattiva (CTDs).
-
Jeżistu leġislazzjonijiet u standards biex jipprevjenu dawn il-problemi?
Kondizzjonijiet legali Ewropej relatati ma' problemi muskuloskeletali (MSDs) jinkludu konvenzjonijiet u standards internazzjonali, Direttivi Ewropej u standards Ewropej.
Fil-livell internazzjonali, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) ħarġet diversi konvenzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-MSDs. Qabel ma dawn il-konvenzjonijiet saru obbligi legali, kellhom jiġu irratifikati minn ċertu numru ta' stati.
Fil-livell Ewropew, ġew ippubblikati diversi Direttivi li għandhom x'jaqsmu direttament jew indirettament mal-MSDs. Direttiva Ewropea titlob leġislazzjoni nazzjonali għall-implimentar f'kull Stat Membru qabel ma din tidħol fis-sseħħ f'dak il-post. Ġeneralment, Direttiva tiffissa l-objettivi miftiehma biex ikunu konformi mill-Istati Membri fl-UE, iżda tħalli l-libertà ta' l-għażla fil-mod kif dawn jistgħu jintlaħqu. Dawn id-Direttivi huma miżjuda b'serje ta' standards EN Ewropej, li jimlew id-dettalji u b'hekk ikunu jistgħu jiġu implimentati.
L-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Istandardizzazzjoni (ISO) ippubblikat standards internazzjonali li jittrattaw il-kondizzjonijiet ergonomiċi għal stazzjonijiet tax-xogħol, metodi ta' valutazzjoni tar-riskju u aspetti oħrajn relatati mal-MSDs.
Wieħed jista' jsib aktar tagħrif f': Kondizzjonijiet legali Ewropej li għandhom x'jaqsmu ma' MSDs relatati max-xogħol.
-
X'għandu jiġi kkunsidrat meta trid tittieħed deċiżjoni dwar azzjonijiet ta' prevenzjoni?
Meta wieħed irid jiddeċiedi dwar azzjonijiet ta' prevenzjoni, għandhom jiġu kkunsidrati firxa wiesa' ta' bidliet possibbli:
- il-post tax-xogħol — per eżempju, jista' t-taqsim jiġi mtejjeb biex jiġi evitat li ħaddiema jagħmlu xogħlijiet li jeħtieġu applikazzjonijiet ta' forza kbira f'pożizzjonijiet tax-xogħol skomdi u statiċi?
- tagħmir tax-xogħol — per eżempju, l-għodod huma iddisinjati ergonomikalment? Jistgħu jintużaw għodod li jaħdmu bl-enerġija mekkanika biex titnaqqas il-forza meħtieġa għal biċċa xogħol? L-użu ta' dawn l-għodod ser iżid l-espożizzjoni għall-vibrazzjoni ta' l-id jew tad-driegħ?
- il-ħaddiema — dawn għandhom ikunu mħarrġa biex iżidu l-għarfien tagħhom dwar fatturi ergonomiċi u biex jagħrfu u jevitaw kondizzjonijiet tax-xogħol nieqsa mis-sigurtà. Barra dan, il-ħaddiema għandhom ikunu konvinti għala huwa importanti għalihom li joqogħdu attenti għall-prevenzjoni, u x'jiġri jekk din tiġi traskurata. Għandhom jiġu mgħarrfa wkoll dwar il-vantaġġi li jadottaw prattiċi u metodi tax-xogħol tajbin, f'termini ta' tbatija mnaqqsa u ebda pagi mitlufa
- xogħol mogħti bl-imqietgħa — waħda mill-aktar kondizzjonijiet importanti hija li jitnaqqsu t-talbiet fiżiċi ta' l-impjieg billi jitnaqqsu l-livelli tal-forza, ir-ripetizzjoni, pożizzjonijiet skomdi u/jew vibrazzjoni. Dan spiss jitlob l-użu ta' għodod jew metodi tax-xogħol ġodda
- immaniġġjar tax-xogħol — per eżempju, billi x-xogħol jiġi ppjanat aħjar jew bl-implimentazzjoni ta' sistemi sikuri tax-xogħol. Jista' jkun possibbli li jerġgħu jiġu allokati xogħlijiet bejn ħaddiema biex jitnaqqsu movimenti ripetuti, eżerċizzji ta' l-id li jitolbu ħafna forza u liwi jew brim fit-tul
- fil-livell ta' organizzazzjoni — soluzzjonijiet prattiċi jinkludu l-iżviluppar ta' proporzjonijiet ħidma/mistrieħ biex titnaqqas l-għeja, l-organizzar ta' waqfiet mix-xogħol għall-mistrieħ u sistema ta' rotazzjoni tax-xogħlijiet. Fil-livell korporattiv, l-adozzjoni ta' politika biex tiġi żviluppata kultura sikura b'saħħitha, għandha tiġi promossa sabiex tikseb impenn u involviment ta' l-ogħla livell fl-identifikazzjoni u l-kontroll tal-fatturi tar-riskju tal-MSDs, u biex jiġu mtejba l-miżuri tas-sigurtà u s-sorveljanza
-
X'inhuma l-fatturi li jistgħu jikkontribwixxu għall-MSDs?
