L-inċentivi ekonomiċi jistgħu jikkumplimentaw l-infurzar tal-liġi billi jagħtu benefiċċji finanzjarji u għalhekk isaħħu l-każ ta' negozju b'OHS tajba b'tali mod li jkun ċar għall-maniġers tal-kumpanija madwar l-Istati Membri kollha.
L-
Istrateġija Ewropea għal OHS
tinnota li l-inċentivi ekonomiċi jistgħu jkunu effettivi ħafna fil-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OHS), b'mod speċjali fl-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (SMEs). Iżda l-organizzazzjonijiet li huma kapaċi jipprovdu inċentivi ekonomiċi għall-OHS, pereżempju l-assiguraturi, għandhom bżonn ta' gwida dwar x'għandu jsir u kif għandu jsir. Kif tiddikkjara l-istrateġija tal-UE:
"L-iżvilupp ta'
għarfien
jista' jissaħħaħ ukoll, b'mod partikolari fl-SMEs, billi jiġu pprovduti inċentivi diretti u indiretti għall-miżuri ta' prevenzjoni. Tali inċentivi jistgħu jinkludu
tnaqqis possibbli fil-kontribuzzjonijiet soċjali
jew
primjums tal-assigurazzjoni
skont l-investiment li jkun sar fit-titjib tal-ambjent tax-xogħol u/jew fit-tnaqqis ta' inċidenti, għajnuna ekonomika għall-introduzzjoni ta' skemi għall-immaniġġjar tas-saħħa u s-sigurtà, l-introduzzjoni ta' rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà fil-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi."
(
Strateġija Komunitarja ġdida dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol 2007-2012
, Kummissjoni Ewropea, Brussell, 21.01.2007, COM (2007) 62 finali.)
X'inhuma inċentivi ekonomiċi
Inċentivi ekonomiċi huma vantaġġi finanzjarji mogħtija lill-kumpaniji jew lil organizzazzjonijiet li jtejjbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom. Dawn jinkludu:
-
sussisdji tal-Istat, għotjiet u finanzjament
-
ta' inċentivi bbażati fuq sistemi ta' taxxa jew strutturi ta' taxxa
-
varjazzjoni fil-primjum tal-assigurazzjoni
:: Eżempji ta' inċentivi ekonomiċi
Sussisdji tal-Istat, għotjiet u iffinanzjar
Kumpaniji li jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom jistgħu jingħataw pagamenti finanzjarji jew aċċess favorevoli għal kundizzjonijiet finanzjarji (self mill-banek). Pereżempju, gvern jista' jisponsorja kumpaniji biex jinvestu f'makkinarju sigur jew f'organizzazzjoni tax-xogħol aktar sigura.
Inċentivi ibbażati fuq sistemi ta' taxxa jew strutturi ta' taxxa
It-taxxi jistgħu jitfasslu biex iħeġġu lin-negozji jaġixxu b'ċertu mod. Pereżempju, jistgħu jiġu offruti waqfiet mit-taxxa lill-impjegaturi li jinvestu f'tagħmir li jkun aktar sigur mir-rekwiżiti legali minimi.
Varjazzjoni fil-primjum tal-assigurazzjoni
Il-primjum tal-assigurazzjoni mħallas minn kumpanija jista' jkun marbut mal-prestazzjoni tagħha fis-saħħa u s-sigurtà. Kumpaniji b'rati baxxi ta' inċidenti u mard, jew b'regoli tajbin dwar is-sigurtà, jistgħu jħallsu primjums aktar baxxi.
:: Evidenza xjentifika dwar inċentivi ekonomiċi
Ir-riċerka tindika li l-inċentivi ekonomiċi minn barra kumpanija jistgħu jtejbu s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
.
