Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home Setturi Trasport bit-Triq
transport

Is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol tas-Sewwieqa tat-Trasport bit-Triq

Il-ġestjoni tar-riskji għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għas-sewwieqa fis-settur tat-trasport bit-triq tista' tkun ta' sfida għaliex is-sewwieqa jaħdmu waħedhom, 'il bogħod mill-bażi fissa tagħhom, u jridu jħabbtu wiċċhom mal-periklu tat-traffiku barra riskji oħra li huma diffiċli biex huma jikkontrollawhom. Iżda l-miżuri għall-ġestjoni tar-riskji jistgħu jkunu ta' suċċess jekk jikkunsidraw kif is-settur jaħdem fil-prattika, kif ukoll il-karatteristiċi tas-sewwieqa nfushom u l-mod ta' kif jaħdmu.

Is-settur tat-trasport bit-triq jinkludi sewwieqa tat-trakkijiet u vannijiet, sewwieqa u xufiera tat-taxi u sewwieqa tax-xarabank u l-kowċis, u s-servizzi ta' tqassim bir-rota u bil-mutur.

Ix-xogħol fis-settur tat-trasport bit-triq jirrikjedi livelli għoljin ta' ħila u kompetenza professjonali. Pereżempju, is-sewwieqa ta' vetturi tal-merkanzija bit-triq għal distanza twila jridu jkunu mhux biss sewwieqa kapaċi iżda jridu jkunu kapaċi wkoll li jgħabbu u jħottu, isewwu ħsarat tekniċi, ikollhom ċerti ħiliet lingwistiċi, jagħmlu amministrazzjoni bażika u jaġixxu bħala ‘ambaxxaturi’ għall-kumpanija tagħhom f'pajjiżi oħra. Dawn iridu jwasslu l-oġġetti tagħhom fil-ħin, irrispettivament mill-kundizzjonijiet tat-temp u tat-triq. Dawn jistgħu jġorru sustanzi perikolużi jew oġġetti fraġli li jeħtieġu aktar attenzjoni u responsabbiltà. Fis-settur tat-trasport bit-triq, bħal f'kull settur ieħor, huwa importanti li tingħata attenzjoni għall-kundizzjonijiet tax-xogħol biex tiġi assigurata forza tax-xogħol bis-sengħa u motivata.

Hemm ukoll ħafna benefiċċji għan-negozju fil-ġestjoni tas-sigurtà fit-triq relatata max-xogħol, irrispettivament mid-daqs tan-negozju. Pereżempju:

- inqas jiem mitlufa minħabba korrimenti;
- inqas vetturi għall-użu minħabba tiswijiet;

- inqas ordnijiet mitlufa;

- inqas bżonn għal investigazzjoni u segwitu.

Perikli u riskji għas-sewwieqa tat-trasport bit-triq

Rapport mill-Osservatorju tar-Riskji tal-UE-OSHA, li jkopri s-settur tat-trasport kollu, jenfasizza l-perikli, ir-riskji u l-kwistjonijiet tal-OSH li ġejjin għas-settur tat-trasport bit-triq:

għeja mit-trasport bit-triq

• Il-perikli u r-riskji fiżiċi ewlenin jinkludu: espożizzjoni għal vibrazzjonijiet u ħinijiet bil-qiegħda fit-tul (disinn tas-siġġu, il-kabina u apparat ieħor); immaniġġjar manwali; espożizzjoni għall-ħsejjes – waqt it-tagħbija u l-ħatt, meta jinstaqu trakkijiet (muturi, roti, ventilaturi, eċċ.); teħid man-nifs ta' fwar u dħaħen, immaniġġjar ta' sustanzi perikolużi (dħaħen tal-egżost, kimiċi abbord, fjuwil, espożizzjoni għat-trab tat-triq waqt it-tagħbija, il-ħatt u f'waqfiet ta' serħan, il-ħasil u l-preparazzjoni tal-vettura); kundizzjonijiet klimatiċi (sħana, kesħa, nixfa, xita eċċ); skop limitat biex jiġu adottati kundizzjonijiet ta' xogħol ergonomiċi u stili ta' ħajja li jġibu 'l quddiem is-saħħa.

L-għeja hi l-aktar problema ta' saħħa li tiġi rrapportata b'mod komuni fit-trasport tal-art skont l-istħarriġ ta' Eurofound’ dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol Ewropej u servejs nazzjonali. Is-settur tat-trasport bit-triq huwa kompetittiv ħafna. Il-piżijiet tax-xogħol qegħdin jiżdiedu u s-sewwieqa jiffaċċjaw pressjonijiet ikbar, pereżempju pressjonijiet minn klijenti biex iwasslu aktar malajr u prezz irħas, bi kwistjonijiet bħal pereżempju ‘ġestjoni eżatt fil-ħin’, żieda fit-traffiku, monitoraġġ remot, u ħafna ħaddiema li qed jaħdmu sigħat twal u irregolari.

