Skip to content. | Skip to navigation
Abbażi tal-Artikolu 153 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (eks Artikolu 137 TKE) ġew adottati firxa wiesgħa ta’ miżuri Komunitarji fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol. Id-Direttivi Ewropej huma vinkolanti legalment u jridu jiġu trasposti f’liġijiet nazzjonali mill-Istati Membri.
Id- Direttiva Qafas , bl-ambitu ta’ applikazzjoni wiesa’ kollu tagħha kif ukoll direttivi oħrajn li jiffukaw fuq aspetti speċifiċi tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol huma l- pedamenti tal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar is-saħħa u sikurezza.
Dawn id-direttivi jistipulaw rekwiżiti minimi u prinċipji fundamentali , bħall-prinċipju tal-prevenzjoni u l-valutazzjoni tar-riskju u r-responsabbiltajiet tal-ħaddiema u ta' min iħaddem. Barra dan, għadd ta’ linji gwida Ewropej għandhom l-għan li jħaffu l-implimentazzjoni tad-direttivi Ewropej u tal-istandards Ewropej li jiġu adottati minn organizzazzjonijiet Ewropej ta’ standardizzazzjoni.
It-taqsimiet li jmiss jipprovdu informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni Ewropea u l-implimentazzjoni tagħha u dokumenti prattiċi oħra dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol.
Aktar informazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol tinsab fuq is-sit elettroniku tal- Kummissjoni Ewropea, DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Opportunitajiet Indaqs .
L- Istrateġija tal-Kummissjoni 2007-2012 dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol tiddefinixxi għadd ta’ miżuri fuq livell Ewropew u nazzjonali bil-għan li jinkiseb tnaqqis ġenerali ta’ 25% fl-aċċidenti u fil-mard fuq il-postijiet tax-xogħol fl-UE.
Biex tikseb informazzjoni dwar il-liġi internazzjonali fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, żur is-sit elettroniku tal- Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u l- liġijiet implimentattivi relevanti.
