Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol f'ċifri
OSH data and surveys

Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol f'ċifri

L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol tiġbor informazzjoni dwar l-istatistika tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u twettaq servejs u stħarrig madwar l-Ewropa. Aħna nkopru oqsma bħala l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol, ix-xejriet demografiċi u mard relatat mal-post tax-xogħol, il-ġestjoni tar-riskji fuq il-post tax-xogħol, il-perċezzjonijiet tan-nies fuq l-ambjent tax-xogħol Ewropew.

Ir-rapporti mressqa mill-Osservatorju Ewropej tar-Riskji tal-Aġenzija, janalizzaw dejta minn sorsi fuq il-livell nazzjonali u tal-UE u jiddeskrivu l-implikazzjonijiet ta' dawn iċ-ċifri għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (ara, pereżempju, ir-“rapporti dwar l-OHS” f'ċifri).

L-Aġenzija żżomm kooperazzjoni mill-qrib mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol u l-  Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-UE’, sabiex tieħu stampa ċara tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fl-Ewropa. 

 

Pubblikazzjonijiet statistiċi dwar is-saħħa u s-sigurtà

Ir-rapporti tal-EU-OSHA jipprovdu informazzjoni dwar gruppi ta' ħaddiema speċifiċi, espożizzjonijiet, riżultati fil-qasam tas-saħħa, u setturi industrijali, ibbażati fuq il-ġbir, l-analiżi u l-konsolidazzjoni ta' dejta solida eżistenti minn sorsi ta' dejta nazzjonali u internazzjonali.

Aċċessa l-aħħar pubblikazzjonijiet statistiċi tagħna osh in figures.jpg

Iktar

ESENER - Stħarriġ Ewropew tal-impriżi dwar ir-riskji l-ġodda u dawk emerġenti

esener-img

L-istħarriġ Ewropew tal-impriżi dwar ir-riskji l-ġodda u dawk emerġenti (ESENER) jesplora l-opinjonijiet tal-maniġers u tar-rappreżentanti tal-ħaddiema dwar kif inhuma ġestiti r-riskji relatati mas-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol tagħhom.

Mill-firxa ta' riskji relatati mal-post tax-xogħol, l-istħarriġ jagħti attenzjoni importanti lill-–qasam relattivament ġdid u li qiegħed jikber tar-riskji psikosoċjali. Dawn ir-riskji, li huma marbuta mal-mod li bih jiġi mfassal, organizzat u ġestit ix-xogħol, kif ukoll mal-kuntest ekonomiku u soċjali tax-xogħol, jirriżultaw f'livell ogħla ta' stress u jistgħu jwasslu għal deterjorament serju fis-saħħa mentali u fiżika.

Aċċessa s-sezzjoni ddedikata ESENER  esener-logo

 

Stħarriġ ta' opinjoni Pan-Ewropew dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol - 2012

Tfassil tal-istħarriġ ta' opinjoni

Univers
 

Nies li għandhom 18-il sena 'l fuq b'pajjiż ta’ residenza abitwali u fil-lingwa rispettiva

Kampjun  

Kampjun rappreżentattiv f'kull wieħed mis-36 pajjiż Ewropew parteċipanti

Metodu ta' ġbir tad-dejta  

CATI (Intervisti bit-Telefown permezz tal-Kompjuter) madwar 31 pajjiż.
Fil-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, Malta, is-Slovakkja, ir-Rumanija, u t-Turkija, l-intervisti saru wiċċ imb'wiċċ.

Daqs tal-kampjun  

ċ36,000 intervista (madwar 1,000 għal kull pajjiż ħlief għal Lichtenstein fejn twettqu 200 intervista)

Perjodu ta' ħidma prattika  

28 ta' Ottubru 2011 sas-17 ta' Jannar 2012

 

