Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home Temi Il-Prevenzjoni tal-Inċidenti It-tnaqqis ta' l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol: pariri għal min iħaddem

It-tnaqqis ta' l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol: pariri għal min iħaddem

It-tnaqqis ta' l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol: pariri għal min iħaddem

1. Twettiq ta' valutazzjoni tar-riskji


Min iħaddem għandu jieħu l-passi kollha neċessarji sabiex jiggarantixxi s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. Sabiex jiġu prevenuti l-inċidenti, min iħaddem għandu jdaħħal sistema ta' ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà li tinkludi valutazzjoni tar-riskji, il-ġestjoni tar-riskji u l-proċeduri ta' monitoraġġ.

Il-prinċipji gwida li għandhom jiġu kkunsidrati matul il-proċess ta' valutazzjoni tar-riskji jistgħu jinqasmu f'sensiela ta' fażijiet:


  • Fażi 1. Identifikazzjoni tal-perikli u ta' dawk fir-riskju

  • It-tfittxija għal dawk l-affarijiet fuq il-post tax-xogħol li għandhom il-potenzjal li jikkawżaw ħsara, u l-identifikazzjoni tal-ħaddiema li jistgħu jkunu esposti għall-perikli.


  • Fażi 2. Valutazzjoni u prijoritizzazzjoni tar-riskji

  • Il-valutazzjoni tar-riskji eżistenti (il-gravità tagħhom, il-probabbiltà li jseħħu, …) u l-prijoritizzazzjoni tagħhom f'ordni ta' importanza. Huwa essenzjali li tiġi prijoritizzata l-ħidma li trid issir sabiex jiġu eliminati jew evitati r-riskji.

  • Fażi 3. Deċiżjoni dwar azzjoni preventiva

  • L-identifikazzjoni tal-miżuri xierqa sabiex ir-riskji jiġu eliminati jew ikkontrollati r-riskji.


  • Fażi 4. Teħid ta' azzjoni

  • It-tqegħid fis-seħħ tal-miżuri preventivi u protettivi permezz ta' pjan ta' prijoritizzazzjoni (probabbilment il-problemi kollha ma jkunux jistgħux jiġu solvuti immedjatament) u li jiġi speċifikat min jagħmel xiex u meta, meta trid titlesta biċċa xogħol u l-mezzi allokati biex jiġu implimentati l-miżuri.


  • Fażi 5. Monitoraġġ u eżami mill-ġdid

  • Il-valutazzjoni għandha tiġi riveduta f'intervalli regolari biex jiġi assigurat li din tibqa' aġġornata. Din għandha tiġi riveduta kull meta jokkorru bidliet sinifikanti fl-organizzazzjoni jew bħala riżultat tas-sejbiet ta' inċident jew ta' investigazzjoni li tkun falliet bi ftit.