Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home L-Osservatorju Ewropew tar-Riskju

L-Osservatorju Ewropew tar-Riskji

L-għan tal-Osservatorju Ewropew tar-Riskji huwa li jidentifika riskji ġodda u emerġenti fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, biex itejjeb il-puntwalità u l-effikaċja tal-miżuri ta' prevenzjoni. Biex jilħaq dan l-għan, l-ERO jipprovdi ħarsa ġenerali lejn is-saħħa u s-sigurtà fl-Ewropa, jiddeskrivi x-xejriet u l-fatturi bażi, u jbassar il-bidliet fix-xogħol u l-impatt probabbli tagħhom fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol

Missjoni

Billi s-soċjetà tagħna tevolvi taħt l-influwenza ta' teknoloġija ġdida u l-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali li jinbidlu, għalhekk il-postijiet tax-xogħol, il-prattiċi u l-proċessi tax-xogħol qed jinbidlu b'mod kostanti. Dawn is-sitwazzjonijiet ġodda jġibu magħhom riskji u sfidi ġodda għall-ħaddiema u l-impjegaturi li min-naħa tagħhom jitolbu approċċi politiċi, amministrattivi u tekniċi li jiżguraw livelli għoljin ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

L-Istrateġija tal-Komunità dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol 2002-2006 identifikat il-ħtieġa għal dawn iċ-ċirkostanzi l-ġodda, u enfasizzat li

'it-tbassir ta' riskji ġodda u emerġenti, kemm jekk huma marbuta mal-innovazzjoni teknika kif ukoll jekk ikkawżati mal-bidla soċjali, huwa vitali jekk ir-riskji jridu jinġiebu taħt kontroll.
Din l-ewwel u qabel kollox tirrikjedi osservazzjoni kontinwa tar-riskji infushom, ibbażati fuq il-ġbir sistematiku tal-informazzjoni u l-opinjonijiet xjentifiċi'.

Għalhekk, l-Istrateġija, talbet lill-aġenzija biex twaqqaf Osservatorju Ewropew tar-Riskji (ERO) biex jeżegwixxi dawn il-kompiti. L-Istrateġija attwali tal-Komunità 2007-2012 tenniet l-importanza tat-tbassir tar-riskji, u talbet lill-Osservatorju tal-Aġenzija biex jieħu firxa ta' inizjattivi ġodda.

Kif naħdmu

L-ERO jżid il-valur billi jiġbor u janalizza l-informazzjoni, jpoġġiha f'kuntest (b'mod partikolari fir-rigward tal-aġenda soċjali Ewropea u l-Istrateġija tal-Komunità), ifittex xejriet biex 'jantiċipa l-bidla', u jikkomunika l-kwistjonijiet ewlenin b'mod effettiv lill-udjenza fil-mira tagħna: dawk li jagħmlu l-politika u r-riċerkaturi. Aħna nimmiraw ukoll li nistimulaw id-dibattitu u r-riflessjoni fost il-partijiet interessati tal-EU-OSHA u li nipprovdu pjattaforma għad-dibattitu bejn l-esperti u dawk li jagħmlu l-politika fid-diversi livelli.

L-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati r-riskji ġodda u emerġenti tista' tiġi minn firxa ta' sorsi, bħal pereżempju dejta minn reġistri uffiċjali, il-letteratura tar-riċerka, tbassir espert jew dejta minn stħarriġ. Biex inkorpu dawn is-sorsi potenzjali ta' informazzjoni, aħna norganizzaw l-attivitajiet tagħna fuq erba' oqsma bażiċi.

It-tbassir ta' riskji ġodda u emerġenti

It-tbassir tar-riskji huwa l-objettiv ewlieni identifikat mill-Osservatorju Ewropew tar-Riskji fl-Istrateġija tal-Komunità 2007-2012. Wara konsultazzjoni u dibattitu mal-esperti u partijiet interessati, aħna qbilna fuq

definizzjoni li taħdem "tar-riskji emerġenti tal-OHS":
kull riskju fuq il-post tax-xogħol li huwa kemm ġdid kif ukoll li qiegħed jiżdied
.

Bi ‘ġdid’ nifhmu li:

  • ir-riskju m'eżistiex qabel u huwa kkawżat minn proċessi ġodda, teknoloġiji ġodda, tipi ġodda ta' postijiet tax-xogħol, jew bidla soċjali jew organizzattiva; jew,
  • kwistjoni li ilha pendenti tiġi kkunsidrata bħala riskju ġdid minħabba bidla fil-perċezzjonijiet soċjali jew tal-pubbliku; jew,
  • għarfien xjentifiku ġdid jippermetti li kwistjoni li ilha pendenti tkun identifikata bħala riskju.

Ir-riskju qed ‘jikber’ jekk:

  • in-numru ta' perikli li jwasslu għar-riskju qed jikber; jew,
  • l-espożizzjoni għall-periklu li jwassal għar-riskju qed tikber (il-livell tal-espożizzjonii u/jew in-numru ta' nies esposti); jew
  • l-effett tal-periklu fuq is-saħħa tal-ħaddiema qed imur għall-agħar (is-serjetà tal-effetti tas-saħħa u/jew in-numru ta' persuni affettwati).

tbassir

L-ewwel passi biex jiġu identifikati r-riskji emerġenti ttieħdu bil-pubblikazzjoni ta' erba' rapporti ta' tbassir espert li koprew ir-riskji emerġenti fiżiċi, bijoloġiċi, psikosoċjali u kimiċi. Dawn ir-rapporti huma r-riżultat ta' konsultazzjoni esperta permezz tal-metodoloġija Delphi, u ġew segwiti minn numru ta' reċensjonijiet tal-litteratura u rapporti fid-dettall biex jiġu esplorati r-riskji ewlenin identifikati fit-tbassir tal-esperti, bħal pereżempju l-espożizzjoni għan-nanomaterjali fuq il-post tax-xogħol.

L-Istrateġija attwali tal-Komunità 2007-2012 staqsiet lill-Osservatorju Ewropew tar-Riskji biex ‘itejjeb it-tbassir tar-riskji assoċjati ma' teknoloġiji ġodda, perikli bijoloġiċi, interfaces bejn il-bniedem u l-magni u l-impatt ta' xejriet demografiċi’. Din tappoġġja l-inizjattiva tal-Osservatorju’għat-tnedija ta' proġett ta' tbassir li jiżviluppa serje ta' xenarji biex jesplora x'jista' jkun l-impatt tal-innovazzjoni teknoloġika dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol sas-sena 2020. Il-proġett sejjer jiffoka fuq 'impjiegi ambjentali' minħabba l-impetu li l-ekonomija ssir aktar ambjentali huwa l-opportunità biex jiġu mbassra riskji ġodda potenzjali f'dawn l-impjiegi li qed jiżviluppaw u biex jiġi żgurat li jiġu implimentati miżuri effikaċi biex dawn jiġu pprevenuti. Ix-xenarji prodotti għandhom jgħinu lil dawk li jfasslu l-politika biex jevalwaw aħjar x'deċiżjonijiet iridu jikkunsidraw biex ifasslu futur aħjar għall-OHS.

Go up