Saħħa u sigurtà tal-personal tal-kura tas-saħħa
Il-ħaddiema impjegati fil-qasam tal-kura tas-saħħa jridu jindirizzaw firxa wiesgħa ta’ attivitajiet u ambjenti li huma ta’ theddida għal saħħithom u li jpoġġuhom f’riskju ta’ mard fuq il-post tax-xogħol jew ta’ aċċidenti marbuta max-xogħol. Din it-taqsima tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar riskji bħal dawn u dwar metodi effikaċi ta’ kif jiġu vvalutati u eliminati u kif jitnaqqsu.
Ħafna mill-ambjenti fejn il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa jagħmlu xogħolhom u l-multipliċità ta’ ħidmiet li jagħmlu jistgħu jippreżentaw varjetà kbira ta’ perikli. Is-settur tal-kura tas-saħħa huwa kbir li, jimpjega madwar 10% tal-ħaddiema kollha madwar l-Unjoni Ewropea kollha. Iktar minn tliet kwarti minnhom huma nisa.
In-natura ta’ xogħolhom, kemm jekk qegħdin jipprovdu kura primarja għal persuni b’diżabilità fiżika jew mentali, kif ukoll jekk ikunu qegħdin jittrataw pazjenti jew jipprovdu servizzi ta’ tindif, tagħmilha assolutament vitali li s-saħħa u s-sigurtà jkunu prijorità f’dan is-settur. Madankollu data Ewropea turi li l-proporzjon ta’ ħaddiema fil-kura tas-saħħa li jqisu li s-saħħa u s-sigurtà tagħhom huma f’riskju minħabba xogħolhom hija ogħla mill-medja madwar is-setturi kollha fl-UE. B’mod partikolari, l-espożizzjoni għal theddid ta’ vjolenza u atti attwali ta' vjolenza minn kollegi u minn mhux kollegi hija prevalenti b’mod qawwi meta mqabbel ma’ setturi oħrajn.
Il-firxa ta’ riskji li jħabbtu wiċċhom magħhom il-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa tinkludi:
- Riskji bijoloġiċi bħal infezzjonijiet ikkawżati minn feriti minn labra
- Riskji kimiċi inkluż mediċini użati fit-trattament tal-kanċer u disinfettanti
- Riskji fiżiċi bħal radjazzjoni ta’ jonizzar
- Riskji ergonomiċi, pereżempju, trattament ta’ pazjenti
- Riskji psikosoċjali inkluż vjolenza u xogħol bix-xift
Din it-taqsima toffri, fost affarijiet oħra, studju ta’ każijiet, eżempji ta’ prattika tajba u listi biex jgħinu lil dawk li qed jittrattaw mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol jivvalutaw il-possibilità ta’ riskju u jimmonitorjaw proċessi ta’ sigurtà.
Il-prevenzjoni minn inċidenti b'arma bil-ponta fuq il-post tax-xogħol
Ħaddiema fil-qasam tas-saħħa qegħdin f'riskju ta' inċidenti b'armi li jaqtgħu u tingiż mil-labar. Inċidenti bħal dawn huma serji minħabba li l-ħaddiema jistgħu jiġu infettati minn patoġeni li hemm fid-demm (virusis, batterji, fungi u mikroorganiżmi oħra).
Il-virus tal-immunodefiċjenza umana (HIV) u l-epatite B (HBV) jew C (HCV) huma l-aktar riskji komuni, iżda hemm ukoll aktar minn 20 marda relatati mad-demm li jistgħu jittrażmettu ruħhom.
Fl-Ewropa, huwa stmat li jseħħu mal-miljun tingiża kull sena. U mhumiex biss il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa li jinsabu fil-periklu. Filwaqt li l- infermiera li jaħdmu f'sitwazzjonijiet mediċi gravi huma identifikati bħala dawk li qegħdin l-iktar fir-riskju, ħafna ħaddiema oħrajn qegħdin f'riskju li jweġġgħu. Per eżempju, il-ħaddiema anċilalrji bħall- fattigi u persunal ieħor responsabbli mit-tindif jistgħu jkunu wkoll f'riskju.
Id-Direttiva tal-UE li tipprevjeni l-inċidenti minn armi bil-ponta fl-isptar u l-qasam tas-saħħa
Sabiex tiġi indirizzata din il-problema, ġiet adottata direttiva 2010/32/UE. Din id-direttiva timplimenta Il-Ftehim ta' Qafas fuq il-prevenzjoni minn armi bil-ponta fl-isptar u l-qasam tas-saħħa iffirmata mill-imsieħba soċjali Ewropej HOSPEEM (European hospital and healthcare employers' association) u l-EPSU (European Federation of Public Services Unions).
L-għan tad-direttiva huwa li jinkiseb l-aqwa ambjent ta' xogħol possibbli sigur billi jiġu evitati l-inċidenti fuq il-ħaddiema permezz ta' affarjiet mediċi li jaqtgħu (fosthom il-labar) u l-protezzjoni tal-ħaddiema li jinsabu f'riskju fl-isptar u l-qasam tas-saħħa.
Dan jista' jinkiseb billi jidħlu fis-seħħ il-miżuri preventivi u protettivi li ġejjin:
- l-eliminazzjoni ta' għodda li mhemmx għalfejn ikunu bil-ponta jew jaqtgħu
- l-għoti ta' tagħmir mediku
- l-inkorporazzjoni ta' mekkaniżmi immirati għall-protezzjoni tas-saħħa
- l-implimentazzjoni ta' sistemi siguri fuq il-post tax-xogħol
- l-implimentazzjoni ta' proċeduri siguri għall-użu u r-rimi ta' oġġetti mediċi bil-ponta jew jaqtgħu
- il-projbizzjoni tal-użu mill-ġdid ta' ċerti affarjiet
- l-użu ta' tagħmir protettiv personali
- it-tilqim
- informazzjoni u taħriġ.
Informazzjoni dwar il-prattiċi tajba tal-UE-OHSA rigward il-prevenzjoni u l-protezzjoni fil-qasam tas-saħħa
Aktar informazzjoni fuq il-prevenzjoni ta' inċidenti minn armi bil-ponta fuq il-post tax-xogħol
- Dokument ta' gwida mħejji min-Netwerk Ewropew għall-Bijodiversità.

Factsheet 88 - Manutenzjoni sigura għal min iħaddem. Ħaddiema siguri
