Kull sena, 4.9 miljun inċident jirriżultaw f'aktar minn tlett ijiem assenza mix-xogħol. Il-prezz ta' l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol u tal-mard relatat max-xogħol ivarja għall-biċċa l-kbira tal-pajjiżi minn 2.6 għal 3.8% tal-Prodott Gross Nazzjonali (PGN). Huwa jirriżulta f'telf għal negozji individwali, kif ukoll għall-ekonomiji nazzjonali.
Sadanittant, ekonomiji nazzjonali u negozji individwali bi standards aħjar ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, għandhom tendenza li jirnexxu aktar.
Saħħa u sigurtà tajba tfisser negozju tajjeb.
Hu x'inhu l-qasam ta' interess jew settur industrijali partikolari tiegħek, hawnhekk se ssib informazzjoni u pariri biex jgħinuk tifhem il-każ kummerċjali għal saħħa u sigurtà tajba - kif din tirrelata mal-prestazzjoni ekonomika, u għaliex OHS tajba hija ta' min jinvesti fiha.
Vantaġġi għall-Intrapriżi l-Kbar
OHS tajba tgħin sabiex jintgħażlu l-intrapriżi li sejrin l-aħjar mill-bqija.
It-titjib ta' l-OHS f'intrapriżi kbar jeħtieġ analiżi bir-reqqa tal-fatturi ambjentali, organizzattivi u tax-xogħol, u tal-karatteristiċi umani u individwali li jinfluwenzaw l-imġiba fix-xogħol: Eżempji prattiċi jinkludu:
-
Disinn mill-ġdid tat-tqassim ta' l-impjant u ta' l-istazzjonijiet tax-xogħol li jwassal għal produttività akbar u anqas riskji ta' OHS bħalma huma d-disturbi muskoluskeletali
-
Implimentazzjoni ta' skrining preventiv tas-saħħa u programma ta' sorveljanza tas-saħħa
-
Titjib tad-disinn tax-xogħol u tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' OHS u tittejjeb il-motivazzjoni tal-ħaddiema.
F'termini ta' motivazzjoni tal-persunal, li jaħdem huwa:
-
Esekuttivi anzjani li juru tmexxija ċara u konsistenti
-
Kundizzjonijiet tax-xogħol li huma bla periklu u b'saħħithom u li jibqgħu hekk
-
Impjegati li huma kunfidenti u kompetenti fix-xogħol li jagħmlu
-
Politiki u sistemi effettivi ta' OHS li jidhru li jintużaw u li jaħdmu
-
Impjegati li jiġu involuti b'mod sħiħ fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-OHS
-
Individwi, timijiet u organizzazzjonijiet li jiġu rikonoxxuti u ppremjati għas-suċċessi tagħhom.
L-approċċ eżatt jiddependi fuq in-natura u l-kumplessità ta' l-organizzazzjoni.
Fuq kollox, OHS tajba hija dwar il-ġestjoni tar-riskju. Jekk inti tevita u tikkontrolla b'mod effettiv ir-riskji ta' l-OHS, ħafna mill-benefiċċji għan-negozju ta' OHS tajba jsegwu. Li ma tagħmel xejn mhijiex għażla. Azzjoni tista' verament tirriżulta ta' ġid għan-negozju tiegħek, għall-profitti tiegħek u għall-profil tiegħek.
Benefiċċji għall-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju
OHS tajba tista' tilgħab rwol importanti biex tgħin lill-intrapriżi ż-żgħar iżommu u jtejbu l-prestazzjoni tan-negozju tagħhom.
L-intrapriżi ż-żgħar għandhom l-aktar x'jitilfu bi standards baxxi ta' OHS, iżda huma għandhom ukoll l-aktar x'jiggwadanjaw.
Hemm 23 miljun intrapriża żgħira u ta' daqs medju (SMEs) fl-UE,
li jimpjegaw 'il fuq minn 100 miljun ruħ
. Madankollu, l-SMEs jirreġistraw proporzjon kbir iżżejjed ta' 82% tal-korrimenti kollha fuq il-post tax-xogħol,
li jitla' għal madwar 90% għall-inċidenti fatali
.
60% tal-kumpaniji li jesperjenzaw interruzzjoni
li ddum aktar minn disat ijiem ma jibqgħux fin-negozju
.
