Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home Temi Tmexxija Amministrattiva
employer-consultation

Tmexxija Amministrattiva

Il-ġestjoni effettiva tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol hija fattur ewlieni tas-suċċess kontinwu tan-negozji. Huwa importanti li l-maniġers anzjani jfittxu li juru tmexxija effettiva mil-lat ta' saħħa u sigurtà flimkien ma' u integrata mar-responsabbiltajiet u d-dmirijiet l-oħrajn tagħhom. Ġestjoni effettiva tinvolvi l-iżgurar tas-saħħa, is-sigurtà u l-benesseri tal-persunal kollu billi tnaqqas ir-riskju, u billi tiżgura protezzjoni minn ħsara jew mard li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ xogħol.

Huwa d-dmir ta' mexxej ’ li jipprovdi direzzjoni strateġika għall-ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà fl-organizzazzjoni tiegħu u li jimmotiva lill-persunal sabiex jimpenja ruħu b’mod effettiv fl-iżgurar ta’ prestazzjoni tajba fis-saħħa u fis-sigurtà.

Għaldaqstant teżisti differenza importanti bejn it-tmexxija mil-lat ta' saħħa u s-sigurtà u l-ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà. L-ewwel waħda hija strateġika filwaqt li t-tieni waħda hija operattiva. Hawnhekk l-attenzjoni hija fuq it-tmexxija: ħafna mill-enfasi titpoġġa fuq il-maniġment superjuri sa u inkluż il-livell tal-Bord.

L-ispejjeż u l-benefiċċji tat-tmexxija fuq is-saħħa u s-sigurtà

It-tmexxija hija wieħed mill-fatturi ewlenin li jikkontribwixxu għall-benesseri tal-impjegati, u hija fundamentali għall-promozzjoni u għas-sostenn ta’ post tax-xogħol sigur u san.

Tmexxija u ġestjoni ħżiena fil-post tax-xogħol jistgħu jwasslu għal ħafna konsegwenzi negattivi għall-impjegati.

Il-letteratura xjentifika sabet relazzjoni qawwija bejn id-dimensjonijiet ta' tmexxija u l-benesseri mtejba tal-impjegati (jiġifieri: inqas ansjetà, dipressjoni, u stress minħabba x-xogħol), tnaqqis fil-lif minħabba mard u pensjonijiet ta’ diżabilità mnaqqsa.

It-tmexxija u l-ġestjoni ħżiena nstabu li huma tbassir saljenti tar-riżultati tas-sigurtà fl-organizzazzjonijiet, u jistgħu jiġu relatati mal-ingaġġ tal-impjegati fil-prattiċi ta’ stil ta’ ħajja san. Barra minn hekk, diversi studji sabu li tmexxija b’saħħitha u effettiva tħalli impatt pożittiv fuq is-saħħa u l-benesseri tal-impjegati.

Tmexxija ħażina mil-lat ta' OHS tista’ twassal għal ħsara finanzjarja u fir-reputazzjoni kif ukoll tikkontribwixxi għal prestazzjoni finanzjarja u operattiva ħażina.

Pereżempju: Kimiku kkalkula li l-ħin mitluf minħabba inċidenti li jirriżultaw f’jum jew aktar ’il bogħod mix-xogħol jammontaw għal aktar minn 22,000 Euro). L-ispiża finanzjarja reali ġiet ikkalkulata billi tqiesu:

  • il-ħin għall-amministrazzjoni għall-investigazzjoni ta' inċident
  • il-waqfien fil-produzzjoni għall-investigazzjoni ta’ inċident
  • kull obbligazzjoni assoċjata ma’ korrimenti fuq il-post tax-xogħol
  • l-ispejjeż relatati mal-implimentazzjoni ta’ miżuri preventivi fil-ġejjieni.

