Skip to content. | Skip to navigation
L-ogħla numru ta' korrimenti fis-setturi kollha, mill-manifattura industrijali għax-xogħol fl-uffiċċju, huwa dovut għaż-żlit, it-tfixkil fuq oġġetti u l-waqgħat. Fost il-perikli oħrajn insibu oġġetti li jaqgħu, ħruq termiku jew kimiku, nirien u splużjonijiet, sustanzi perikolużi u stress. Sabiex jiġu prevenuti l-inċidenti li jseħħu fuq il-post tax-xogħol, min iħaddem għandu joħloq sistema ta' ġestjoni tas-sigurtà li tinkludi valutazzjoni tar-riskji u l-proċeduri ta' monitoraġġ.
Il-ħaddiema tal-emerġenza jeħtieġu protezzjoni aħjar mill-OSHA ()Rapport ġdid wera li l-ħaddiema tal-emerġenza qegħdin f'riskju għoli li jġarrbu inċidenti fatali, korrimenti u mard okkupazzjonali ieħor. Diżastri li ġraw fl-imgħoddi juru li spiss kemm il-komunitajiet kif ukoll il-kumpaniji ma jkunux imħejjija bis-sħiħ għal aċċidenti serji u katastrofijiet. It-titjib fil-protezzjoni kontra l-perikli okkupazzjonali li jistgħu jiffaċċjaw il-ħaddiema tal-emerġenza għandu jingħata prijorità għolja, peress li żviluppi ambjentali, ekonomiċi u politiċi attwali qed jagħtuna x'nifhmu li fil-ġejjieni ser ikollna żieda fil-gravità u fil-frekwenza tad-diżastri. Ir-rapport sħiħ: “Servizzi ta' emerġenza: sigurtà fuq il-post tax-xogħol u riskji għas-saħħa” |
L-EU-OSHA tniedi proġett importanti sabiex tiffaċilita l-valutazzjoni tar-riskju fl-impriżi żgħar tal-Ewropa ()Il-proġett tal-Valutazzjoni tar-Riskji interattiva Online (OiRA) tirrappreżenta l-ewwel inizjattiva fil-livell tal-UE maħsuba biex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tar-riskji fuq il-post tax-xogħol. L-għodda innovattiva żviluppata mill-EU-OSHA għandha tgħin lill-għoxrin miljun impriża mikro u żgħar tal-Ewropa biex itejbu s-saħħa u s-sigurtà għall-ħaddiema tagħhom billi tivvaluta r-riskji permezz ta’ applikazzjoni elettronika bla ħlas u faċli biex tintuża. Aqra l-istqarrija għall-istampa Aktar informazzjoni dwar is-sit elettroniku ddedikat għall-proġett OiRA: http://www.oiraproject.eu/about |
Napo f' … manuvrui siguri ()Il-karattru ferm popolari tal-kartuns Napo juri li t-trasport fuq ix-xogħol jrid ikun organizzat tajjeb sabiex jitnaqqsu r-riskji u l-perikli. Dan jeħtieġ ippjanar u monitoraġġ mill-maniġers, kif ukoll valutazzjoni tar-riskju u azzjoni xierqa mill-impjegati li jkunu mħarrġa. Fost l-oħrajn il-film jitratta xeni bħall-post tax-xogħol, in-nies u s-sigurtà tal-vetturi, il-manutenzjoni, il-viżibilità, ir-riversjar u t-tagħbija. E-fatti - Il-prevenzjoni tal-inċidenti tal-vetturi tal-kostruzzjoni (bl-Ingliż biss) Is-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol tax-Xufiera fit-Toroq (24 lingwa) |
Direttiva ġdida tal-UE kontra korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fl-isptarijiet u fis-settur tal-kura tas-saħħa. ()L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva jew għandhom jassiguraw li s-sħab soċjali introduċew il-miżuri neċessarji bi ftehim sa mhux aktar tard mill-11 ta' Mejju 2013. Idħol fit-taqsima tagħna u fl-informazzjoni dwar prattika tajba dwar il-Prevenzjoni kontra korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fuq il-post tax-xogħol. |