Aktar minn hekk ukoll, OHS tajba hija essenzjali biex tirbaħ negozju ġdid.
Il-klijenti f'kull settur qegħdin jistennew livelli dejjem ogħla ta' OHS mill-intrapriżi li jkollhom x'jaqsmu magħhom. Dan huwa dovut għall-importanza akbar li qegħdin jagħtu lill-prestazzjoni u r-rappurtar tagħhom stess dwar l-OHS.
L-istandards tal-prestazzjoni fl-OHS qegħdin kulma jmur jinkitbu dejjem aktar fil-kuntratti tas-settur pubbliku u privat. L-għażla u l-ħatra ta' l-intrapriżi hija dejjem aktar dipendenti fuq il-prestazzjoni fl-OHS.
L-intrapriżi ż-żgħar jistgħu jistennew dan li ġej li jinkiteb jew b'mod espliċitu fil-kuntratti tagħhom, u li jiġi evalwat u mmonitorjat b'mod regolari:
-
Evidenza ta' politika u proċeduri effettivi dwar l-OHS
-
Valutazzjoni regolari tar-riskju u programmi ta' kontroll tar-riskju
-
Dettalji ta' prosekuzzjonijiet riċenti jew imminenti dwar l-OHS u azzjonijiet ta' infurzar relatati dwar l-OHS
-
Analiżi statistika dwar l-aċċidenti u l-inċidenti rilevanti kollha relatati ma' l-OHS
-
Dettalji dwar kwalunkwe klejms kurrenti jew imminenti relatati ma' l-OHS.
Din issa hija meqjusa bħala l-informazzjoni bażika li bosta klijenti qegħdin jitolbu: kulma jmur qegħdin naraw tintalab dejjem aktar evidenza komprensiva tal-prestazzjoni fl-OHS.
L-assigurazzjoni u l-OHS
L-assigurazzjoni (sikwit imsejħa kumpens tal-ħaddiema) jista' jkollha rwol importanti fit-titjib ta' l-OHS, flimkien ma' regolamentazzjoni u inċentivi oħra.
Minn banda, il-prezz tal-kumpens tal-ħaddiema huwa sinifikanti ħafna, u jirrappreżenta konsiderazzjoni finanzjarja reali għall-assiguraturi. Mill-banda l-oħra, l-assiguraturi jistgħu jippromwovu u jassistu fit-titjib ta' l-OHS fl-intrapriżi.
L-ispejjeż ta' l-assigurazzjoni jistgħu jkunu sinjifikanti ħafna, skond it-tip ta' negozju.
Is-sistemi ta' l-assigurazzjoni jvarjaw bil-bosta bejn l-Istati Membri. Iżda billi jipprovdu inċentivi finanzjarji u assistenza lill-intrapriżi, l-assiguraturi madwar l-UE jistgħu jikkontrollaw jew saħansitra jnaqqsu n-numru, il-gravità u l-ispiża tal-klejms, u jnaqqsu r-riskju tagħhom li l-prezz tal-klejms jaqbeż il-primjums iċċarġjati lill-intrapriżi.
Jiddependi fuq is-sistema ta' l-assigurazzjoni nazzjonali, l-intrapriżi ħafna drabi jkollhom il-primjums tagħhom marbuta man-numru u l-ispiża tal-klejms, u għaldaqstant it-titjib ta' l-OHS jgħin direttament biex jitnaqqsu l-ispejjeż ta' l-assigurazzjoni.
Barra minn hekk f'xi Stati Membri ġew żviluppati numru ta' skemi li jinvolvu l-offerta ta' tnaqqis lil intrapriżi li jwettqu attivitajiet speċifikati ta' OHS, bħal investiment f'makkinarju aktar sigur jew taħriġ. Dan jippromwovi l-attività proprja ta' prevenzjoni mill-intrapriżi, pjuttost milli wieħed iħares sempliċement lejn ir-riżultati f'termini ta' figuri ta' l-inċidenti.