Huwa pjuttost diffiċli li l-inċentivi jiġu evalwati xjentifikament, u għalhekk hemm bżonn ta' ħafna aktar xogħol biex tiġi pprovduta evidenza konkreta dwar il-benefiċċji tagħhom. Meta l-primjums tal-assigurazzjoni jkunu stabbiliti skont l-istorja tal-klejms tal-kumpanija’, il-klassifikazzjoni tal-esperjenza nstabet li kienet partikolarment effikaċi.
Iżda li wieħed jibbaża l-inċentivi ekonomiċi fuq rati ta' inċidenti tal-passat, din tista' tkun ħaġa riskjuża wkoll għaliex ir-rati ta' inċidenti f'kumpaniji individwali, b'mod partikolari dawk żgħar, jistgħu jkunu affettwati b'mod sinifikanti mill-varjazzjonijiet fl-istatistika. Għalhekk, dan it-tip ta' inċentiv jista' jippremja lil ditti traskurati iżda ffortunati, u jippenalizza lil dawk li jintlaqtu minn avvenimenti purament każwali.
Mod wieħed ta' kif wieħed idur ma' din huwa
li jiġu evalwati l-primjums u l-premjijiet skont ir-riskju futur
, li jiġu ffavoriti kumpaniji li jintroduċu miżuri bħal pereżempju makkinarju aktar sigur jew sistemi tal-immaniġġjar tal-OHS.
Inċentivi ibbażati fuq l-assigurazzjoni jidhru li huma l-aktar popolari fl-Ewropa, iżda hemm ukoll skop għal
skemi ta' sussidji tal-gvern
(49%).
Stħarriġ espert mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) fost l-Istati Membri sab li l-varjazzjonijiet fil-primjums tal-assigurazzjoni ġew evalwati mill-pajjiżi membri bħala l-aktar adatti (b'approvazzjoni ta' 71%), segwiti bil-promozzjoni tal-OSH (55%), it-tnaqqis tat-taxxa (49%) u l-premjijiet.
Fatturi ta' suċċess
Ġew identifikati l-fatturi tas-suċċess sewgenti:
-
Din l-iskema ta' inċentiv m'għandhiex tippremja biss ir-riżultati tal-passat fil-ġestjoni tajba tal-OHS, jiġifieri rati ta' inċidenti tal-passat, iżda għandha tippremja wkoll
l-isforzi speċifiċi ta' prevenzjoni
li għandhom l-għan li jnaqqsu l-inċidenti futuri u s-saħħa ħażina.
-
L-iskema ta' inċentiv għandha tkun
miftuħa għad-daqsijiet kollha
ta' intrapriżi u għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-bżonnijiet tal-SMEs.
-
L-inċentiv għandu jkun
għoli biżżejjed
biex jimmotiva lill-impjegaturi biex jipparteċipaw.
-
Għandu jkun hemm
relazzjoni ċara u fil-pront
bejn l-azzjoni tal-prevenzjoni mixtieqa u l-premju.
-
Is-sistema ta' inċentiv għandu jkollha
kriterji ċari dwar l-għoti
u għandha tkun faċli kemm jista' jkun biex tintuża, biex
il-piż amministrattiv jinżamm baxx
għaż-żewġ intrapriżi u għall-organizzazzjonijiet li joffru l-inċentivi.
-
Jekk l-inċentiv jeħtieġ li jolqot
numru kbir ta' intrapriżi, inċentivi ibbażati fuq l-assigurazzjoni jew fuq it-taxxa
bi kriterji definiti b'mod preċiż huma l-aktar effikaċi (sistema magħluqa).
-
Jekk ix-xewqa hija li jiġu promossi
soluzzjonijiet innovattivi
għal oqsma speċifiċi,
l-iskemi ta' sussidju
huma l-aktar effikaċi (sistema miftuħa).