Għall-kuntrarju ta’ dan, tmexxija tajba tista’ tħalli effetti pożittivi aktar mifruxa fuq l-organizzazzjoni, li jinkludu:

  • il-kost-benefiċċju tat-tmexxija fuq is-saħħa u s-sigurtàit-tisħiħ tar-reputazzjoni ’tal-kumpanija
  • lealtà akbar mill-klijenti u s-sottokuntratturi
  • moral imtejjeb fost l-impjegati
  • kapaċità akbar biex jiġu attirati l-aħjar impjegati: impjegatur tal-għażla
  • abilità li jintrebħu kuntratti ġodda
  • produttività mtejba u effiċjenzi operattivi akbar

Stili ta’ tmexxija: It-tajjeb, il-ħażin u l-ikrah

It-tmexxija tista’ titfisser b’diversi modi u f’livelli differenti. Korp dejjem jikber ta’ riċerka sab li l-istil ta’ tmexxija għandu l-potenzjal li jinfluwenza u li jħalli impatt fuq is-sigurtà, is-saħħa u l-benesseri tal-impjegati.

Tmexxija trasformazzjonali: it-TAJJEB


It-tmexxija trasformazzjonali għandha l-għan li tippromwovi tibdil pożittiv fl-individwi u fis-sistemi soċjali. Din tfittex li ssaħħaħ il-motivazzjoni, il-moral u l-prestazzjoni ta’ min isegwiha permezz ta’ firxa sħiħa ta’ mekkaniżmi billi:

  • tgħaqqad is-sens ta’ identità tal-impjegati mal-missjoni u mal-identità kollettiva tal-organizzazzjoni
  • tifhem is-saħħiet u d-dgħjufijiet tal-impjegati, biex b’hekk il-mexxej ikun jista’ jallinja l-impjegati ma’ kompiti li jtejbu l-prestazzjoni tagħhom
  • tisfida u tinkoraġġixxi impjegati biex jerfgħu aktar resposabbiltà għax-xogħol tagħhom
  • taġixxi bħala mudell għall-impjegati bl-għan li tispirahom u timmotivahom

Il-mexxejja transformazzjonali għandhom l-għan li jinfluwenzaw is-subordinati billi

“jwessgħu u jelevaw l-għanijiet ta’ min isegwi ’ u jipprovduhom bil-kunfidenza sabiex joffru prestazzjoni lil hinn mill-aspettattivi speċifikati fil-ftehim ta’ skambju impliċitu jew espliċitu”. (Dvir et al., 2002. p/ 735)

Il-mexxejja trasformazzjonali jistgħu b’mod pożittiv u indirettament jinfluwenzaw il-benesseri psikoloġiku tal-impjegati billi jqanqlu emozzjonijiet pożittivi permezz tal-interazzjoni tagħhom mas-subordinati.. Barra minn hekk, dawn it-tipi ta’ mexxejja jistgħu wkoll itejbu l-benesseri tal-impjegati permezz tal-effetti tagħhom fuq it-tifsira u l-għan perċeputi li l-impjegati jiksbu mix-xogħol tagħhom.

Tmexxija passiva: il-ĦAŻIN

It-tmexxija passiva tinkludi żewġ dimensjonijiet ewlenin:

  • Imġiba b’ġestjoni b’eċċezzjoni (passiva): hija kkaratterizzata minn mexxejja li jistennew sakemm il-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-prestazzjoni jsiru serji ħafna qabel ma jieħdu azzjoni korrettiva.
  • Tmexxija laissez-faire: hija kkaratterizzata minn nuqqas ta' azzjoni, ma tkunx disponibbli meta tkun meħtieġa mis-subordinati, tonqos milli tiċċara l-aspettattiva tal-prestazzjoni u tevita kemm milli tieħu deċiżjonijiet kif ukoll responsabbiltajiet ta’ tmexxija.

Superviżjoni abbużiva: l-IKRAH

superviżjoni abużiva fit-tmexxijaIs-superviżjoni abbużiva hija definita mill-perċezzjonijiet tas-subordinati fir-rigward tal-limitu ta’ kemm is-superviżuri tagħhom jinvolvu ruħhom fil-wiri sostnut ta’ imġiba ostili u imġiba mhux verbali (eskluż il-kuntatt fiżiku).

Dan l-approċċ ta’ tmexxija huwa ħafna drabi kkaratterizzat minn imġiba (verbali u mhux verbali) li hija perċeputa bħala abbużiva, li timmina, aggressiva u emozzjonalment abbużiva.

