- Info
Fatti ewlenin
Fatti ewlenin
- Kull ftit minuti, fl-Unjoni Ewropea tmut persuna minħabba kawżi relatati max-xogħol.
- Kull sena mijiet ta' eluf ta' impjegati jkorru fuq il-post tax-xogħol.
- L-irġiel huma aktar spiss vittimi ta' inċidenti milli huma n-nisa.
- Il-ħaddiema żgħażagħ għandhom rata ta' inċidenti ogħla minn gruppi ta' etajiet oħrajn; il-ħaddiema anzjani jkollhom aktar inċidenti fatali.
- Ir-rata ta' l-inċidenti hija ogħla fl-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs).
- Ir-rati ta' l-inċidenti huma ogħla f'xi setturi, inklużi l-agrikoltura u l-industrija tal-bini.
- L-inċidenti li jiġru bil-lejl għandhom it-tendenza li jkunu aktar fatali minn dawk li jiġru f'ħinijiet oħrajn tal-ġurnata.
- Feriti u leżjonijiet superfiċjali huma l-aktar tip komuni ta' korriment.
- Il-ħaddiema li jaħdmu bix-xift għandhom rata ta' inċidenti ogħla.

http://osha.europa.eu/mt/topics/accident_prevention/index_html/key_facts