It-tnaqqis ta' l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol: pariri għall-impjegati
2. Leġiżlazzjoni Ewropea
Il-ħaddiema għandhom ċerti obbligi skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 89/391, li tipprovdi l-qafas ġenerali għall-ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà, l-identifikazzjoni u l-prevenzjoni tar-riskji.
Id-direttiva tistabbilixxi li hija r-responsabbiltà ta' kull impjegat li jieħu ħsieb, sa fejn ikun possibbli, is-sigurtà u s-saħħa tal-kollegi tiegħu u tiegħu stess b'konformità ma' l-istruzzjonijiet u t-taħriġ mogħtija minn dawk li jħaddmuh.
B'mod partikolari, il-ħaddiema:
- għandhom jużaw korrettament il-makkinarju, l-apparat, l-għodda, is-sustanzi perikolużi u t-tagħmir użat fit-trasport;
- għandhom jużaw korrettament it-tagħmir ta' protezzjoni personali għad-dispożizzjoni tagħhom;
- ma għandhomx jiddisattivaw, ibiddlu jew iċaqalqu arbitrarjament it-tagħmir ta' sigurtà installati, partikolarment, mal-makkinarju, l-apparat, l-għodda, l-impjanti u l-istabbilimenti, u jużaw dan it-tagħmir ta' sigurtà b'mod korrett;
- jgħarrfu immedjatament lil min iħaddimhom u/jew lill-ħaddiema b'responsabbiltajiet speċifiċi fil-qasam tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema bi kwalunkwe sitwazzjoni ta' xogħol li huma jqisu raġonevolment li tirrappreżenta periklu gravi u immedjat għas-saħħa u s-sigurtà, kif ukoll kwalunkwe difett fis-sistemi ta' protezzjoni.
Jeżistu wkoll
direttivi individwali oħrajn dwar il-prevenzjoni ta' l-inċidenti.