Ħaddiema immigranti
![]() |
L-immigrazzjoni internazzjonali kkontribwiet għat-tkabbir u għall-prosperità kemm fil-pajjiżi ospiti kif ukoll fil-pajjiżi ta' origini. L-immigranti jipprovdu sors siewi ta' ħaddiema għal xogħol li ma jeħtieġx sengħa kbira jew għal xogħol li ma jeħtieġ ebda sengħa għal bosta pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw l-industriji tagħhom u jipprovdu sors ta' xogħol li jeħtieġ sengħa kbira lil pajjiżi avvanzati, b'hekk jgħinu lil dawn tal-aħħar iżommu l-kompetittività ekonomika, skont l-ILO. |
Ir-rata ta' tkabbir fil-popolazzjoni tal-immigranti fid-dinja aktar milli irduppjat bejn l-1960ijiet u l-1990ijiet. Din laħqet 2.6 fil-mija fl-1985-1990, u huwa mistenni li din it-tendenza wisq probabbli żżid fis-Seklu 21.
It-terminu "ħaddiema immigranti" jkopri firxa wiesgħa ta' nies b'raġunijiet differenti sabiex jemigraw u b'livelli ta' ħiliet li jvarjaw. Mhux il-ħaddiema kollha tali huma "f'riskju" fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà tagħhom fuq il-post tax-xogħol (OHS), iżda hemm tliet kwistjonijiet relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol li jinvolvu ħaddiema immigranti li huma ta' tħassib. Dawn huma:
- Ir-rati għoljin ta' qgħad ta' ħaddiema immigranti f'setturi ta' riskju għoli;
- L-ostakoli lingwistiċi u kulturali għall-komunikazzjoni u t-taħriġ fl-OHS; u
- Ħaddiema immigranti spiss jaħdmu ħafna sahra u/jew għandhom saħħa dgħajfa u għaldaqstant huma aktar vulnerabbli għal korrimenti u mard fuq il-post tax-xogħol.
Hemm bżonn ta' aktar riċerka dwar ir-riskji fuq il-post tax-xogħol għal ħaddiema immigranti minħabba li filwaqt li teżisti litteratura dwar l-immigrazzjoni, dwar is-saħħa, u dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, ftit hemm x'jgħaqqad flimkien dawn il-kwistjonijiet kollha. Is-suġġett huwa magħmul iktar ikkumplikat bid-definizzjonijiet li jvarjaw ta' "immigrant", l-użu ta' terminoloġija oħra, nuqqas ta' statistika b'saħħitha, u li ħafna materjal fuq is-suġġett jiġi mill-Istati Uniti u mhux bilfors jista' jiġi applikat fil-kuntest tal-UE.
Bl-istess mod, hemm bżonn ta' aktar prattika tajba sabiex jiġi żgurat li min iħaddem, ir-rappreżentanti tas-sigurtà tal-ħaddiema u dawk li għandhom interess ikunu jistgħu jsibu soluzzjonijiet prattiċi sabiex ma ssirx ħsara lil ħaddiema immigranti.
Ara l-pubblikazzjonijiet kollha tal-Aġenzija dwar Ħaddiema Migranti