World Health Day – 7 April ()UE-OSHA timpenja ruħha fil-Promozzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol biex tħeġġeġ it-titjib tas-saħħa u l-benessere fuq il-post tax-xogħol, u b'hekk jitnaqqsu l-ispejjeż tal-mard fil-forza tax-xogħol tal-UE. Il-Promozzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol twassal għal tnaqqis fl-assenteiżmu, tissaħħaħ il-motivazzjoni, u tittejjeb il-produttività. Il-Promozzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol Osservatorju tar-Riskji: Theddid bijoloġiku ġdid fl-ambjent tax-xogħol Ewropew |
Qegħdin jiżdiedu l-vjolenza u l-fastidju fil-postijiet tax-xogħol fl-Ewropa ()Il-vjolenza u l-fastidju minn persuni terzi jolqtu minn 5% sa 20% tal-ħaddiema Ewropej. Dan jirriżulta mir-rapport il-ġdid tal-EU-OSHA 'Il-Vjolenza u l-Fastidju fil-Post tax-Xogħol: is-Sitwazzjoni Ewropea'. F'bosta pajjiżi Ewropej għad ma hemmx biżżejjed rikonoxximent tal-vjolenza fuq il-post tax-xogħol u għaldaqstant ftit li xejn ittieħdu inizjattivi li jittrattaw din il-kwistjoni. Aqra l-istqarrija għall-istampa Ir-rapport ‘Il-Vjolenza u l-Fastidju fuq il-Post tax-Xogħol is-Sitwazzjoni Ewropea’ (Ingliż) |
Sustanzi Perikolużi ()Is-sustanzi perikolużi - li jfisser kwalunkwe likwidu, gass jew solidu li jippreżenta riskju għas-saħħa jew għas-sigurtà tal-ħaddiema - jistgħu jinstabu fi kważi l-postijiet tax-xogħol kollha. Madwar l-Ewropa, miljuni ta' ħaddiema jiġu f'kuntatt ma' sustanzi kimiċi u bijoloġiċi li jistgħu jagħmlulhom ħsara. Aktar tagħrif
|
Daqqa t'għajn lejn il-kostruzzjoni ()Il-kostruzzjoni hija wieħed mis-setturi l-aktar impenjattivi u perikolużi fl-Ewropa, li fih is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema jinsabu faċilment f'riskju allarmanti. EU-OSHA toffri konsulenza lil min iħaddem u lill-ħaddiema fuq l-aktar riskji frekwenti u kif dawn jistgħu jiġu pprevenuti. Żur il-parti tas-sit iddedikata lill-kostruzzjoni |
Rapport ġdid: Valutazzjoni, eliminazzjoni u tnaqqis sostanzjali fir-riskji fuq il-post tax-xogħol ()Dan ir-rapport jitratta każijiet minn numru ta' postijiet tax-xogħol differenti li juru kif proċess ta' valutazzjoni tar-riskju wasslet biex riskju ġie identifikat u eliminat b'suċċess jew sostanzjalment imnaqqas. L-għan ewlieni tar-rapport huwa li juri kif l-eliminazzjoni tar-riskju jew it-tnaqqis tar-riskju f'ras il-għajn jista' jintlaħaq fil-livel tal-post tax-xogħol. Daqqa t'għajn lejn il-valutazzjoni tar-riskju Kampanja tal-postijiet tax-xogħol li jġibu 'l quddiem is-saħħa dwar il-valutazzjoni tar-riskji |
L-ewwel rebbieħ li qatt rebaħ il-Premju tal-Films dwar Postijiet tax-Xogħol Li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa għall-aqwa dokumentarju fuq suġġetti relatati max-xogħol ()L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol appoġġjat il-Premju tal-Films dwar Postijiet tax-Xogħol Li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa għall-aqwa dokumentarju fuq suġġetti relatati max-xogħol. Minn 10 films innominati, ir-rebbieħ tal-premju tħabbar fit-52 Festival Internazzjonali ta’ Leipzig għal Films Dokumentarji u Animati. Aqra l-istqarrija għall-istampa Sir af aktar dwar il-Premju tal-Films dwar Postijiet tax-Xogħol Li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa
|
L-UE-OSHA tiffora fuq ir-riskji tas-saħħa fl-industrija tat-tindif għall-Għimgħa Ewropea 2009 ()Is-saħħa u s-sigurtà ta' 3.6 miljun ħaddiem Ewropew li jaħdmu fil-qasam tat-tindif huma fiċ-ċentru tal-Ġimgħa Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol ta' din is-sena’(19 sat-23 ta' Ottubru). Matul din il-Ġimgħa, ser ikun hemm ukoll żewġ rapporti ewlenin riċenti fuq il-ħaddiema li jnaddfu, u jagħtu pariri siewja fuq kif jistgħu jitnaqqsu r-rati għoljin ta' mard u inċidenti f'dan il-qasam. Fuq l-internet wieħed jista' jsib ukoll vidjows fuq il-ġestjoni tar-riskju fit-tindif, HORECA u l-kostruzzjoni. |
L-OHS fil-kurrikulu skolastiku: rekwiżiti u attivitajiet fl-Istati Membri tal-UE ()Biex tissaħħaħ l-edukazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OHS) fl-iskejjel u fil-kulleġġi huwa meħtieġ li din tiġi formalizzata fir-rekwiżiti tal-kurrikulu. Dan ir-rapport janalizza kif l-Istati Membri inkludew l-OHS u l-pedagoġija tar-riskju fil-kurrikula nazzjonali tagħhom. Ir-rapport juri li saru progress u azzjoni konsiderevoli f'dan ir-rigward kemm fil-livell tal-edukazzjoni primarja kif ukoll f'dik sekondarja f'termini ta' azzjonijiet implimentati kif ukoll ippjanati fl-Istati Membri. Barra minn hekk ir-rapport jidentifika wħud mill-fatturi ta' suċċess fl-integrazzjoni tal-OHS fil-kurrikula tal-iskejjel. |
Prevenzjoni tar-riskji għal ħaddiema żgħażagħ: politika, programmi u prassi fil-post tax-xogħol ()Il-ħaddiema żgħażagħ (15–24 sena) jirrappreżentaw grupp ferm vulnerabbli fejn tidħol is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OHS). Madankollu, il-maġġoranza tar-riskji marbuta mal-OHS jistgħu jiġu evitati — sew jekk jinvolvu ħaddiema żgħażagħ sew jekk jinvolvu ħaddiema akbar fl-età — billi jiġu applikati l-prinċipji tal-valutazzjoni tar-riskji u billi jiġu implimentati l-miżuri preventivi meħtieġa. Bil-għan li tappoġġa l-iskambju tal-informazzjoni dwar l-aħjar prassi, l-aġenzija ħarġet rapport dwar il-mod kif is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol ta' ħaddiema żgħażagħ tista' tiġi ġestita f'termini ta' politika u ta' prassi. Ir-rappport fih diversi studji tal-każ kif ukoll jidentifika wħud mill-fatturi ta' suċċess għall-prevenzjoni. |
Il-Ġimgħa Ewropea tiffoka fuq l-irwol tal-valutazzjoni tar-riskji fit-tnaqqis tan-nuqqasijiet fuq il-postijiet tax-xogħol ()Bħala l-punt fokali tal-kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa, mifruxa fuq sentejn, sabiex tippubbliċizza l-importanza tal-valutazzjoni tar-riskji, il-Ġimgħa Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol ta' din is-sena’, mid-19 sat-23 ta' Ottubru, sejra tagħti prominenza lil rapport ġdid li juri kif valutazzjoni tajba tar-riskji tista' telimina jew tnaqqas drastikament ir-riskji fuq il-postijiet tax-xogħol. |