Dawn il-mudelli ta' inċentivi aktar innovattivi għandhom jimmotivaw f'miżura akbar b'mod speċjali lill-SMEs hekk kif joħolqu rabta aktar ċara bejn l-investiment fl-OHS u r-riżultati ekonomiċi. Għal aktar informazzjoni ara l-pubblikazzjoni tal-Forum ta' l-Aġenzija
"L-effikaċja ta' l-inċentivi ekonomiċi biex titjieb is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol"
.
Qegħdin jiġu żviluppati wkoll skemi ta' valutazzjoni tas-saħħa u s-sigurtà li jipprovdu kejl 'sostitut' tal-prestazzjoni fis-saħħa u s-sigurtà. L-għodod ta' awto-valutazzjoni huma speċifikament imfassla biex jagħtu lin-negozji idea tal-prestazzjoni tagħhom fl-OHS, u għandhom impatt pożittiv fuq il-klejms ta' l-assigurazzjoni minbarra li jtejbu r-reputazzjoni tan-negozju fir-rigward ta' l-OHS.
L-iskemi tar-riabilitazzjoni u tar-ritorn għax-xogħol huma wkoll affarijiet li l-assiguraturi jipprovdu inċentivi għalihom, billi dawn jgħinu sabiex itejbu s-saħħa u l-benesseri fit-tul tal-ħaddiema u jnaqqsu l-ispiża tal-kumpens tal-ħaddiema.
L-investituri u l-OHS
Tradizzjonalment, l-investituri u l-maniġers ta' l-investiment analizzaw ir-riskju bl-użu ta' kriterji finanzjarji. Iżda hemm rikonoxximent dejjem akbar ta' l-importanza ta' fatturi mhux finanzjarji li jaffettwaw il-valur ta' kumpanija, u dawn qegħdin jittieħdu dejjem aktar in konsiderazzjoni mill-investituri meta jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom.
L-evalwazzjoni tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għandha rwol importanti biex jiġi żgurat li r-riskji f'negozju huma mifhuma u ġestiti sewwa, bħala parti minn strateġija biex jiġi massimizzat il-valur ta' l-azzjonisti.
Studji juru li dawk l-intrapriżi bl-aħjar prestazzjoni ta' OHS jiksbu wkoll
riżultati ekonomiċi konsiderevolment aħjar mis-suq medju ta' l-ishma
. Il-kwalità tax-xogħol instabet li hija waħda mill-aqwa bass-ra tas-suċċess ekonomiku u l-aqwa kumpaniji f'dan ir-rigward konsistentement jmorru aħjar minn
indiċijiet prinċipali ta' l-ishma fuq diversi perjodu taż-żmien.
Is-suq ta' l-Investiment Ewropew Soċjalment Responsabbli (SRI) illum huwa stmat għal €1 triljun.
Il-vantaġġi ta' OHS tajba fil-kostruzzjoni u l-ksib ta' l-infrastruttura
In-negozji fis-settur tal-kostruzzjoni u l-ksib ta' l-infrastruttura, b'mod partikolari, jistgħu jaraw il-prestazzjoni ekonomika tagħhom titjieb b'mod sinifikanti b'OSH tajba.
Kull proġett tal-kostruzzjoni jeħtieġ li jitwassal fil-ħin, bil-kwalità korretta u skond il-baġit, filwaqt li jiġu evitati wkoll l-inċidenti u l-mard. OHS tajba tista' tgħin biex jinkisbu t-tnejn.
Il-figuri juru li s-settur tal-kostruzzjoni huwa responsabbli għal ħafna aktar inċidenti relatati max-xogħol meta mqabbel ma' setturi oħra. L-industrija tal-kostruzzjoni ta' l-UE hija stmata li tiswa 902 biljun EUR kull sena, u bl-ispejjeż ta' l-inċidenti u l-mard fis-settur jammontaw għal 8.5% ta' l-ispejjeż tal-proġetti, dan ifisser li l-istandards baxxi ta' OHS fil-kostruzzjoni jistgħu qegħdin jiswew aktar minn 75 biljun EUR kull sena - kważi 200 EUR għal kull membru tal-popolazzjoni.
Minħabba f'hekk, hemm rikonoxximent dejjem akbar fost klijenti ewlenin tas-settur pubbliku u privat dwar il-vantaġġi ta' l-OHS għall-infrastruttura u proġetti kbar oħra, u dawn qegħdin jassumu rwol u responsabbiltà akbar sabiex jistabbilixxu l-istandards ta' l-OHS għal proġetti importanti.