Ħarsa ġenerali lejn il-kwestjonarju

  1. Taħseb li n-numru ta' persuni li jsofru minn stress relatat mal-impjieg fil-[pajjiż] sejjer jiżdied, jonqos jew jibqa' kważi l-istess fil-ħames snin li ġejjin?
  2. Fir-rigward tar-riskji relatati mas-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol, tqis ruħek….? (Infurmat/a sew ħafna | Infurmat/a pjuttost sew | Ma tantx jien infurmat/a sew | Ma jien infurmat/a xejn)
  3. Ħafna mill-gvernijiet Ewropej qegħdin jikkunsidraw jew iddeċidew li jgħollu l-età ta' rtirar tagħhom minħabba li n-nies qegħdin jgħixu iżjed. Fl-opinjoni tiegħek, kemm huma importanti, jekk xejn, il-prattiċi tas-saħħa u tas-sigurtà tajba biex jgħinu l-persuni jgħixu iżjed qabel ma dawn jirtiraw? (Importanti ħafna | Pjuttost importanti | Mhux importanti ħafna | Ma huma importanti xejn)
  4. Jekk qajjimt problema relatata mas-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol tiegħek mas-superviżur tiegħek, kemm inti fiduċjuż/a li din sejra tiġi indirizzata? (Fiduċjuż/a ħafna | Pjuttost fiduċjuż/a| Ma tantx jien fiduċjuż/a| M'jien fiduċjuż/a xejn)
  5. Kemm taqbel jew ma taqbilx ma' din id-dikjarazzjoni li ġejja.
    Sabiex il-[pajjiż] ikun kompetittiv ekonomikament, il-postijiet tax-xogħol għandhom isegwu prattiċi tas-saħħa u tas-sigurtà tajbin? (Naqbel ħafna | Għandi tendenza li naqbel | La naqbel u lanqas ma naqbilx | Għandi tendenza li ma naqbilx | Ma naqbel xejn)

Niżżel ir-riżultati kollha

EU.gif  Ewropa

 

bandiera tal-albanija  Albanija awstrija.gif  Awstrija belġju.gif  Belġju NL   Belġju FR
bulgarija.gif  Bulgarija bandiera tal-kroazja  Kroazja ċipru.gif  Ċipru
repubblikaċeka.gif  Repubblika Ċeka danimarka.gif  Danimarka estonja.gif  Estonja
finlandja.gif  Finlandja franza.gif  Franza bandiera tal-FYROM  FYROM
ġermanja.gif  Ġermanja greċja.gif  Greċja ungerija.gif  Ungerija
bandiera tal-islanda  Islanda irlanda.gif  Irlanda bandiera tal-italja  Italja
latvja.gif  Latvja bandiera tal-liechtenstein  Liechtenstein litwanja_kbira.gif  Litwanja
lussemburgu.gif  Lussemburgu malta.gif  Malta bandiera tal-montenegro  Montenegro
pajjiżibaxxi.gif  Il-Pajjiżi l-Baxxi bandiera tan-norveġja  Norveġja polonja.gif  Polonja
portugall.gif  Portugall rumanija.gif  Rumanija bandiera tas-serbja  Serbja
slovakkja.gif  Slovakkja slovenja.gif  Slovenja spanja.gif  Spanja
svezja.gif  Svezja bandiera tat-turkija  Turkija renjuunit.gif  Ir-Renju Unit

 

Stħarriġ ta' opinjoni Pan-Ewropea dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol - 2009

L-Ewropej x'jaħsbu dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom?

L-istħarriġ ipprovda dejta affidabbli u attwali dwar il-’perċezzjoni tan-nies dwar l-ambjent tax-xogħol tagħhom, bħall-EU poll on OSH perception 2009

  • Fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati meta tkun qed tfittex impjieg ġdid
  • Ix-xogħol bħala kawża ta' saħħa batuta
  • L-iżvilupp tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
  • L-impatt tal-kriżi ekonomika fuq il-kondizzjonijiet tax-xogħol
  • Il-livelli ta' informazzjoni dwar ir-riskji relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol

Niżżel ir-riżultati

 

awstrija.gif  Awstrija belġju.gif  Belġju NL   Belġju FR bulgarija.gif  Bulgarija
ċipru.gif  Ċipru repubblikaċeka.gif  Repubblika Ċeka danimarka.gif  Danimarka
estonja.gif  Estonja finlandja.gif  Finlandja franza.gif  Franza
ġermanja.gif  Ġermanja greċja.gif  Greċja ungerija.gif  Ungerija
irlanda.gif  Irlanda bandiera tal-italja  Italja latvja.gif  Latvja
litwanja_kbira.gif  Litwanja lussemburgu.gif  Lussemburgu malta.gif  Malta
pajjiżibaxxi.gif  Il-Pajjiżi l-Baxxi polonja.gif  Polonja portugall.gif  Portugall
rumanija.gif  Rumanija slovakkja.gif  Slovakkja slovenja.gif  Slovenja
spanja.gif  Spanja svezja.gif  Svezja renjuunit.gif  Ir-Renju Unit

 

Sorsi ta' informazzjoni oħrajn dwar l-istatistika tal-OSH 

Sorsi Ewropej

Sorsi internazzjonali