Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home Setturi Settur tal-Kura tas-Saħħa

Aħbarijiet riċenti

Ġurnata Ewropea dwar l-AIDS - 1 ta' Diċembru (01.12.2011)

Is-settur tal-kura tas-saħħa fih numru kbir ta' perikli u riskji u problemi ta' ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, inkluż mard bħall-AIDS. F'dan ir-rigward, il-prevenzjoni ta' korrimenti minn oġġetti li jaqtgħu hi partikolarment importanti. Mhux il-professjonisti fil-kura tas-saħħa biss huma f'riskju. Ħaddiema awżiljarji bħal ħassiela u ħassiela tal-ħwejjeġ jistgħu jkunu f'riskju sinifikanti wkoll. Biex tiġi indirizzata din il-problema ġiet adottata d-Direttiva 2010/32/UE għall-prevenzjoni ta' korrimenti minn oġġetti li jaqtgħu fl-isptar u fis-settur tal-kura tas-saħħa. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-11 ta' Mejju 2013.

L-UE-OSHA tappoġġa l-implimentazzjoni tad-direttiva u l-prevenzjoni tal-HIV/AIDS billi tipprovdi riżorsi ta' prattika tajba inkluż informazzjoni dwar: 

OHS fis-settur tal-kura tas-saħħa

Prevenzjoni ta' korrimenti bi strumenti li jaqtgħu fuq il-post tax-xogħol

Valutazzjoni tar-riskji u korrimenti minn tingiż b'labar

AIDS

Il-ħaddiema tal-emerġenza jeħtieġu protezzjoni aħjar mill-OSHA (19.10.2011)

Rapport ġdid wera li l-ħaddiema tal-emerġenza qegħdin f'riskju għoli li jġarrbu inċidenti fatali, korrimenti u mard okkupazzjonali ieħor. Diżastri li ġraw fl-imgħoddi juru li spiss kemm il-komunitajiet kif ukoll il-kumpaniji ma jkunux imħejjija bis-sħiħ għal aċċidenti serji u katastrofijiet. It-titjib fil-protezzjoni kontra l-perikli okkupazzjonali li jistgħu jiffaċċjaw il-ħaddiema tal-emerġenza għandu jingħata prijorità għolja, peress li żviluppi ambjentali, ekonomiċi u politiċi attwali qed jagħtuna x'nifhmu li fil-ġejjieni ser ikollna żieda fil-gravità u fil-frekwenza tad-diżastri.

Ir-rapport sħiħ: “Servizzi ta' emerġenza: sigurtà fuq il-post tax-xogħol u riskji għas-saħħa

Il-Jum Dinji għas-Saħħa Mentali - 10 ta' Ottubru (10.10.2011)

L-10 ta' Ottubru huwa l-Jum Dinji għas-Saħħa Mentali. Iż-żmien li nfakkru lilna nfusna u lill-oħrajn li s-saħħa mentali hi aspett importanti tas-saħħa ġenerali - valur li m'għandux jiġi sottovalutat. Il-post tax-xogħol jista' jkun ambjent partikolarment importanti biex tinżamm saħħa mentali tajba kemm permezz tal-prevenzjoni ta' riskji psikosoċjali kif ukoll permezz tal-promozzjoni tas-saħħa mentali.

Għal aktar informazzjoni dwar is-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol u kif din tittejjeb, żur dawn ir-riżorsi tal-UE-OSHA:

Prevenzjoni tal-istress relatat max-xogħol

Il-ġestjoni tar-riskji psikosoċjali fis-servej tal-intrapriżi ESENER

Promozzjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol

Rapport ‘Il-promozzjoni tas-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol

Direttiva ġdida tal-UE kontra korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fl-isptarijiet u fis-settur tal-kura tas-saħħa. (15.06.2011)

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva jew għandhom jassiguraw li s-sħab soċjali introduċew il-miżuri neċessarji bi ftehim sa mhux aktar tard mill-11 ta' Mejju 2013

Idħol fit-taqsima tagħna u fl-informazzjoni dwar prattika tajba dwar il-Prevenzjoni kontra korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fuq il-post tax-xogħol.