Il-vantaġġi ta' OHS tajba fil-kostruzzjoni jinkludu twettiq aktar malajr u effiċjenti tal-proġetti, marġini akbar ta' profitt, u probabbiltà akbar li wieħed isir il-fornitur preferut ta' l-għażla.
Iżda dawn il-benefiċċji jistgħu jinkisbu biss jekk il-klijenti jkunu lesti li jieħdu l-inizjattiva billi jieħdu l-pussess tal-proġett f'termini ta' standards ta' OHS, u jaħdmu fi sħubija mal-partijiet kollha kuntrattati. Il-klijenti jiffissaw l-objettivi; huma jikkontrollaw ir-riżorsi u finalment il-klijenti jistabbilixxu l-istandards ta' prestazzjoni ta' l-OHS għall-proġett.
L-organi pubbliċi għandhom responsabbiltà partikolarment kbira f'dan il-qasam, billi huma jistgħu jinfluwenzaw is-suq b'mod qawwi ħafna permezz tal-poter ta' l-akkwist enormi tagħhom. Huma qegħdin f'pożizzjoni li jipprovdu eżempju ta' prattika tajba ta' l-inklużjoni ta' standards ta' OHS fil-ksib ta' proġetti pubbliċi.
L-ekonomiji nazzjonali u l-OHS
Għall-gvernijiet, għar-regolaturi u għall-aġenziji tagħhom huwa importanti li s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol jitjiebu. Billi jagħmlu dan, huma jnaqqsu l-ispiża għas-soċjetà li tirriżuta mill-korrimenti u l-mard, waqt li fl-istess ħin itejbu l-kompetittività u l-effiċjenza nazzjonali.
Pajjiżi li għandhom sistemi anqas żviluppati ta' OHS jonfqu perċentwal ferm akbar mill-PGD fuq korrimenti u mard relatati max-xogħol - u b'hekk jieħdu r-riżorsi minn attivitajiet aktar produttivi.
Għalhekk bosta Stati Membri jfittxu li jippromwovu saħħa u sigurtà aħjar fuq il-post tax-xogħol bħala parti mill-istrateġiji nazzjonali sabiex itejbu l-ekonomiji nazzjonali tagħhom. Billi ħafna mill-ispejjeż ta' saħħa u sigurtà ħżiena huma moħbija u jinġarru mis-soċjetà minflok mill-intrapriżi, hemm interess wiesa' biex l-intrapriżi jiġu inkoraġġiti jtejbu l-OHS tagħhom permezz ta' inċentivi.
OHS tajba taffettwa l-kompetittività u l-produttività nazzjonali billi:
-
Iżżid id-disponibilità tal-ħaddiema u l-parteċipazzjoni tal-forza tax-xogħol - billi jitnaqqas in-numru tan-nies li jirtiraw kmieni jew li ma jistgħux jaħdmu minħabba korriment u mard relatat max-xogħol
-
Tnaqqas l-ispejjeż soċjali tal-korrimenti u mard - jintefaq proporzjon iżgħar tal-PGD fuq il-kura tas-saħħa għal nies li ma jistgħux jaħdmu
-
Iżżid l-ammont ta' sigħat li n-nies jistgħu jaħdmu, parzjalment billi jitnaqqas l-ammont ta' nies li jkollhom jitilqu mix-xogħol biex jieħdu ħsieb membri tal-familja tagħhom
-
Iżżid il-ħila ta' ħaddiema akbar fl-età biex jibqgħu jaħdmu
-
Ittejjeb il-produttività, billi tistimula metodi ta' xogħol u teknoloġiji aktar effiċjenti.
L-OHS se jkollha rwol partikolarment importanti x'tilgħab, bil-popolazzjoni Ewropea li qiegħda tixjieħ. B'aktar persuni anzjani meħtieġa li jibqgħu jaħdmu, li taħseb għall-ħtiġijiet tagħhom ta' OHS huwa fattur fundamentali. Dan jista' jinkludi li tagħmel ix-xogħol adatt għall-persuna u mhux il-persuna adatta għax-xogħol, permezz ta' modifiki fil-post tax-xogħol bħal ngħidu aħna tipprovdi xogħol li jitlob sforz fiżiku anqas u ħinijiet tax-xogħol flessibbli, u provvediment ta' tagħmir u spazji tax-xogħol ergonomikament adatti.