Xi eżempji jinkludu: li wieħed jirridikola lis-subordinati b’mod pubbliku, li jwaħħal fis-subordinati għall-iżbalji li ma jkunux għamlu huma u l-użu ta’ ismijiet derogatorji u l-intimidazzjoni. L-imġiba abbużiva mis-superviżuri ġiet marbuta ma’ effetti detrimentali fuq is-saħħa tal-impjegati u l-benesseri, l-attitudnijiet relatati max-xogħol u l-prestazzjoni tax-xogħol.

Tmexxija tal-OSH u ġestjoni tal-OSH

Il-mexxejja għandhom rwol ewlieni u importanti fl-influwenza tal-ġestjoni tas-saħħa u tas-sigurtà b’għadd ta’ modi differenti.

Dawn jistgħu jinkludu:

  • l-istabbiliment ta' governanza effettiva għall-ġestjoni tal-OHS
  • it-tfassil ta' strateġija, politika u miri u l-monitoraġġ tal-progress
  • l-għoti ta' eżempji ta' prattika tajba permezz tal-imġiba tagħhom stess
  • l-istabbiliment ta' kultura pożittiva dwar is-saħħa u s-sigurtà u l-involviment tal-persunal kollu fi kwistjonijiet relatati mas-saħħa u s-sigurtà
  • l-iżgurar li s-saħħa u s-sigurtà jibqgħu prijorità matul l-operazzjonijiet minn jum għal jum
  • l-għoti tas-setgħa lill-impjegati individwali sabiex jieħdu azzjonijiet preventivi kif ukoll sabiex jaġixxu b’mod san u sigur
  • l-għoti ta' taħriġ, għodod u tagħmir tas-sigurtà neċessarju
  • l-involviment tal-impjegati fid-deċiżjonijiet li jirrigwardaw is-saħħa u s-sigurtà

Il-karatteristiċi ewlenin u l-markaturi tat-tmexxija fl-OHS

tmexxija b'saħħitha fl-OHSKif tidher tmexxija b'saħħitha fl-OHS?

Uħud mill-karatteristiċi u l-markaturi ewlenin ta’ tmexxija b'saħħitha fl-OHS fl-organizzazzjonijiet jinkludu tmexxija attiva, l-involviment u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema, u valutazzjoni effettiva u proċedura ta’ reviżjoni tal-ambjent tax-xogħol (L-Istitut tad-Diretturi u l-Eżekuttiv tas-Saħħa u s-Sigurtà, 2007).

Tmexxija attiva tal-OSH ...

... għandha turi impenn attiv viżibbli mill-maniġers anzjani u mill-Bord fi kwistjonijiet relatati mas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u l-benesseri tal-impjegati. Dan l-impenn attiv għandu jiġi akkumpanjat b’livelli għoljin ta’ impenn u fiduċja fi ħdan l-organizzazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mas-saħħa u s-sigurtà.

Fil-livell tal-Bord, tmexxija attiva tista’ tintwera billi jiġu pprovduti strateġija u politika komprensivi u integrati dwar is-saħħa u s-sigurtà, kif ukoll strutturi ta’ governanza effettivi. Fil-livell tal-maniġers u s-superviżuri, tmexxija attiva tista’ titrawwem ​​permezz tal-użu ta’ sistemi ta’ komunikazzjoni bidirezzjonali; u fejn ikun xieraq, permezz ta’ strutturi ta’ ġestjoni effettivi u miftuħa.

L-involviment attiv u kontinwu tal-impjegati ...

... fil-promozzjoni u l-ġestjoni ta’ kundizzjonijiet u proċeduri tax-xogħol relatati mas-saħħa u s-sigurtà huwa markatur ewlieni ta’ tmexxija b’saħħitha fl-OSH. Il-mexxejja jistgħu u għandhom iħeġġu lill-impjegati sabiex ikunu involuti b’mod attiv fil-promozzjoni u fil-protezzjoni ta’ post tax-xogħol li jkun sigur u san. Dan kollu jista’ jintlaħaq billi titwassal informazzjoni, taħriġ u edukazzjoni ta’ kwalità għolja f’dak li għandu x’jaqsam mas-saħħa u s-sigurtà.

