Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home Temi Il-Prevenzjoni tal-Inċidenti It-tnaqqis ta' l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol: pariri għal min iħaddem

It-tnaqqis ta' l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol: pariri għal min iħaddem

It-tnaqqis ta' l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol: pariri għal min iħaddem

2. Perikli u riskji gravi


Il-perikli kollha identifikati mill-valutazzjoni tar-riskji għandhom jiġu indirizzati. It-tip ta' periklu, il-livell ta' riskju li jinħoloq u l-gravità tal-ħsara li tista' tirriżulta tvarja minn post tax-xogħol għal ieħor u minn settur għal settur ieħor. Dawn li ġejjin huma sempliċement uħud mill-aspetti li ma għandhomx jiġu sottovalutati.

  • Tagħmir u impjanti tax-xogħol:
  • protezzjonijiet mekkaniċi inadegwati biex jevitaw kuntatt ma' oġġetti perikolużi, nuqqas ta' manutenzjoni tat-tagħmir u tal-vetturi tax-xogħol, qasmiet u laqx li jaqta' minn xfafar, irkejjen, pjanċi tal-metall, għodod jew truf, perikli elettriċi.

  • Post tax-xogħol:
  • iż-żamma tal-post f'kundizzjoni ħażina - ordni, indafa u kontroll, viżibilità skarsa f'żoni fejn ikunu qegħdin jaħdmu vetturi u tagħmir ta' l-irfigħ bħal krejnijiet mobbli, it-taħlit ta' persuni u vetturi, b'mod partikolari ħdejn id-dħul u l-ħruġ ta' garaxxijiet, imħażen u depożiti.

  • Trasport fuq il-post tax-xogħol:
  • movimenti mhux ikkontrollati ta' oġġetti bħal btieti, tagħbijiet u kontenituri oħrajn mhux marbutin sew matul il-ħżin, it-trasport, it-tqassim jew il-ġarr. Il-possibbiltà ta' persuni jispiċċaw jintlaqtu jew jittajru minn vetturi li jkunu għaddejjin, jaqgħu minn fuq vetturi, jintlaqtu minn oġġetti li jaqgħu minn fuq vetturi jew vetturi li jinqalbu.

  • Ħaddiema:
  • nuqqas ta' informazzjoni, struzzjonijiet, taħriġ, superviżjoni u tagħlim.

  • Xogħol fl-għoli:
  • fuq armar (scaffolding), slielem, taraġ, rampi mobbli; jeżisti wkoll ir-riskju li jaqgħu oġġetti fuq in-nies li jkunu qegħdin jaħdmu taħt.

  • Ħruq:
  • ħruq termiku (mis-sħana) ikkawżat minn xogħol b'uċuħ jikwu, b'likwidi, fwawar, gassijiet li jisomtu jew sistemi ta' tisħin; ħruq kimiku kkawżat minn sustanzi korrużivi, b'mod partikolari mill-aċidi u mill-bażijiet qawwija li jintużaw f'attivitajiet bħat-tindif.

  • Nirien u splużjonijiet
  • ikkawżati mill-għaqda ta' tliet fatturi — il-fjuwil, l-ossiġenu u sors ta' tqabbid.

  • Sustanzi perikolużi:
  • jistgħu jkunu fatali meta jinġibdu 'l ġewwa man-nifs; per eżempju, il-monossidu tal-karbonju, l-hekk imsejjaħ "kattiel sieket" iġġenerat minn kombustjoni mhux kompluta bħad-dħaħen ta' l-egżost.

  • Asfissija (qtigħ ta' nifs):
  • xi attivitajiet jinvolvi espożizzjoni għar-riskju ta' asfissija, jiġifieri għal nuqqas ta' ossiġenu vitali. Dan jista' jkun il-każ fi spazji ristretti bħal btieti, tankijiet, reatturi jew tubi.

  • Fatturi psikosoċjali:
  • l-istress jista' jżid ir-riskju ta' l-inċidenti industrijali.