Iż-Żgħażagħ - Introduzzjoni
![]() |
Iż-żgħazagħ huma speċjalment vulnerabbli fuq il-post tax-xogħol.Madwar l-Ewropa, il-persuni ta’ bejn it-18 u l-24 sena għandhom talanqas 50% probabbiltà ogħla li jweġġgħu fuq il-post tax-xogħol minn persuni ta' età akbar. iż-żgħazagħ għandhom ukoll probabbiltà ogħla li jsofru minn mard relatat max-xogħol |
Taħt l-istatistika nsibu l-istejjer individwali. Żgħazagħ li jkollhom jgħixu bil-konsegwenzi ta' inċidenti u mard. Żgħazagħ li tilfu ħajjithom meta kellhom ħajja sħiħa quddiemhom.
Hemm ħafna raġunijiet għalfejn il-ħaddiema żgħazagħ jinsabu f'riskju. Iżda dawn kollha huma affarijiet li
nistgħu nieħdu azzjoni dwarhom. L-impjegaturi, l-edukaturi, il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà, dawk li jfasslu l-politika, u l-ħaddiema żgħazagħ infushom - ilkoll għandna responsabbiltà biex ngħinu liż-żgħazagħ iżommu 'l bogħod mill-periklu u jibqgħu b'saħħithom.
Pubblikazzjonijiet ta’ l-Aġenzija
Għalfejn huma vulnerabbli ż-żgħazagħ?
Billi jkunu ġodda għax-xogħol u l-post tax-xogħol, iż-żgħazagħ ikollhom nuqqas ta' esperjenza, u jistgħu ma jagħtux attenzjoni biżżejjed lir-riskji li jiffaċċjaw:
- jista' jkollhom nuqqas ta' maturità fiżika u psikoloġika
- jista' jkollhom nuqqas ta' ħila u taħriġ
- jistgħu ma jkunux konxji mid-dmirijiet ta' min iħaddimhom, u dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom
- jista' jkollhom nuqqas ta' kunfidenza biex jitkellmu jekk tinqala' problema.
Min-naħa tagħhom, jista' jagħti l-każ li l-impjegaturi ma jqisux il-vulnerabbiltà taż-żgħazagħ, u ma jagħtuhomx it-taħriġ, superviżjoni u protezzjoni li jeħtieġu, jew jagħtuhom xogħol li ma jkunx adattat għalihom.
Jien x'nista' nagħmel?
Kif nista' nżomm 'il bogħod mill-periklu? Pariri għall-ħaddiema żgħażagħ
X'irrid nagħmel? Pariri għall-impjegaturi
X'hemm bżonn li nkun naf? Pariri għall-professjonisti fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà
Kif nista' ngħallem liż-żgħazagħ dwar is-saħħa u s-sigurtà? Pariri għall-edukaturi
Kif nista' ngħarraf lit-tfal li ngħallem dwar is-saħħa u s-sigurtà? Pariri għall-ġenituri
Ir-riskji li jiffaċċjaw iż-żgħażagħ
Ir-riskji eżatti li jiffaċċjaw jiddependu fuq it-tip ta' xogħol li jkunu qed jagħmlu. Riskji komuni jinkludu:
- żliq u gambetti
- tagħmir perikoluż
- irfigħ ta' tagħbijiet
- xogħol ripetittiv u veloċi
- xogħol f'pożizzjonijiet skomdi
- ħsejjes u vibrazzjonijiet
- espożizzjoni għal kimiċi, radjazzjoni, sħana jew bard estremi
- stress
- vjolenza minn membri tal-pubbliku.


