Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home Temi Il-Prevenzjoni tal-Inċidenti

Prevenzjoni ta' inċidenti

Prevenzjoni ta' inċidenti

martell u elmu

L-inċidenti jistgħu jikkawżaw mewt jew iħallu lill-vittmi mmankati. Huma jolqtu s-setturi kollha ta' l-ekonomija, iżda l-problema hija partikolarment gravi fl-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs).



L-inċidenti, barra mill-ispiża f'termini ta' telf ta' ħajjiet u ta' tbatija għall-ħaddiema u għall-familji tagħhom, jolqtu wkoll in-negozju u s-soċjetà ġenerali. Anqas inċidenti jfisser tnaqqis fil-leave minħabba mard u, għaldaqstant, iwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż u tiġi garantita aktar kontinwità fil-proċess produttiv. Barra minn hekk, min iħaddem jiffranka l-ispejjeż ta' reklutaġġ u ta' taħriġ tal-personal il-ġdid, jista' jnaqqas l-ispejjeż ta' l-irtirar kmieni u l-ispejjeż ta' l-assigurazzjoni.

L-ogħla numru ta' korrimenti fis-setturi kollha, mill-manifattura industrijali għax-xogħol fl-uffiċċju, huwa dovut għaż-żlit, it-tfixkil fuq oġġetti u l-waqgħat. Fost il-perikli oħrajn insibu oġġetti li jaqgħu, ħruq termiku jew kimiku, nirien u splużjonijiet, sustanzi perikolużi u stress. Sabiex jiġu prevenuti l-inċidenti li jseħħu fuq il-post tax-xogħol, min iħaddem għandu joħloq sistema ta' ġestjoni tas-sigurtà li tinkludi valutazzjoni tar-riskji u l-proċeduri ta' monitoraġġ.