Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home Temi Manutenzjoni
maintenance.jpg

Manutenzjoni

Il-manutenzjoni regolari hija essenzjali biex it-tagħmir, il-magni u l-ambjent tax-xogħol jinżammu affidabbli u 'l bogħod mill-periklu. In-nuqqas ta’ manutenzjoni jew manutenzjoni mhux adegwata jistgħu jwasslu għal sitwazzjonijiet perikolużi, inċidenti u problemi ta’ saħħa. Il-manutenzjoni hija attività b’riskju għoli b’xi perikli li jirriżultaw min-natura tax-xogħol. Il-manutenzjoni ssir fis-setturi kollha u fil-postijiet tax-xogħol kollha. Għalhekk, il-ħaddiema fil-qasam tal-manutenzjoni jinsabu fi probabbiltà akbar minn impjegati oħrajn li jkunu esposti għal diversi perikli.

Skont l-Istandard Ewropew EN 13306, il-manutenzjoni tikkonċerna l-"kombinazzjoni tal-azzjonijiet tekniċi, amministrattivi u maniġerjali kollha matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ oġġett maħsub biex jinżamm fi, jew jiġi rrestawrat għal, stat li fih tkun tista’ titwettaq il-funzjoni meħtieġa".

Manutenzjoni hija terminu ġeneriku għal varjetà ta’ kompiti f’tipi differenti ħafna ta’ setturi u f’kull tip ta’ ambjent tax-xogħol. L-attivitajiet ta’ manutenzjoni jinkludu:

spezzjoni  ittestjar  kejl  sostituzzjoni  aġġustament  tiswija  żamma f'kundizzjoni tajba kxif ta' difetti  • sostituzzjoni ta' partijiet  • għoti ta' servis  lubrikazzjoni, tindif

Il-manutenzjoni hija importanti ħafna sabiex tiġi żgurata l-produttività kontinwa, għall-produzzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità għolja u sabiex tinżamm il-kompetittività tal-kumpanija’. Iżda din tħalli wkoll impatt fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

L-ewwelnett, il-manutenzjoni tajba hija essenzjali sabiex il-magni u l-ambjent tax-xogħol jinżammu affidabbli u 'l bogħod mill-periklu. It-tieni, il-manutenzjoni nnifisha hija attività b’riskju għoli u għandha ssir b’mod sikur, bi protezzjoni xierqa tal-ħaddiema tal-manutenzjoni u persuni oħrajn li jkunu preżenti fuq il-post tax-xogħol.

Postijiet tax-xogħol aktar sikuri u mingħajr periklu għas-saħħa permezz ta’ manutenzjoni adegwata

Il-manutenzjoni regolari għandha rwol importanti sabiex jiġu eliminati l-perikli minn fuq il-post tax-xogħol u sabiex jiġu pprovduti kundizzjonijiet tax-xogħol aktar sikuri u mingħajr periklu għas-saħħa. In-nuqqas ta’ manutenzjoni jew manutenzjoni mhux adegwata jistgħu jikkawżaw inċidenti serji u fatali jew problemi ta’ saħħa.

L-inċidenti jseħħu minħabba installazzjonijiet elettriċi difettużi (kejbils, plaggs, tagħmir)

  • xokkijiet u ħruq, nirien, tqabbid ta’ atmosferi potenzjalment splussivi jew li jistgħu jieħdu n-nar

L-inċidenti jseħħu minħabba li t-tagħmir tal-irfigħ ma jiġix spezzjonat u ma ssirlux manutenzjoni regolari

  • il-ktajjen tal-irfigħ ikunu maħmuġin/imsadda u mhux b’saħħithom biżżejjed, li jikkawżaw tagħbijiet tqal biex jaqgħu

L-inċidenti jseħħu bħala riżultat ta’ nuqqas ta’ manutenzjoni tal-uċuh tax-xogħol u tal-mixi u tar-rotot tat-traffiku

  • uċuh irregolari, bil-ħofor, imżerżqa jew jiżolqu jikkawżaw waqgħat, żelqiet u inċidenti ta’ trakkijiet fork-lifters

It-trab jikkawża riskju potenzjali għas-saħħa għall-ħaddiema li jaħdmu fl-industrija tax-xogħol tal-injam u fil-barrieri.

Il-manutenzjoni tat-tagħmir li jikkontrolla t-trab hija kruċjali fil-proċessi kollha li jipproduċu t-trab sabiex tiġi evitata l-espożizzjoni tal-ħaddiema għat-trab

  • il-katusi tal-ventilazzjoni għandhom jinżammu ħielsa minn oġġetti li jsoddu u jissewwew jekk issirilhom il-ħsara
  • l-unitajiet tal-filters jeħtieġ li ssirilhom manutenzjoni regolari skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur
Go up
Żur il-websajt tagħna tal-kampanja dwar Manutenzjoni Mingħajr Periklu

Żur il-kontenut speċjali tagħna

fuq il-websajt tal-kampanja dwar il-Manutenzjoni mingħajr Periklu:

- preżentazzjoni ppt dwar il-manutenzjoni

- artikli dwar inċidenti waqt xogħol ta’ manutenzjoni

- is-sezzjoni 'ħażin & tajjeb'

right-small.jpg