It-tnaqqis ta' l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol: pariri għal min iħaddem
8. Leġiżlazzjoni Ewropea
Skond id-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea, min iħaddem huwa responsabbli għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tiegħu. Id-Direttiva 89/391 tistabbilixxi l-qafas ġenerali għall-ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà, l-identifikazzjoni u l-prevenzjoni tar-riskji.
Min iħaddem għandu jivvaluta r-riskji u jieħu miżuri prattiċi biex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tiegħu, iżomm reġistri ta' l-inċidenti, jipprovdi tagħrif u taħriġ, jikkonsulta ma' l-impjegati u jikkoopera u jikkoordina miżuri mal-kuntratturi.
Jeżistu wkoll
direttivi individwali oħrajn dwar il-prevenzjoni ta' l-inċidenti.