Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home Gruppi ta’ prijorità In-Nisa u s-Saħħa fuq ix-Xogħol
gender.jpg

In-Nisa u s-Saħħa fuq ix-Xogħol

In-nisa jiffurmaw 45% tal-popolazzjoni impjegata fl-UE. L-irġiel u n-nisa mhumiex l-istess u l-impjiegi li jagħmlu, il-kondizzjonijiet tax-xogħol li għandhom u kif inhuma trattati mis-soċjetà mhumiex l-istess. Dawn il-fatturi jistgħu jaffettwaw il-perikli li jiffaċċjaw fuq ix-xogħol u l-approċċ li jrid jittieħed sabiex dawn jiġu evalwati u kkontrollati.

Fatturi li jridu jiġu kkunsidrati jinkludu:

  • in-nisa u l-irġiel huma kkonċentrati f'ċerti impjiegi, u għaldaqstant jiffaċċjaw perikli li huma partikolari għal dawk l-impjiegi
  • in-nisa u l-irġiel huma fiżikament differenti, fosthom id-differenza riproduttiva
  • in-nisa u l-irġiel għandhom responsabbiltajiet differenti fid-dar. In-nisa li jaħdmu jista' jkollhom żewġ xogħlijiet, fuq ix-xogħol u fid-dar.

Għaldaqstant huwa importanti li nagħrfu dawn id-differenzi u nieħdu "approċċ sensittiv" għad-differenzi li hemm bejn l-irġiel u n-nisa għal dak li jirrigwarda s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

L-EU-OSHA ppubblikat xi ħarġiet speċifiċi fuq in-nisa. Aħna nadattaw għall-pubbliku inġenerali rapporti fuq id-differenzi bejn is-sessi, rapporti fuq l-istorbju, l-MSDs u l-ħaddiema żgħażagħ. Rapporti oħra u links fuq l-internet ikopru gruppi ta' ħaddiema li għandhom maġġoranza ta' ħaddiema nisa bħalma huma l-fattigi, il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa u l-ħaddiema fil-qasam edukattiv. Ir-riżorsi f'Soluzzjonijiet Prattiċi huma intiżi sabiex jgħinu lill-utenti jieħdu approċċ sensittiv għad-differenzi li hemm bejn l-irġiel u n-nisa sabiex jidentifkaw u jipprevjenu r-riskji, jikkontribwixxu għad-dibattitu fuq kif approċċ sensittiv jista' jkun l-aktar ta' benefiċċju u fl-istes ħin jikkontribwixxi għall-iskambju tal-informazzjoni ta' riċerka fuq id-differenza fis-sessi u kif din taffetwa s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

 


  2007 Is-Sena Ewropea għall-Opportunitajiet Ugwali għal kulħadd