Studji tal-każijiet
L-istudji tal-każijiet fl-istħarriġ (ara r-rapport) juru li l-inċentivi ekonomiċi biex tiġi promossa l-OHS jaħdmu f'diversi ambjenti differenti. Pereżempju:
-
Skema ta' inċentiv introdotta fis-
settur tal-laħam Ġermaniż
fl-2002 wasslet għal
tnaqqis ta' 28% fl-inċidenti rappurtabbli
matul is-sitt snin ta' wara meta mqabbel ma' tnaqqis ta' 16% fis-settur in ġenerali. F'numri totali dan ifisser li kien hemm madwar 1000 inċident inqas kull sena f'kumpaniji inċentivati
-
Skema ta' inċentiv fis-
settur agrikolu Finlandiż
naqqset ir-rata ta' inċidenti b'10.2%
, li s'issa ippreveniet aktar minn 5000 inċident.
-
Kumpanija Ġermaniża għall-assigurazzjoni tas-saħħa
introduċiet skema ta' inċentiv li immotivat grupp ta' kumpaniji klijenti biex jimplimentaw sistema moderna għall-ġestjoni tas-saħħa. Dan wassal għal
tnaqqis ta' 7.6% fil-ħlas tal-mard
u
tnaqqis ta' 6.7%
fl-assenteiżmu
.
-
Mill-
kumpaniji Pollakki
li introduċew sistema ta' ġestjoni tal-OHS,
70% kellhom inqas inċidenti
u primjums tal-assigurazzjoni mnaqqasa, filwaqt li 50% irrappurtaw inqas ħaddiema f'kundizzjonijiet perikolużi.
-
L-
Awtorità Taljana għall-Kumpens tal-Ħaddiema
tissussidja krediti bankarji biex tistimula l-investimenti fl-OHS fl-SMEs, li jirrapportaw
13-25% inqas inċidenti
.
-
Il-
programm ta' sussidju Olandiż
għall-investimenti f'makkinarju u tagħmir tajjeb għall-OHS
wassal għal kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar f'76% tal-intrapriżi
-
Il-
programm tal-patt Olandiż
naqqas il-lif minħabba l-mard bi 28% fis-setturi parteċipanti meta mqabbla ma' 11% f'setturi oħrajn
Evalwazzjoni tal-analiżi dwar l-ispejjeż-benefiċċji
L-
istudji tal-każijiet fir-rapport
ġew analizzati f'aktar dettall u r-riżultati ġew ippubblikati f'
analiżi xjentifika
.
F'xi każijiet kien possibbli li ssir
analiżi dettaljata tal-ispiża-benefiċċju
ta' skema partikolari.
L-iskema tas-settur tal-laħam Ġermaniż
Fl-
iskema tas-settur tal-laħam Ġermaniż
il-kumpaniji parteċipanti kellhom il-primjums tagħhom imnaqqsa jekk jippromwovu s-sigurtà, eż. permezz tax-xiri ta' skieken tas-sigurtà jew taħriġ dwar is-sigurtà tas-sewwieq.
Dan wassal għal madwar
1000 inċident rappurtabbli inqas
(jiġifieri dawk li jirriżultaw f'aktar minn 3 ijiem ta' nuqqas mix-xogħol) kull sena sa mill-introduzzjoni tagħha fl-2002.
Għall-ewwel sitt snin (2002-2007)
l-iskema swiet € 8.32 miljun
għall-255,000 ħaddiem fis-settur. Madankollu, il-
benefiċċju
dovut għal
rati inqas ta' inċidenti
kien ikkalkulat li jlaħħaq
€ 40.02 miljun
. Dan ifisser li ġew iffrankati € 4.81 għal kull € 1 investit fl-iskema tal-inċentiv.
Programm ta' patt Olandiż
Madwar
€ 303 milljuni
ġew investiti
fil-programm ta' patt Olandiż
, li minnhom, 55% tħallsu mill-industrija tas-settruri parteċipanti u l-kumplament mill-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali. Is-sistema ta' kofinanzjaemt stimulat lis-setturi biex jonfqu aktar fondi fuq it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol. Il-valur ta' aktar tnaqqis fil-lif minħabba mard, ikkalkulat permezz ta' valur miżjud għal kull sena maħduma, jammonta għal € 2.7 biljuni.