L-inkoraġġiment u t-tkabbir tal-involviment tal-impjegati jista’ jinkiseb permezz ta’ komunikazzjoni bidirezzjonali effettiva bejn il-ħaddiema u l-maniġment; fejn il-mexxejja huma lesti li jirċievu l-kontribut u l-feedback tal-impjegati.

It-tmexxija u l-ġestjoni b’saħħitha fl-OSH għandha tinkludi proċeduri ta’ valutazzjoni u ta’ reviżjoni effettivi ...

... inkluż l-identifikazzjoni u l-ġestjoni f’waqthom u b’mod effettiv tar-riskji marbuta mas-saħħa u s-sigurtà. Jista’ jkun meħtieġ l-użu ta’ pariri esperti kompetenti biex b’hekk ikunu jistgħu jiġu stabbiliti dawn il-proċeduri ta’ valutazzjoni u reviżjoni. Il-mexxejja għandhom jimmiraw għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u r-reviżjoni tal-prestazzjoni tas-saħħa u s-sigurtà - fi ħdan u madwar l-organizzazzjoni – biex b’hekk din tkun waħda trasparenti għall-ħaddiema kollha u l-partijiet interessati ewlenin.

Informazzjoni prattika: tmexxija b’saħħitha fl-OHS

Il-prir prattiku deskritt f’din it-taqsima huwa bbażat fuq il-gwida li ġiet żviluppata mill-Eżekuttiv tas-Saħħa u s-Sigurtà Brittaniku “Leading Health and Safety at Work (It-Tmexxija tas-Saħħa u s-Sigurtà fix-Xogħol)” (L-Istitut tal-Diretturi u l-Eżekuttiv tas-Saħħa u s-Sigurtà, 2007)

Il-mexxejja jistabbilixxu l-istrateġija għall-ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà

Il-politiki u l-prattiki tal-OHS għandhom ‘jitmexxew minn fuq’, u l-mexxejja fl-organizzazzjoni għandhom rwol importanti huma u jmexxu l-inizjattivi u jaġixxu bħala mudelli ewlenin. Dan jista’ jintlaħaq u jitkabbar ​​permezz ta’ diversi azzjonijiet ewlenin. Il-politika tas-saħħa u s-sigurtà hija parti fundamentali mill-istrateġija tas-saħħa u s-sigurtà tal-organizzazzjoni u, fl-istess ħin, tista’ titqies bħala riflessjoni tal-kultura tal-organizzazzjoni’’. Il-passi li jistgħu jittieħdu jinkludu: 

  1. il-Bord u l-maniġment superjuri għandhom jistabbilixxu d-direzzjoni u l-istrateġija għall-ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-organizzazzjoni’ tagħhom. ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà
    Il-Bord u l-maniġment superjuri għandhom ir-responsabbiltà aħħarija kemm: (a) biex jikkomunikaw il-prattiki u l-politiki relatati mas-saħħa u s-sigurtà tal-organizzazzjoni fi ħdanha stess; kif ukoll (b) imexxu bl-eżempju fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-saħħa u s-sigurtà.
  2. il-Bord u l-maniġers anzjani għandhom jiżviluppaw strateġiji, politiki u prattiċi għall-ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Dan kollu għandu jkun ibbażat fuq evidenza, li tkun stabbilita fi ħdan qafas ta’ riskju u ta’ ġestjoni tar-riskji, u msejsa fuq il-parteċipazzjoni u l-involviment b’mod attiv min-naħa tal-impjegat.
  3. Il-politika tal-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi r-responsabbilitajiet kollettivi’ tal-membri tal-Bord u tal-maniġment superjuri fir-rigward tat-twassil ta’ tmexxija b’saħħitha fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
  4. Il-politika dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-organizzazzjoni għandha titqies u tiġi ġestita bħala dokument ħaj’, li għandu jevolvi u jiżviluppa maż-żmien, filwaqt li jqis il-bidliet organizzattivi ewlenin bħall-akkwisti jew ristrutturar. Fl-aħħarnett, it-tmexxija għandha tiżgura l-għarfien tar-riskji kollha sinifikanti li jiltaqgħu magħhom l-organizzazzjoni u l-impjegati qabel ma jintlaħaq ftehim fuq il-politika tas-saħħa u s-sigurtà.