Gruppi differenti ta' fatturi jistgħu jikkontribwixxu għall-MSDs, inkluż fatturi fiżiċi u bijomekkaniċi, fatturi ta' l-organizzazzjoni u psikosoċjali, u fatturi individwali u personali. Dawn jistgħu jaġixxu weħidhom jew flimkien.
Fatturi fiżiċi:
- Applikazzjoni ta' forza, eż. irfigħ, ġarr, ġbid, imbuttar, użu ta' l-għodda
- Ripetizzjoni ta' movimenti
- Pożizzjonijiet skomdi jew statiċi, eż. bl-idejn 'il fuq mil-livell ta' l-ispalla, jew f'pożizzjoni bilqiegħda jew bilwieqfa għal ħin twil
- Kompressjoni lokali ta' għodod u uċuh
- Vibrazzjoni
- Kesħa jew sħana eċċessiva
- Dawl baxx, eż. jista' jikkawża aċċident
- Livelli għoljin ta' ħsejjes, eż. jikkawża lill-ġisem biex jiġi tens
Fatturi ta' l-organizzazzjoni u psikosoċjali:
- Xogħol li jitlob ħafna attenzjoni, nuqqas ta' kontroll fuq ix-xogħlijiet imwettqa, u livelli baxxi ta' awtonomija
- Livelli baxxi ta' sodisfazzjon fix-xogħol
- Xogħol ripetittiv u monotonu f'pass mgħaġġel
- Nuqqas ta' appoġġ minn kollegi, sorveljaturi u maniġers
Fatturi individwali:
- Storja medika preċedenti
- Kapaċità fiżika
- Età
- Ħxuna żejda
- Tipjip
-
Liema setturi huma affettwati l-aktar?
Is-setturi ta' l-agrikoltura u l-kostruzzjoni huma l-aktar affettwati, fir-rigward tat-tnejn li huma: espożizzjoni għal riskji fiżiċi u lmenti ta' MSDs. Madankollu, is-setturi kollha huma involuti.
-
X'inhuma l-problemi muskuloskeletali (MSDs) relatati max-xogħol?
MSDs huma indebolimenti fl-istrutturi tal-ġisem bħalma huma l-muskoli, il-ġogi, l-għeruq, il-ligamenti, in-nervituri jew is-sistema lokalizzata taċ-ċirkolazzjoni tad-demm, li huma kkawżati jew aggravati primarjament bit-twettiq ta' xogħol u permezz ta' l-effetti ta' l-ambjent immedjat fejn ix-xogħol huwa mwettaq.
Ħafna mill-MSDs relatati max-xogħol huma problemi kumulattivi, li jirriżultaw minn espożizzjonijiet ripetuti għal tagħbijiet ta' intensità għolja jew baxxa matul perjodu twil ta' żmien. Madankollu, l-MSDs jistgħu jkunu wkoll trawmi intensi, bħal ksur, li jseħħi waqt aċċident.
Primarjament, dawn il-problemi jaffettwaw id-dahar, l-għonq, l-ispallejn u d-dirgħajn/riġlejn ta' fuq, iżda jistgħu jħallu effett ukoll fuq id-dirgħajn/riġlejn t'isfel. Uħud mill-MSDs, bħalma huwa s-sindrome ta' carpal tunnel fil-polz, huma speċifiċi minħabba s-sinjali u s-sintomi ċari tagħhom. Xi MSDs ma jistgħux ikunu speċifikati għaliex jeżisti biss uġigħ u skonfort mingħajr evidenza ta' disturb speċifiku b'mod ċar.
-
Liema impjiegi huma l-aktar fir-riskju?
L-impjiegi kollha huma involuti, iżda l-aktar li jiġu affettwati huma dawn li ġejjin:
- Ħaddiema fl-agrikoltura, fil-foresti u fis-sajd
- Ħaddiema fil-kostruzzjoni
- Mastrudaxxi
- Sewwieqa
- Infermiera
- Naddafa
- Ħaddiema fil-minjieri
- Operaturi li jħaddmu magni
- Ħaddiema tas-sengħa
- Ħajjata
- Ħaddiema li jinnegozjaw bl-imnut
- Ħaddiema f'lukandi, ristoranti u fil-qasam tal-catering
- Segretarji u tajpisti
- Lowders u uplowders

