L-Avvenimenti Taghna
Bhala parti mill-missjoni taghna biex titqajjem kuxjenza u jigu kondiviza l-informazzjoni, il-prassi tajba u l-konsulenza b'firxa wiesgha ta' udjenza, ahna norganizzaw hafna avvenimenti matul is-sena. Dawn ivarjaw minn seminars qosra li jigbru flimkien il-partijiet kollha taghna interessati flimkien ma' esperti fis-sahha u s-sigurtà fuq il-post tax-xoghol sabiex jipprezentaw u jiddiskutu s-sejbiet mill-pubblikazzjonijiet taghna, sa avvenimenti f'livell ta' Stat Membru koorganizzati mal-punti fokali taghna, simposji f'konferenzi internazzjonali kbar bhall-Kungress Dinji, jew is-Summits Ewropej taghna, li jimmarkaw it-tmiem tal-Kampanji taghna dwar Postijiet tax-Xoghol b'Sahhithom.
Sahansitra fl-akbar avvenimenti taghna, mhuwiex possibbli ghalina li nistiednu lil kulhadd li jkun interessat, ghaldaqstant l-ghan ta' din it-taqsima huwa li noffrulek l-opportunità biex tippartecipa 'virtwalment'. Ghandek issib il-prezentazzjonijiet maghmulin mill-kelliema, sommarju tad-diskussjonijiet li saru wara kull prezentazzjoni, u l-konkluzjonijiet generali mill-avveniment. Kull fejn jippermettu r-rizorsi taghna, is-sommarji huma pprezentati fil-lingwi ufficjali kollha tal-UE.
Is-Seminars ta' dan l-aħħar
-
Bilbao
04.02.2009 - 05.02.2009L-istrateġija tal-Unjoni Ewropea 2007-12 dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OHS) tirrikonoxxi li hemm bżonn li jintużaw inċentivi ekonomiċi biex l-intrapriżi jiġu motivati biex ...
-
Bilbao
27.10.2008 - 28.10.2008Fl-ambitu tal-Istrateġija l-ġdida tal-Komunità, l-ERO ser jimplimenta studju ta’ previżjoni sabiex jidentifika riskji ġodda ta’ OHSA li jistgħu jitfaċċaw fuq perijodu ta’ għaxar snin. L-objettiv ...
-
L-Impjieg, ix-Xogħol u d-Djalogu Soċjali dwar l-FPS - Brussell
08.04.2008 - 09.04.2008Riskji psikosoċjali emerġenti relatati mal-OHSA. Fit-8-9 ta’ April 2008, fi Brussell, l-EU-OHSA laqqgħet flimkien lill-esperti prinċipali f’workshop ta’ livell għoli biex jiġu diskussi u kkonsolidati ...
-
PREVENT, Brussell
05.06.2007 - 06.06.2007L-għan tas-seminar “Riskji bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol: Niffaċċjaw l-isfidi”, organizzat mill-UE-OHSAfi Brussell fil-5-6 ta’ Ġunju 2007, kien li jikkonsolida r-riżultati tat-tbassir tal-esperti ...