Il-mexxejja jiżguraw l-iżvilupp ta’ sistemi amministrattivi effettivi mil-lat ta' saħħa u sigurtà

Il-funzjoni ewlenija tal-mexxejja hija li jistabbilixxu d-direzzjoni u l-istrateġija. Madankollu, għandhom ukoll ir-responsabbiltà li jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ arranġamenti xierqa biex il-politika u l-istrateġija żviluppati jissarrfu fi prattiki u azzjonijiet effettivi.

Il-ġestjoni effettiva tas-sistemi għas-saħħa u s-sigurtà hija regolata minn tliet prinċiplji ewlenin:

  1. l-istrateġiji u l-politiki żviluppati għandhom jissarrfu f’miri possibbli u li jistgħu jitkejlu
  2. il-progress meta mqabbel ma' dawn il-miri għandu jitkejjel u jiġi rivedut kontinwament
  3. il-mexxejja għandhom jiżguraw li l-miżuri, in-nies u l-proċeduri xierqa jkunu fis-seħħ biex is-saħħa u s-sigurtà jiġu ġestiti b’dan il-mod.

Issorvelja l-prestazzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà u s-Sistemi Amministrattivi relatati

monitoraġġ tas-saħħa u s-sigurtàHuwa importanti li l-Bord u l-maniġers anzjani jissorveljaw il-ġestjoni u l-prestazzjoni tas-saħħa u s-sigurtà kontra miri li jistgħu jitkejlu. Sabiex dan iseħħ, is-sistema ta’ ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà għandha tkun strutturata u fis-seħħ b’tali mod li tipprovdi lill-Bord u lill-maniġment superjuri b’informazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq bażi regolari, u, abbażi ta’ dan l-għarfien, jippermettulhom li jirreaġixxu b’mod xieraq u f’waqtu għal kwistjonijiet identifikati.

Il-mexxejja għandhom jiżguraw li:

  • jingħata piż xieraq għall-irrapportar kemm tal-informazzjoni kuntestwali (bħall-progress tal-programmi ta’ taħriġ u manutenzjoni) kif ukoll ta' dejta inċidentali (bħar-rati ta’ inċidenti u ta’ assenza minħabba mard)
  • jitwettqu u jiġu riveduti verifiki perjodiċi dwar l-effikaċja ta’ strutturi ta’ ġestjoni u kontrolli tar-riskju għas-saħħa u s-sigurtà
  • l-impatt tal-bidliet bħall-introduzzjoni ta’ proċeduri ġodda, proċessi tax-xogħol jew prodotti, jew kwalunkwe nuqqas importanti fis-saħħa u s-sigurtà jiġu rrapportati mill-aktar fis possibbli lill-Bord
  • ikun hemm disponibbli proċeduri li jippermettu l-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti ġodda u mibdula u li jikkunsidraw l-iżviluppi u l-avvenimenti esterni.

Reviżjoni

Ir-reviżjonijiet formali huma essenzjali għall-promozzjoni ta’ tmexxija u prestazzjoni tajba fl-OHS. Il-monitoraġġ effettiv tal-assenza minħabba mard u tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol jista’ jwissi lill-bord u lill-maniġment superjuri għall-problemi bażiċi li jistgħu jwasslu għal dannu serju fil-prestazzjoni jew li jirriżultaw f’aċċident jew mard fit-tul.

Il-mexxejja tal-organizzazzjoni għandhom jirrevedu l-prestazzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-organizzazzjoni fid-dettall mill-inqas darba fis-sena’. L-impjegati għandhom ikunu involuti f’dan il-proċess ta’ reviżjoni filwaqt li l-feedback tagħhom għandu jiġi kkunsidrat. Ir-riżultati tar-reviżjoni mwettqa għandhom jiġu diskussi fost dawk li għandhom kariga għolja fl-organizzazzjonijiet, u wara jiġu kkomunikati lill-impjegati.

