Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home Temi Il-Prevenzjoni tal-Inċidenti It-tnaqqis ta' l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol: pariri għall-impjegati

It-tnaqqis ta' l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol: pariri għall-impjegati

It-tnaqqis ta' l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol: pariri għall-impjegati

3. Informazzjoni u taħriġ


L-impjegati għandhom id-dritt li jirċievu informazzjoni dwar ir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom, miżuri ta' prevenzjoni, l-ewwel għajnuna u proċeduri ta' emerġenza. It-taħriġ għandu jkun rilevanti u jinftiehem, anki għall-ħaddiema li jitkellmu b'lingwa differenti. Dan it-taħriġ għandu jkun ipprovdut għal ħaddiema ġodda u dawk li diġà qegħdin jaħdmu meta jinbidlu l-prattiki tax-xogħol jew it-tagħmir tax-xogħol, inkella meta jibdlu tip ta' xogħol, jew meta tiġi introdotta teknoloġija ġdida.

Il-ħaddiema għandhom ukoll id-dmir li jikkooperaw mal-miżuri ta' prevenzjoni ta' min iħaddem, li jsegwu l-istruzzjonijiet li jirċievu matul il-kors tat-taħriġ u jieħdu ħsieb is-saħħa u s-sigurtà tagħhom kif ukoll tal-kollegi. Jeħtieġ li l-ħaddiema jifhmu kif jaħdmu mingħajr periklu.

It-taħriġ għandu jkun iffukat fuq:

  • il-prinċipji tas-sistema ta' ġestjoni tas-sigurtà u r-responsabbiltajiet ta' l-impjegati;
  • il-perikli u r-riskji speċifiċi fuq ix-xogħol;
  • il-kapaċitajiet meħtieġa biex jitwettqu l-kompiti;
  • il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju;
  • il-miżuri ta' prevenzjoni li għandhom jittieħdu qabel, matul u wara l-kompitu;
  • struzzjonijiet speċifiċi dwar is-saħħa u s-sigurtà għall-ħaddiema li jaħdmu b'tagħmir tekniku u prodotti perikolużi;
  • informazzjoni dwar protezzjoni individwali u kollettiva;
  • minn fejn l-impjegati jistgħu jġibu t-tagħrif dwar kwistjonijiet ta' saħħa u sigurtà;
  • informazzjoni dwar il-persuni li għandhom ikunu kuntattjati biex jirrappurtaw ir-riskji emerġenti u l-emerġenzi.