Jum Dinji Bla Tabakk – Wasal iż-Żmien li Neqirdu t-Tipjip fuq il-Post tax-Xogħol (30.05.2011)

Nhar il-31 ta' Mejju huwa il-Jum Dinji Bla Tabakk. Huwa fatt magħruf li d-duħħan jagħmel ħsara lis-saħħa. Madankollu eluf ta' ħaddiema għadhom esposti għad-duħħan tat-tabakk fuq il-post tax-xogħol tagħhom.

Matul ir-raba' kwart tas-sena 2011 il-Kummissjoni Ewropea ser tniedi t-tieni stadju ta' konsultazzjoni mas-sħab soċjali rigward l-inizjattiva tagħha dwar "Esponiment għad-duħħan passiv fuq il-post tax-xogħol". L-EU-OSHA qiegħda tappoġġa l-postijiet tax-xogħol ħielsa mid-duħħan billi tipprovdi informazzjoni lill-impjegaturi, kemm dawk li jpejpu u kemm dawk li le, sabiex tgħinhom jevitaw u jwaqqfu l-esponiment għad-duħħan tat-tabakk fuq il-post tax-xogħol.

Ara n-NAPO fi... Il-Pulmuni fuq ix-Xogħol u sir af iżjed dwar it-taqsima "Le għat-tabakk"

Green Paper lejn Ewropa ħielsa mid-duħħan tat-tabakk: għażliet ta' politika

Il-Konvenzjoni Qafas tal-WHO dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk

Stress relatat max-xogħol - waħda mill-akbar sfidi tal-OHS fl-Ewropa (05.12.2010)

L-istress huwa t-tieni problema tas-saħħa relatata max-xogħol li l-aktar li tiġi rrapportata, li taffettwa 22% tal-ħaddiema mill-UE 27. Studji jissuġġerixxu li l-istress huwa fattur ta’ bejn 50% u 60% tal-ġranet kollha ta’ xogħol mitlufa. Dan jirrappreżenta spiża enormi f’termini kemm ta’ miżerja umana kif ukoll ta’ tfixkil fil-prestazzjoni ekonomika.

Aqra r-rapport il-ġdid dwar l-istress relatat max-xogħol ibbażat fuq statistiċi internazzjonali u nazzjonali.

Aqra’ aktar dwar l-istress fuq ix-xogħol

Ġurnata Dinjija bla Tabakk – 31 ta’ Mejju (26.05.2010)

Post tax-xogħol mingħajr duħħan hija miżura pożittiva għas-saħħa u s-sigurtà, li ġġib magħha kemm benefiċċji immedjati kif ukoll fuq medda itwal ta’ żmien għall-ħaddiema u għall pubbliku in ġenerali. Il-web feature ta’ l-Aġenzija dwar sustanzi perikolużi tipprovdi links għal informazzjoni ta’ prattika tajba u ta’ azzjonijiet li jistgħu jittieħdu fuq il-post tax-xogħol mingħajr tipjip, minn għand l-Istati Membri, l-Ewropa u d-dinja kollha. .

Żur il-web feature

Aqra iktar dwar il-jum tal-WHO

Daqqa t'għajn lejn il-kostruzzjoni (08.03.2010)

Il-kostruzzjoni hija wieħed mis-setturi l-aktar impenjattivi u perikolużi fl-Ewropa, li fih is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema jinsabu faċilment f'riskju allarmanti. EU-OSHA toffri konsulenza lil min iħaddem u lill-ħaddiema fuq l-aktar riskji frekwenti u kif dawn jistgħu jiġu pprevenuti.

Żur il-parti tas-sit iddedikata lill-kostruzzjoni

PREMJIJIET EWROPEJ GĦAL PRATTIKA TAJBA (15.02.2010)

L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) qiegħda tistieden u tilqa’ n-nominazzjonijiet għall-10 edizzjoni tal-Premjijiet Ewropej għal Prattika Tajba fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. L-iskema tal-premjijiet għall-2010–11 sejra tirrikonoxxi lil dawk il-kumpaniji jew organizzazzjonijiet li jkunu għamlu kontribuzzjonijiet notevoli u innovattivi biex jippromwovu approċċ ta’ ġestjoni integrata għal manutenzjoni mingħajr periklu.