Prevenzjoni permezz tad-Disinn: websajt ġdida ta' NIOSH ()Waħda mill-aqwa metodi kif jiġu evitati u kkontrollati korrimenti, mard u fatalitajiet fuq il-post tax-xogħol huma li l-perikli u r-riskji jiġu "ddisinnjati" jew minimizzati kmieni fil-proċess tad-disinn. NIOSH hija inizjattiva nazzjonali ewlenija msejħa Prevenzjoni permezz tad-Disinn (PtD) li tippromwovi dan il-kunċett u tenfasizza l-importanza tagħha fid-deċiżjonijiet tan-negozju. |
Rapport Annwali EU-OSHA għall-2008: saħħa u sigurtà fi żminijiet ibsin ()
Skont ir-Rapport Annwali għall-2008, l-organizzazzjonijiet Ewropej ma jistgħux inaqqsu s-sigurtà fil-post tax-xogħol fit-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku attwali. Barra minn hekk, ir-Rapport jenfasizza riżultati sinifikanti miksuba mill-Aġenzija matul is-sena, fosthom il-Kampanja tal-postijiet tax-xogħol li jġibu 'l quddiem is-saħħa dwar il-valutazzjoni tar-riskji u l-Istrateġija l-ġdida tal-Aġenzija għall-perjodu 2009-2013, li tistabbilixxi l-mod kif l-Aġenzija se topera fis-snin li ġejjin biex tnaqqas l-inċidenti fuq ix-xogħol u l-mard relatat max-xogħol. Aqra l-istqarrija għall-istampa Aqra ir-Rapport Annwali (bl-Ingliż) Aqra s-sinteżi (disponibbli fil-lingwi tal-UE kollha) |
Websajt ġdida Franċiża tiġbor Informazzjoni Prattika dwar l-OHS ()“Travailler-mieux.gouv.fr” (ħidma aħjar), promossa mid-Direction Générale du Travail (il-Ministeru tax-Xogħol Franċiż), tiġbor riżorsi eżistenti dwar l-OHS u tippreżentahom b'mod sempliċi u pedagoġiku b'attenzjoni speċjali fuq l-SMEs. Il-kontenuti huma komposti minn tliet applikazzjonijiet prinċipali:
|
Kompetizzjoni tar-ritratti dwar Użu (In)korrett ta' Tagħmir Protettiv Personali ()Il-Federazzjoni Ewropea dwar is-Sigurtà (waħda mill-imsieħba fil-kampanja ta' valutazzjoni tar-riskju tal-EU-OSHA) torganizza kompetizzjoni dwar l-użu ta' tagħmir protettiv personali. Ir-rebbieħa ser jiġu mħabbra uffiċjalment fl- esibizzjoni internazzjonali A+A f'Düsseldorf f'Novembru 2009. Il-premjijiet jammontaw għal 2500 €. L-aħjar parteċipanti li ser jieħdu sehem fl-esibizzjoni li ser tivvjaġġa f'pajjiżi differenti, bħal fejn ser tintwera f'esibizzjonijiet kummerċjali u konferenzi speċjalizzati tal-OHS. Data ta’ skadenza: 30 ta’ Awwissu 2009 |
Il-websajt dwar l-Inizjattiva dwar is-Saħħa taż-Żgħażagħ Ewropej issa hija disponibbli f'22 lingwa ()Is-saħħa tat-tfal u ż-żgħażagħ hija prijorità ewlenija għall-Kummissjoni. |
Ġimgħa tal-Impjiegi 2009 - tkabbir żgurat permezz tal-kapital uman ()Il-Ġimgħa tal-Impjiegi se tittella' fi Brussell fl-24-25 ta' Ġunju. Din toffri forum uniku għal firxa wiesgħa ta' individwi, impriżi, imsieħba soċjali u nies responsabbli mit-tfassil tal-politika għad-diskussjoni dwar l-aktar tendenzi reċenti fil-qasam tal-impjiegi. Il-programm se jagħti ħarsa lejn l-isfidi u l-opportunitajiet tal-lum fir-rigward tal-kapital uman tal-Ewropa u jippreżenta kif is-suq tax-xogħol Ewropew qiegħed iwieġeb għas-sitwazzjoni ekonomika attwali f'termini ta' kompetittività, innovazzjoni u ristrutturar. |
