Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home Publikazzjonijiet

Pubblikazzjonijiet - magħżulin skont it-tip ta' pubblikazzjoni

Il-pubblikazzjonijiet kollha tal-Aġenzija´ jistgħu jitniżżlu bla ħlas.

Hawnhekk tista' ssib spjega fil-qosor tat-tipi differenti ta' pubblikazzjonijiet li aħna nagħmlu disponibbli permezz tal-websajt tagħna, u kif dawn huma differenti minn xulxin f'termini tal-approċċ tagħhom, u l-udjenza li għaliha huma mmirati. Jekk tixtieq, tista' tfittex il-pubblikazzjonijiet tagħna skont it-tip ta' pubblikazzjoni, kif ukoll skont is-suġġett u l-kliem prinċipali.

Folji ta' Fatti Disponibbli

Disponibbli f'24 lingwa, Skedi jipprovdi introduzzjonijiet qosra lill-Aġenzija u għall-attivitajiet tagħna. Bosta jiffokaw fuq tħassib speċifiku dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, jew fuq setturi jew gruppi speċifiċi ta' ħaddiema. Jistabbilixxu, b'mod konċiż u aċċessibbli, ir-riskji prinċipali għas-saħħa u s-sigurtà, x'jista' jsir dwarhom, min hu responsabbli biex jindirizzahom, u minn fejn tista' ssir taf iktar.

Rapporti

L-għoti lil dawk li jfasslu l-politika u lill-professjonisti tas-saħħa u s-sigurtà ta' informazzjoni ta' kwalità għolja u aġġornata huwa vitali jekk irridu nagħmlu progress fil-ġlieda kontra problemi relatati mas-saħħa u s-sigurtà fl-Ewropa. Ir-rapporti tagħna jippreżentaw ir-riżultat tar-riċerka, li jgħinu biex ikun hemm diskussjoni informata bejn l-awtoritajiet tal-UE u dawk nazzjonali, it-trejd unjins u l-esperti dwar kif għandhom jiġu indirizzati kwistjonijiet relatati mas-saħħa u s-sigurtà.

Reċensjonijiet tal-Litteratura

L-istħarriġ tal-litteratura tagħna jimmira li jidentifika informazzjoni relevanti għal suġġett speċifiku fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u li jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-aktar kwistjonijiet importanti relatati ma' dan is-suġġett.

E-fatti

‘E-fatti’ hija serje ta' artikoli online biss immirata lejn il-ħaddiema, min iħaddem u professjonisti fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Huma maħsubin sabiex jagħtu ħarsa ġenerali diretta u prattika fuq suġġetti speċifiċi fl-OHS:

Rivisti

Ir-Rivista tal-Aġenzija tipprovdi informazzjoni u analiżi fil-fond minn esperti u prattikanti ewlenin fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. L-Artikoli jiddeskrivu l-esperjenzi ta' dawk li kienu qegħdin jaħdmu sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet kurrenti maġġuri fis-saħħa u s-sigurtà, u b'mod partikolari dawk il-kwistjonijiet li huma l-fokus ta' kampanji tal-Aġenzija. Il-kontribuzzjonijiet ġew minn madwar l-Ewropa kollha u 'l hinn minnha. Jiddeskrivu l-isforzi ta' firxa wiesgħa ta' individiwi u gruppi, inkluż professjonisti tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, ministeri u aġenziji tal-gvern, organizzazzjonijiet ta' min iħaddem’ u trejd unjonisti, kif ukoll min iħaddem u l-impjegati nfushom.

Outlook

L-Outlook jgħaqqad ix-xejriet rilevanti preżenti u futuri tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u jagħti ħarsa ġenerali tax-xogħol tal-Osservatorju Ewropew tar-Riskji fuq riskji ġodda u emerġenti fuq il-post tax-xogħol u l-prevenzjoni tagħhom.

Artikli

F'serje okkażjonali, l-EU-OSHA tistieden li jiġu ppreżentati artikli minn esperti ewlenin tas-saħħa u tas-sigurtà dwar kwistjonijiet ta' tħassib topiku

Forums

Is-serje tal-Forum tindirizza kwistjonijiet speċifiċi fis-saħħa u s-sigurtà, u timmira li tipprovdi informazzjoni u tippromwovi d-diskussjoni. B'mod partikolari, jirrapportaw fuq dak li jkun ħareġ minn seminars u workshops, li fihom jiġu diskussi mistoqsijiet speċifiċi u kwistjonijiet prattiċi dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, b'mod speċjali dawk relatati ma' temi ta' kampanji tal-Aġenzija.

Rapporti Annwali

Ir-rapport annwali huwa sors ta' referenza siewi għal kull min huwa interessat jikseb ħarsa ġenerali komprensiva tal-Aġenzija u x-xogħol tagħha.

Programmi ta' Ħidma

Il-programm ta' ħidma annwali tal-Aġenzija’ jiddeskrivi l-attivitajiet ippjanati għas-sena li jkun imiss. Programmi ta' ħidma tal-passat u tal-preżent huma disponibbli hawnhekk.

Rapporti ta' Evalwazzjoni

Evalwazzjonijiet esterni tal-attivitajiet tagħna jipprovdu valutazzjoni indipendenti tax-xogħol tagħna u jikkontribwixxu għat-titjib tal-prestazzjoni tagħna. Fl-interessi tat-trasparenza, aħna nippubblikaw b'rutina fuq il-websajt tagħna, rapporti ta' evalwazzjoni.

Pubblikazzjonijiet Oħrajn

Barra s-serje regolari tagħna’ ta' rapporti, folji ta' fatti, rivisti eċċ., l-Aġenzija tipproduċi wkoll pubblikazzjonijiet u dokumenti ad hoc. Segwi l-link sabiex tara l-prodotti l-aktar reċenti tagħna

Biex tkun tista' tara l-aktar pubblikazzjonijiet pdf reċenti tagħna, jeħtieġ li jkollok installat l-aħħar verżjoni tal-Adobe Acrobat Reader, disponibbli fuq www.adobe.com.

Aċċessa l-pubblikazzjonijiet kollha tal-UE fuq EU-bookshop