- Info
It-tnaqqis ta' l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol: pariri għal min iħaddem
It-tnaqqis ta' l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol: pariri għal min iħaddem
5. Lista ta' kontroll għall-prevenzjoni ta' inċidenti
- Ġew stabbiliti b'mod ċar il-proċeduri u r-responsabbiltajiet dwar is-saħħa u s-sigurtà u kulħadd jaf x'inhuma r-responsabbiltajiet tiegħu u ta' l-oħrajn?
- Taf x'għandek tagħmel biex tikkonforma mal-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà? Jekk le, inħatret persuna kompetenti li tista' tagħti pariri?
- Ġew identifikati r-riskji ewlenin għas-saħħa u s-sigurtà u adottata azzjoni biex telimina jew tnaqqas dawn ir-riskji?
- L-arranġamenti għall-manutenzjoni tat-tagħmir tax-xogħol huma adegwati biżżejjed?
- Il-ħaddiema ngħataw tagħmir protettiv personali neċessarju biex jitħarsu mir-riskji li ma jistgħux jiġu evitati b'mezzi oħra? Ġew imħarrġa biex jużawhom sew?
- Il-ħaddiema ġew mgħarrfa dwar ir-riskji, u ngħataw it-taħriġ adegwat fi proċeduri meħtieġa biex jaħdmu bla periklu u għall-emerġenzi?
- Il-ħaddiema jiġu kkonsultati dwar kwistjonijiet ta' saħħa u sigurtà, inklużi bidliet fil-politika, proċeduri tax-xogħol, tagħmir?
- Il-ħaddiema jafu kif għandhom jirrappurtaw l-eżistenza ta' kundizzjonijiet perikolużi u inċidenti?
- Tittieħed azzjoni fil-pront biex jiġu investigati inċidenti, inċidenti li spiċċaw b'xorti tajba u problemi rappurtati?
- Il-post tax-xogħol jiġi spezzjonat regolarment, u jsiru l-kontrolli biex jivverifikaw jekk il-ħaddiema qegħdin isegwu proċeduri tax-xogħol sikuri?
- Hemm sistema ta' reviżjoni tal-politika fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fix-xogħol u tal-proċeduri tax-xogħol?

http://osha.europa.eu/mt/topics/accident_prevention/index_html/checklist