B’mod ġenerali, ir-reviżjoni annwali għandha:

  • tikkunsidra jekk il-politika tas-saħħa u s-sigurtà tirriflettix u hijiex konsistenti mal-pjanijiet, il-prijoritajiet u l-miri kurrenti u futuri tal-organizzazzjoni’
  • tikkunsidra jekk is-sistema ta’ ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà li’ tirrapporta lill-Bord kinitx waħda xierqa, f’waqtha u effettiva
  • tidentifika u tevalwa kull nuqqas fis-saħħa u s-sigurtà, u l-effetti li jħallu d-deċiżjonijet tal-Bord u tal-maniġment fuq il-prestazzjoni tas-saħħa u s-sigurtà
  • tindirizza kull nuqqas u timplimenta l-bidliet neċessarji fi ħdan il-limiti taż-żmien biex jiġi sorveljat it-titjib tagħhom.

Il-mexxejja jiżguraw l-iżvilupp ta’ sistemi amministrattivi effettivi għas-saħħa u s-sigurtà

Il-konsulenza teknika deskritta f’din it-taqsima hija bbażata fuq il-gwida li ġiet żviluppata mill-Eżekuttiv tas-Saħħa u s-Sigurtà Brittaniku “Leading Health and Safety at Work (It-Tmexxija tas-Saħħa u s-Sigurtà fix-Xogħol)” (L-Istitut tal-Diretturi u l-Eżekuttiv tas-Saħħa u s-Sigurtà, 2007)

  • Il-mexxejja għandhom jikkunsidraw l-implikazzjonijiet tas-saħħa u s-sigurtà li jirriżultaw mill-introduzzjoni ta’ proċessi ġodda, modi ġodda kif isir ix-xogħol jew persunal ġdid.
  • Il-mexxejja għandhom jiżguraw li jitwettqu regolarment valutazzjonijiet tar-riskju u li jiġu implimentati l-azzjonijiet ta’ ġestjoni u prevenzjoni xierqa abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju.
  • Il-mexxejja għandhom jiżguraw li l-attivitajiet relatati mal-ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà jkollhom biżżejjed riżorsi u l-impenn f’dawn l-inizjattivi jkun wieħed viżibbli u appoġġat kontinwament minn min iħaddem/il-maniġment.
  • Il-mexxejja għandhom jinkoraġġixxu u jħeġġu l-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-kwistjonijiet relatati mas-saħħa u s-sigurtà, apparti d-dmir legali tal-organizzazzjoni li tikkonsulta lir-rappreżentanti tal-impjegati’. 
  • It-tmexxija tkun aktar effettiva jekk tkun waħda viżibbli. Il-Membri tal-Bord u l-maniġers anzjani jistgħu jsaħħu l-ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà billi jkunu preżenti regolarment fit-taqsima tal-produzzjoni u fl-organizzazzjoni kollha.
  • L-impenn għall-OHS mill-mexxejja fl-organizzazzjoni tista’ tintwera billi jiġi żgurat li l-kwistjonijiet relatati mas-saħħa u s-sigurtà jkunu dejjem fuq l-aġenda tal-laqgħat tal-Bord/maniġment superjuri.
  • It-taħriġ fis-saħħa u s-sigurtà għandu jiġu pprovdut għall-mexxejja kollha li jagħmlu parti mill-organizzazzjoni. Dan jista’ jgħin biex ikabbar u jippromwovi l-kuxjenza u l-fehim tal-importanza tal-OHS.  Konoxxenza u għarfien akbar fost il-mexxejja jistgħu jwasslu biex dawn jaġixxu bħala sostenituri b’saħħithom - ‘difensuri’ tal-OHS.
  • Il-mexxejja għandhom jikkunsidraw is-saħħa u s-sigurtà meta jiddeċiedu dwar il-ħatriet fi ħdan il-maniġment superjuri. L-evalwazzjonijiet tal-maniġment superjuri għandhom jinkludu valutazzjoni tal-kontribut tagħhom fil-ġestjoni u l-prestazzjoni tas-saħħa u s-sigurtà.
  • Il-mexxejja għandhom jiżguraw li ’l-prestazzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-organizzazzjoni tkun irreġistrata fir-Rapporti Annwali tagħha għall-partijiet interessati u l-investituri. Għandhom jiżguraw ukoll li membri tal-Bord, inklużi l-membri mhux Eżekuttivi, jagħmlu żjarat regolari fit-taqsima tal-produzzjoni u f’partijiet oħra tal-organizzazzjoni sabiex jiġbru informazzjoni għar-reviżjoni formali.