Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home Setturi Settur tal-Kura tas-Saħħa Il-prevenzjoni minn inċidenti b'arma bil-ponta fuq il-post tax-xogħol

Il-prevenzjoni minn inċidenti b'arma bil-ponta fuq il-post tax-xogħol

il-prevenzjoni ta' inċidenti b'armi bil-ponta

Ħaddiema fil-qasam tas-saħħa qegħdin f'riskju ta' inċidenti b'armi li jaqtgħu u tingiż mil-labar. Inċidenti bħal dawn huma serji minħabba li l-ħaddiema jistgħu jiġu infettati minn patoġeni li hemm fid-demm (virusis, batterji, fungi u mikroorganiżmi oħra).

Il-virus tal-immunodefiċjenza umana (HIV) u l-epatite B (HBV) jew C (HCV) huma l-aktar riskji komuni, iżda hemm ukoll aktar minn 20 marda relatati mad-demm li jistgħu jittrażmettu ruħhom.

Fl-Ewropa, huwa stmat li jseħħu mal-miljun tingiża kull sena. U mhumiex biss il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa li jinsabu fil-periklu. Filwaqt li l- infermiera li jaħdmu f'sitwazzjonijiet mediċi gravi huma identifikati bħala dawk li qegħdin l-iktar fir-riskju, ħafna ħaddiema oħrajn qegħdin f'riskju li jweġġgħu. Per eżempju, il-ħaddiema anċilalrji bħall- fattigi u persunal ieħor responsabbli mit-tindif jistgħu jkunu wkoll f'riskju.

 

Id-Direttiva tal-UE li tipprevjeni l-inċidenti minn armi bil-ponta fl-isptar u l-qasam tas-saħħa

 

Sabiex tiġi indirizzata din il-problema, ġiet adottata direttiva 2010/32/UE. Din id-direttiva timplimenta Il-Ftehim ta' Qafas fuq il-prevenzjoni minn armi bil-ponta fl-isptar u l-qasam tas-saħħa iffirmata mill-imsieħba soċjali Ewropej HOSPEEM (European hospital and healthcare employers' association) u l-EPSU (European Federation of Public Services Unions).

L-għan tad-direttiva huwa li jinkiseb l-aqwa ambjent ta' xogħol possibbli sigur billi jiġu evitati l-inċidenti fuq il-ħaddiema permezz ta' affarjiet mediċi li jaqtgħu (fosthom il-labar) u l-protezzjoni tal-ħaddiema li jinsabu f'riskju fl-isptar u l-qasam tas-saħħa.

Dan jista' jinkiseb billi jidħlu fis-seħħ il-miżuri preventivi u protettivi li ġejjin:

- l-eliminazzjoni ta' għodda li mhemmx għalfejn ikunu bil-ponta jew jaqtgħu
- l-għoti ta' tagħmir mediku

- l-inkorporazzjoni ta' mekkaniżmi immirati għall-protezzjoni tas-saħħa

- l-implimentazzjoni ta' sistemi siguri fuq il-post tax-xogħol

- l-implimentazzjoni ta' proċeduri siguri għall-użu u r-rimi ta' oġġetti mediċi bil-ponta jew jaqtgħu

- il-projbizzjoni tal-użu mill-ġdid ta' ċerti affarjiet

- l-użu ta' tagħmir protettiv personali

- it-tilqim

- informazzjoni u taħriġ.

 

Informazzjoni dwar il-prattiċi tajba tal-UE-OHSA rigward il-prevenzjoni u l-protezzjoni fil-qasam tas-saħħa

 

Pubblikazzjonijiet

- E-fatt 40 - Il-Valutazzjoni tar-riskju u l-inċidenti minn tingiż mil-labar

- E-fatt 35 - Il-Valutazzjoni tar-riskju għall-Ħaddiema fil-Qasam tal-Għajnuna Soċjali

- Folja ta' informazzjoni 41 - Aġenti bijoloġiċi

- Tbassir tal-Esperti fuq ir-Riskji Emerġenti Bijoloġiċi għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

Studji tal-każijiet

- It-tingiż bil-labar — kif tipprevenihom b'mod effettiv

- Inżommu l-ħaddiema tal-qasam tas-saħħa tagħna f'saħħithom - Il-prevenzjoni ta' infezzjonijiet trażmessi mid-demm

Għodda għall-valutazzjoni tar-riskji

- WHO - Lista ta' Verifika ta' Politiki għall-Kontroll ta' Mard li jiġi minn Kuntatti tad-Demm

- Inċidenti bil-labar (gwida u lista ta' verifika)

Links utli

FAQs

 

Aktar informazzjoni fuq il-prevenzjoni ta' inċidenti minn armi bil-ponta fuq il-post tax-xogħol

 

  • Dokument ta' gwida mħejji min-Netwerk Ewropew għall-Bijodiversità.