Il-vjolenza u l-fastidju qed jiżdiedu fit-trasport, iżda l-biċċa l-kbira ma jiġux irrapportati. Ħafna drabi l-ħaddiema tat-trasport iridu jagħmluha ta' intermedji involontarji għal bidliet fl-organizzazzjoni li jaffettwaw is-servizz għall-konsumatur. Hemm ukoll nuqqas ta' proċeduri ta' rappurtaġġ, miżuri ta' prevenzjoni u rutini ta' segwitu.

• Il-forza tax-xogħol tat-trasport qiegħda tixjiħb'rata ikbar mill-popolazzjoni tax-xogħol ġenerali u jista' jkun hemm nuqqas fil-forniment tax-xogħol.

Bidliet fil-kontenut tax-xogħol jinkludu: użu dejjem jikber ta' teknoloġija ġdida – bħal pereżempju għodod għall-ippjanar remot u l-monitoraġġ, kompjuters abbord għar-rappurtaġġ u l-irrekordjar tat-twassil tal-oġġetti; il-bżonn għal għarfien tal-kodiċi tat-triq u l-lingwi tal-UE. Minn naħa l-oħra, ix-xogħol huwa aktar monotonu b'inqas opportunitajiet għat-tagħlim meta mqabbel ma' dak tal-popolazzjoni medja li taħdem.

 Subsettur Xi kwistjonijiet enfasizzati
Trasport pubbliku tal-passiġġieri
  • Vjolenza u fastidju
  • Aktar kuntatt mal-klijent, inkluż it-traduzzjoni tal-bidliet fl-organizzazzjoni lill-klijenti, inkluż fil-punt tal-bejgħ tal-biljetti
  • Xogħol waħedhom
  • Xogħol bix-xift
  • Talbiet kunfliġġenti (jaqdu lill-klijenti u jsuqu), li jwasslu għal pressjoni tad-demm għolja u mard kardjovaskulari
  • Il-ħtiġijiet ta' forza tax-xogħol li qiegħda tixjieħ
 Servizzi ta' taxi
  • Vjolenza u attakk, nuqqas ta' sistemi ta' rappurtaġġ u taħriġ
  • Xogħol waħedhom
  • Kwistjonijiet dwar il-ħin tax-xogħol u x-xogħol bix-xift
  • Disinn tal-post tax-xogħol
  • L-użu ta' mezzi ta' komunikazzjoni waqt is-sewqan
Trasport bit-triq għal distanza twila
  • Ġestjoni eżatt fil-ħin twassal għal pressjoni għolja ta' xogħol
  • Pressjonijiet tal-klijenti; xogħol fuq siti ta' ħaddieħor
  • Żieda fl-użu ta' monitoraġġ remot u teknoloġija kumplessa
  • Disinn tal-post tax-xogħol
  • L-aċċessibilità tal-faċilitajiet u s-servizzi (iġjeniċi, tal-ikel u mediċi)
  • Mard infettiv
  • Vjolenza u attakk
  • Xogħol waħedhom
  • Bil-qiegħda fit-tul u espożizzjoni għall-vibrazzjoni
  • Riskji ta' aċċidenti, inkluż waqt it-tagħbija u l-ħatt
  • Il-ħtiġijiet ta' forza tax-xogħol li qed tixjieħ
Trasport ta' oġġetti perikolużi
  • Riskji ta' aċċidenti inkluż riskji ta' nar u splużjonijiet
  • Espożizzjoni għal sustanzi perikolużi, b'mod speċjali waqt it-tagħbija u l-ħatt
  • Riskji ta' waqgħat minn vetturi u mezzi oħra ta' trasport
Servizzi ta' kurrier
  • Kundizzjonijiet mhux previsti fl-istabbiliment tal-klijenti ´ eż. d-disponibilità ta' mezzi siguri għall-irfigħ
  • L-aspettattivi u l-kuntatt mal-klijent
  • Riskji ta' aċċident u kundizzjonijiet klimatiċi, eż. għall-kurrieri bir-rota
  • L-irfigħ u l-immaniġġjar ta' pakketti/oġġetti ta' daqsijiet u forom mhux previsti
  • Kwistjonijiet organizzattivi tax-xogħol – pressjoni tax-xogħol minħabba bidliet b'terminu qasir fil-kompiti, l-użu ta' sistemi remoti ta' kuntatt/monitoraġġ (is-sewwieqa jirċievu l-ordnijiet waqt li jkunu qed isuqu)
Kollha

Il-kombinazzjoni speċifika tar-riskji u l-kombinazzjoni ta' fatturi bħal pereżempju r-riskji ergonomiċi, stressanti organizzattivi tax-xogħol, l-istorbju, is-sustanzi perikolużi, il-vibrazzjoni, ħinijiet tax-xogħol mhux normali, xogħol 'il bogħod mid-dar u minn bażi tax-xogħol, nuqqas ta' faċilitajiet, sitwazzjoni tax-xogħol kumplessa, il-bżonn ta' adattamenti kostanti u l-ħafna bidliet stutturali li seħħew fis-settur huma sfida partikolari għall-monitoraġġ u l-prevenzjoni.

Aktar informazzjoni fir-rapport
OHS f'ċifri: Occupational safety and health in the transport sector — an overview (bl-Ingliż biss)

Go up