Madankollu, mhux it-€2.7 biljuni kollha għandhom ikunu attribwiti għall-programm tal-patt, billi l-lif minħabba l-mard jista' jkun influwenzat minn ħafna fatturi, eż. il-livelli ta' motivazzjoni, jew ir-rata ta' qgħad f'ċertu settur. L-esperti jaħsbu li jkun raġjonevoli li jorbtu terz tat-tnaqqis għall-programm ta' patt. Dan xorta jipproduċi benefiċċju ta'€ 900 miljun, jew li jiġu ffrankati € 3 għal kull € 1 li jintnefaq.
Ħarsa ġenerali lejn il-politika
Ħafna pajjiżi Ewropej għandhom
sistema ta' sigurtà soċjali 'Bismarckian'
fejn l-istituzzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-inċidenti huma organizzati f'monopolju immexxi mill-Istat. Stati Membri oħra għandhom
suq kompetittiv f'sistema 'Beveridgean'
, u xi pajjiżi għandhom taħlita ta' dawn iż-żewġ sistemi.
Dan ifisser li hemm
firxa kemmxejn limitata ta' assigurazzjoni tal-inċidenti
u
sistemi ta' assigurazzjoni soċjali
fuq il-kontinent, li għandhom jagħmluha aktar faċli biex jiġu implimentati u ttrasferiti l-mudelli ta' inċentiv ekonomiku.
Is-sistemi ta' sussidju, l-inċentivi tat-taxxa u l-inċentivi mhux finanzjarji għandhom ikunu teoretikament possibbli fil-pajjiżi kollha tal-UE.
L-approċċi tal-ikklassifikar tal-esperjenza jistgħu jinstabu kemm
fis-swieq kompetittivi kif ukoll f'dawk monopolistiċi
. Madankollu, hemm differenzi fir-rigward tal-isforzi ta' prevenzjoni orjentati lejn il-futur, bħal pereżempju t-taħriġ jew l-investimenti fl-OHS.
Dan m'għandux ikun problema għal
approċċi monopolistiċi
, minħabba li l-kumpanija tal-assigurazzjoni tista' tkun żgura li tkun sejra tibbenefika mill-effett pożittiv li l-investimenti jkollhom fuq ir-rati tal-klejms. Madankollu, f'
suq kompetittiv
, il-kumpanija tal-assigurazzjoni għandha r-riskju li l-kumpaniji jistgħu jbiddlu l-assiguraturi b'avviż fuq perjodu ta' żmien qasir sabiex l-investimenti fl-isforzi ta' prevenzjoni jkunu ta' benefiċċju għall-kompetituri tagħha. Soluzzjoni possibbli għas-swieq kompetittivi tista' tkun
l-introduzzjoni ta' kuntratti b'terminu twil
li jdumu diversi snin jew il-ħolqien ta' fond komuni għall-prevenzjoni li jkun iffinanzjat b'mod ugwali mill-assiguraturi kollha.
Fil-preżent, kważi l-Istati Membri l-kbar tal-UE kollha joffru xi forma ta' inċentivi ekonomiċi.
.
-
Il-Ġermanja, Franza, l-Italja u l-Polonja
kollha joffru inċentivi varji permezz tas-sistema tagħhom ta' assigurazzjoni pubblika. Dawn ma jinkludux biss il-varjazzjonijiet fil-primjum tal-assigurazzjoni, iżda wkoll programmi ta' sussidju għal investimenti speċifiċi fl-OHS.
-
Fi
Spanja
l-inċentivi tal-assigurazzjoni huma ippjanati fl-istrateġija nazzjonali tal-OHS u huwa offruti varjetà ta' programmi ta' sussidji fuq livell nazzjonali kif ukoll reġjonali.