Sejħa għan-nominazzjonijiet

Rapport ġdid: Valutazzjoni, eliminazzjoni u tnaqqis sostanzjali fir-riskji fuq il-post tax-xogħol (07.12.2009)

Dan ir-rapport jitratta każijiet minn numru ta' postijiet tax-xogħol differenti li juru kif proċess ta' valutazzjoni tar-riskju wasslet biex riskju ġie identifikat u eliminat b'suċċess jew sostanzjalment imnaqqas. L-għan ewlieni tar-rapport huwa li juri kif l-eliminazzjoni tar-riskju jew it-tnaqqis tar-riskju f'ras il-għajn jista' jintlaħaq fil-livel tal-post tax-xogħol.

Aqra r-rapport

Daqqa t'għajn lejn il-valutazzjoni tar-riskju

Kampanja tal-postijiet tax-xogħol li jġibu 'l quddiem is-saħħa dwar il-valutazzjoni tar-riskji

Rapport Annwali EU-OSHA għall-2008: saħħa u sigurtà fi żminijiet ibsin (21.07.2009)

 

Skont ir-Rapport Annwali għall-2008, l-organizzazzjonijiet Ewropej ma jistgħux inaqqsu s-sigurtà fil-post tax-xogħol fit-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku attwali. Barra minn hekk, ir-Rapport jenfasizza riżultati sinifikanti miksuba mill-Aġenzija matul is-sena, fosthom il-Kampanja tal-postijiet tax-xogħol li jġibu 'l quddiem is-saħħa dwar il-valutazzjoni tar-riskji u l-Istrateġija l-ġdida tal-Aġenzija għall-perjodu 2009-2013, li tistabbilixxi l-mod kif l-Aġenzija se topera fis-snin li ġejjin biex tnaqqas l-inċidenti fuq ix-xogħol u l-mard relatat max-xogħol.

Aqra l-istqarrija għall-istampa

Aqra ir-Rapport Annwali (bl-Ingliż)

Aqra s-sinteżi (disponibbli fil-lingwi tal-UE kollha)

Ġimgħa tal-Impjiegi 2009 - tkabbir żgurat permezz tal-kapital uman (16.05.2009)

Il-Ġimgħa tal-Impjiegi se tittella' fi Brussell fl-24-25 ta' Ġunju. Din toffri forum uniku għal firxa wiesgħa ta' individwi, impriżi, imsieħba soċjali u nies responsabbli mit-tfassil tal-politika għad-diskussjoni dwar l-aktar tendenzi reċenti fil-qasam tal-impjiegi. Il-programm se jagħti ħarsa lejn l-isfidi u l-opportunitajiet tal-lum fir-rigward tal-kapital uman tal-Ewropa u jippreżenta kif is-suq tax-xogħol Ewropew qiegħed iwieġeb għas-sitwazzjoni ekonomika attwali f'termini ta' kompetittività, innovazzjoni u ristrutturar.

Għal aktar informazzjoni

Influwenza A(H1N1) – Twissijiet mill-WHO u minn DĠ SANCO (28.04.2009)

Wara każijiet umani tal-Influwenza A(H1N1) innotifikati lill-WHO mill-Istati Uniti u mill-Messiku, id-DĠ SANCO qiegħed imexxi l-koordinament tal-UE fil-qafas tad-Deċiżjoni 2119/98 dwar il-mard li jinxtered permezz tas-Sistema Komunitarja ta' twissija bikrija u ta' rispons (EWRS), li fl-ambitu tagħha l-Istati Membri tal-UE huma meħtieġa jinnotifikaw il-miżuri li jipproponu li jadottaw, il-miżuri u l-gwida maħruġa kif ukoll kwalunkwe każ ikkonfermat.

Il-miżuri provviżorji rakkomandati huma bażikament l-istess bħal dawk għar-reazzjoni għall-infuwenza pandemika. Għal aktar informazzjoni kkonsulta l-ġabra ta' kollegamenti tal-EU-OSHA dwar zoonożi, kwistjonijiet marbuta mas-saħħa u s-sigurtà u preparazzjoni għal pandemija.

Kollegamenti oħra:

DĠ Saħħa u Protezzjoni tal-Konsumaturi

Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard

Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa

WHO: Infection prevention and control in health care (Prevenzjoni u kontroll tal-infezzjonijiet fil-kura tas-saħħa)

Ċentri tal-Istati Uniti għall-kontroll u l-prevenzjoni tal-mard

Pubblikazzjonijiet tal-US-OHS assoċjati mal-influwenza H1N1