Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home Setturi Agricultura

Agrikoltura

stampa dwar is-settur agrikolu

L-agrikoltura, inkluża l-forestrija, tagħti sehem importanti fil-ħajja ekonomika, kulturali u politika ta' l-Ewropa. Hija tagħti varjetà kbira ta' uċuħ ta' raba' u bhejjem imrobbija, b'konsegwenza tad-differenzi ġeografiċi u kulturali fl-Ewropa. Huwa wkoll xogħol li fih imutu u jweġġgħu ħafna ħaddiema f'inċidenti fuq il-post tax-xogħol, jew iġarrbu mard li jittieħed mix-xogħol.

Iktar minn 10 miljun persuna taħdem fl-agrikoltura. Għalkemm in-numru ta' nies li jaħdmu, u n-numru ta' rziezet qiegħdin jonqsu, jibqa' negozju importanti b'mod vitali. Hemm differenzi sinifikanti bejn il 15-Istat Membru "ta' qabel Mejju 2004" u l-Istati Membri l-ġodda. Fl-Istati Membri l-qodma 4.0% tal-popolazzjoni ta' ħaddiema taħdem fl-agrikoltura, waqt li fl-Istati Membri l-ġodda hija ta' 13.4%. Ħafna rziezet huma negozji żgħar, ta' spiss immexxija mill-familja. Xi sezzjonijiet, bħall-ortikultura u l-forestrija, għandhom iktar impjegati imma ta' spiss din hija fuq bażi staġjonali.

Ir-rata ta' inċidenti fatali, għall-Istati l-Membri l-qodma ta' l-UE 15, kienet ta' 12.6 għal kull 100 000 ħaddiem fis-sena 2000, u għal inċidenti b' nuqqas mix-xogħol ta' aktar minn 3 ijiem ir-rata hija ta' iktar minn 6000 għal kull 100 000 ħaddiem. Dawn ir-rati huma fost l-ogħla għal kwalunkwe industrija.