-
Mill-Istati Membri ż-żgħar
il-Belġju, il-Finlandja, u l-Olanda
huma l-aktar attivi, u juru li l-inċentivi ekonomiċi huma wkoll possibbli f'sistemi ta' assigurazzjoni privati għall-inċidenti.
Il-ħarsa ġenerali turi li
l-inċentivi ekonomiċi jistgħu jkunu offruti fl-Istati MEmbri kollha
, minkejja t-tradizzjonijiet tagħhom fis-sistema tas-sigurtà soċjali jew jekk is-sistema tal-assigurazzjoni hijiex pubblika jew privata.
Il-fatturi li jinfluwenzaw it-trasferabilità tal-iskemi ta' inċentivi huma diskussi f'aktar dettall fil-
pubblikazzjoni xjentifika segwenti
.
Impatt tal-proġett tal-EU-OSHA dwar l-Inċentivi Ekonomiċi
Dan il-proġett kien ispirat mill-
Istrateġija Ewropea għall-OHS 2007-2012
, li kellha l-mira li tnaqqas l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol b'25%. Il-proġett huwa mogħti pariri minn grupp espert ta' organizzazzjonijiet li nħatru mill-Istati Membri tal-UE. Dan jinkludi għadd ta' proġetti speċifiċi li twettqu miċ-Ċentru Topiku tal-EU-OSHA (konsorzju ta' Istituti tar-riċerka Ewropej).
Il-proġett fuq perjodu ta' żmien twil beda fl-2008 u sejjer jibqa' għaddej sal-2013.
Fl-
ewwel fażi tiegħu (2008-2010)
twettqu diversi prodotti:
-
rapport
komprensiv
intitolat
Inċentivi ekonomiċi biex jitjiebu s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol: Reviżjoni mill-perspettiva Ewropea
,
-
folja ta' fatti
(li tagħti r-rapport fil-qosor)
-
żewġ artikli fil-Ġurnal Skandinavu għax-Xogħol, l-Ambjent & Saħħa
(SJWEH)
-
serje ta'
workshops tal-grupp espert
li fit-taqsima tal-avvenimenti tagħna iddokumentaw
-
ġabra ta'
studji ta' każijiet
li jistgħu jinstabu fid-database tagħna dwar il-prattika tajba
Il-
grupp espert tal-Aġenzija dwar l-inċentivi ekonomiċi
ma jagħtix biss parir u kontribut fl-attivitajiet tal-Aġenzija relatati mal-inċentivi ekonomiċi, iżda jgħin ukoll biex jippromwovi l-prodotti fost il-partijiet interessati. Il-proġett u r-riżultati tiegħu ġew
ippreżentati waqt konferenzi u workshops f'numru ta' pajjiżi Ewropej
, bħal pereżempju l-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Italja, l-Iżvezja, is-Slovenja, u r-Renju Unit.
Diġà ġew
ġew osservati xi konsegwenzi prattiċi
. Pereżempju, wara diskussjonijiet tal-grupp espert
l-Awtorità għall-Kumpens tal-Ħaddiema Taljani’ INAIL iddeċidiet li tniedi € skema ta' inċentiv ġdida ta' 60 miljun ewro iffukata fuq l-SMEs
. Skont il-kalkoli tal-ispiża-benefiċċju tal-Aġenzija, jista' jkun mistenni ritorn tal-inqas € 3 għal kull € 1 li jintefaq fuq skema bħal din, li jwassal għal benefiċċju ta' € 180 miljun fuq livell ta' soċjetà.
Għalhekk, il-proġett diġà stimula proċess ta' tagħlim reċiproku bejn l-Istati Membri tal-UE biex tiġi skambjata prattika tajba dwar kif tiġi ddisinjata skema ta' inċentivi. Dan jista' jikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex tinkiseb il-mira Ewropea ta' tnaqqis ta' 25% tal-inċidenti u għalhekk iwassal għal benefiċċji ekonomiċi sostanzjali għall-ekonomiji Ewropej ukoll.
Go up