Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home Setturi Horeca

Horeca

 

HorecaIs-settur tal-lukandi, tar-ristoranti u ta' l-ikel (HORECA) huwa wieħed mill-aktar li qegħdin jikbru malajr fl-Ewropa. Fl-2004 kienu impjegati aktar minn 7.8 miljun ruħ (Eurostat, 2005) u s-settur iġġenera aktar minn  EUR 338 biljun bħala fatturat (Eurofound, 2005). Huwa jikkonsisti prinċipalment minn ristoranti u barijiet, li huma responsabbli għal tliet kwarti ta' l-impjiegi. Daturi oħra tax-xogħol fis-settur jinkludu siti ta' kampeġġ, ħostels għaż-żgħażagħ u kantins. Il-maġġoranza kbira ta' l-impriżi huma żgħar, u jimpjegaw anqas minn 10 persuni. In-nisa jammontaw għal ftit aktar minn nofs il-forza tax-xogħol. (Eurofound 2005: 'Il-lukandi u s-settur tal-forniment ta' l-ikel - linji politiċi, kwistjonijiet u l-ġejjieni')

L-impjiegi għandhom tendenza li jkunu temporanji, b'ħinijiet irregolari, paga baxxa u ftit prospetti ta' karriera. Hemm proporzjon għoli ta' persuni żgħażagħ jaħdmu fis-settur.

Il-karatteristiċi tas-settur tal-HORECA li jista' jkollhom impatt negattiv fuq is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol (OSH) huma:

  • ammonti kbar ta' xogħol
  • ħinijiet twal bilwieqfa u f'qagħdiet statiċi
  • kuntatt ma' klijenti (kultant diffiċli)
  • livelli għoljin ta' xogħol filgħaxija u fi tmiem il-ġimgħa, li jfixklu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja ta' l-impjegati
  • livelli għolja ta' stress
  • xogħol monotonu
  • fastidju u saħansitra vjolenza minn klijenti, kollegi u min iħaddem
  • diskriminazzjoni kontra n-nisa u persuni minn pajjiżi oħra.

 

X'jista' jsir?