Għall-aġenziji governattivi u korpi oħra li beħsiebhom jikkomunikaw il-'każ kummerċjali' lill-intrapriżi, ir-Rapport tagħna "
Is-Saħħa u s-Sigurtà - Kif tagħmel kampanja
" - ikopri l-prinċipji bażiċi li jeħtieġ li żżomm f'moħħok meta tagħmel kampanja ta' pubbliċità, sew jekk tkun fuq livell Ewropew, nazzjonali jew tal-post tax-xogħol.
Ambjent tax-xoghol tajjeb hu negozju tajjeb

Figura: Effetti ekonomici tas-sigurtà u s-sahha fuq livell ta' kumpanniji. (ara aktar fuq
http://osha.europa.eu/publications/reports/207/inventory_en.pdf
)
Jista' jkun, madankollu, difficli li tikkonvinci lil dawk li jhaddmu u lil-legizlaturi li jekk ittejbu l-kundizzjonijiet tax-xoghol ikun jaqblilhom. Kemm-il darba, metodu effettiv hu li taghmel estimi finanzjarji jew ekonomici. Ghalkemm biex taghmel kalkoli jew stima ta' l-ispejjez u beneficcji ghall-futur m'ghandhiex tkun xi haga kkumplikata, hafna professjonisti tas-sigurtà u s-sahha jaqtghu qalbhom mid-diffikultajiet potenzjali. Fil-fatt, xi elementi fl-istima ekonomika, bhall-valur tas-sahha jew hajja umana, jistghu xi kultant ikunu kkumplikati. Madankollu, il-principji bazici huma tassew semplici u jistghu facilment isiru mill-professjonisti u manigers tas-sigurtà u s-sahha.
Huwa necessarju li jsir studju ta' l-effetti ekonomici tal-politika tas-sahha u sigurtà fuq livell ta' kumpanniji sabiex wiehed ikun jista':
-
jiehu decizjoni bbilancjata rigward l-allokazzjoni ta' rizorsi tal-kumpanniji;
-
jghaqqad il-qabza bejn il-htigijiet tas-sahha u s-sigurtà u l-htigiet u x-xewqat manigerjali;
-
jqis htigijiet legali.
Ghandna niftakru li l-bixra ekonomika lejn is-sahha u s-sigurtà fuq livell ta' kumpanniji ma tistax tiehu post il-valur tal-htigiet umani u ta' l-obbligi socjali. Is-sahha u s-sigurtà hi parti mir-rwol socjali u etiku ta' kumpanniji u l-politika ma tistax tkun ibbazata biss fuq parametri ekonomici. Hu difficcli jew anki impossibbli li tikkwantifika spejjez kwalitattivi bhal ma huma t-tbaghtija, t-tnaqqis fil-kwalità tal-hajja, problemi familjari, tnaqqis fl-ghomor, ecc. f'termini monetarji.
Strategija ta' l-UE
Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat komunikazzjoni dwar l-Istrategija ta' l-UE, "Adattament ghal bidla fix-xoghol u fis-socjetà: strategija gdida tal-Komunità dwar is-sahha u s-sigurtà fuq il-post tax-xoghol 2002-2006". Dan id-dokument jistqarr li hu necessarju li jigu stabbiliti inizjattivi sabiex ‘Jigi zviluppat gharfien ta', u tkomplija ta', "l-ispiza ta' nuqqas ta' kwalità”, jigifieri. l-ispejjez ekonomici u socjali li jirrizultaw minn incidenti u mard fuq ix-xoghol. Il-Kummissjoni, flimkien ma' l-Agenzija ta' Bilbao, se tinvestiga l-hidma dwar gbir ta' data u informazzjoni ohra bil-hsieb li ttejjeb il-fond ta' taghrif fuq dan is-suggett.’ Aktar minn hekk, il-Kummissjoni tindika ‘li ambjent tax-xoghol u organizzazzjoni tax-xoghol siguri u bla perikli huma fatturi ta' rendiment ghall-ekonomija u ghall-kumpanniji.
Fuq tal-pagna
Go up