Il-ħaddiema li jnaddfu
It-tindif huwa industrija multimiljunarja Ewropea li timpjega miljuni ta' ħaddiema madwar l-Ewropa, ħafna minnhom f'negozji żgħar. It-tindif isir f’kull post tax-xogħol. Ħafna mudelli demografiċi u mudelli ta' xogħol jikkoeżistu, u dan jagħmilha diffiċli sabiex tiġi assigurata s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. Madanakollu, billi nibdew b'fehim aħjar tal-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema f'dan il-qasam, dawn jistgħu jitjiebu kif għandu l-iskop li juri dan il-filmat fuq l-internet.sure the safety and health of cleaning workers. However, by starting with a better understanding of cleaners' working conditions these can be improved as this web feature aims to show.
It-tindif huwa xogħol ġeneriku – huwa xogħol li jsir fil-gruppi ta' industriji kollha u fuq il-postijiet tax-xogħol kollha, u l-industrija tat-tindif fuq medda ta' snin uriet li hija waħda mill-iżjed oqsma dinamiċi u tirrapreżenta wieħed mill-ikbar servizzi lill-industriji tan-negozju fl-Unjoni Ewropa. L-istruttura tal-impjiegi tvarja minn impriżi pubbliċi kbar u kumpaniji privati li jimpjegaw jew jagħtu xogħlijiet lil ħaddiema jew individwi li jaħdmu "għal rashom." In-nisa jiffurmaw il-maġġoranza assoluta tal-ħaddiema u ħafna minnhom huma ħaddiema migranti. Ix-xogħol ħafna drabi hu temporanju, b'ħinijiet u żminijiet irregolari. Il-ħaddiema jridu joqogħdu għall-idea li huma "nies li jnaddfu", bil-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom mogħtija l-ġenb u jaħdmu "mingħajr ma jidhru” – billi jnaddfu l-postijiet tax-xogħol matul il-lejl; meħuda bħala ovvja. Il-perikli u r-riskji ffaċċati minn nies li jnaddfu jinkludu:
• Esponiment għal sustanzi perikolużi, fosthom aġenti bioloġiċi li jistgħu jwasslu għall-ażma, allerġiji, u infezzjonijiet fid-demm
• Storbju u vibrazzjoni
• Riskju ta’ żlieq, tgerbib u waqgħat, b’mod partikolari waqt "xogħol li jinvolvi l-ilma"
• Perikli ta' elettriku mill-makkinarju tax-xogħol
• Riskju ta' disturbi muskoloskeletali
• Xogħol solitarju, stress relatat max-xogħol, vjolenza u bbuljar
• Ħinijiet ta' xogħol u skedi irregolari
Il-prevenzjoni tal-mard fil-ħaddiema li jaħdmu f'dan is-settur jeħtieġ bidliet mhux biss fil-kumpaniji tat-tindif, iżda wkoll fil-mod kif aħna nħarsu lejn it-tindif, u fuq kif nistgħu niksbu s-servizzi ta' tindif. Il-bidla fi skedi tax-xogħol, bħalma huma l-bidla għal xogħol minn matul il-lejl għal matul il-jum, kisba aħjar, billi jiġi kkonsidrat il-valur aktar milli l-prezz, u kooperazzjoni aħjar bejn il-klijent u l-kumpanija tat-tindif jistgħu b'mod dirett inaqqsu r-riskju ta' mard fil-ħaddiema tat-tindif.

Factsheet 89 - Manutenzjoni sigura għal min iħaddem. Ħaddiema siguri - Iffranka l-flus
