Document Actions
Stqarrija għall-istampa
Up one level- Il-Kampanja l-ġdida dwar il-Postijiet tax-Xogħol li jippromwovu s-Saħħa: sejħa għal azzjoni għal min iħaddem u l-ħaddiema biex jaħdmu flimkien - 20.04.2012
-
L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) nediet il-Kampanja tagħha ta' sentejn dwar il-Postijiet tax-Xogħol li jippromwov s-Saħħa dwar Naħdmu flimkien biex nevitaw ir-riskji. Il-postijiet tax-xogħol tal-UE huma iktar siguri u jippromwovu s-saħħa iktar minn qatt qabel. Iżda xorta waħda kull sena jkun hemm 6.9 miljun aċċident fuq il-post tax-xogħol u miljuni oħrajn ta' mard relatat max-xogħol. It-tbatija li jgħaddi minnha bniedem minħabba saħħa u sigurtà ħżiena ma tistax titkejjel, iżda l-ispiża ekonomika hija stmata li tlaħħaq 490 biljun euro fis-sena - iktar minn nofs l-ispiża attwali tal-fond ta’ salvataġġ mid-diffikultajiet għall-kriżijiet finanzjarji tal-UE. Il-kampanja l-ġdida tal-EU-OSHA ġibdet l-attenzjoni dwar l-importanza tat-tmexxija maniġerjali u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fit-titjib tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
- L-istress fuq il-post ta' xogħol ser jiżdied, jgħidu 8 minn kull 10 persuni fi stħarriġ ta' opinjoni pan-Ewropew ewlieni - 27.03.2012
-
It-tieni Stħarriġ ta' Opinjoni tal-EU OSHA dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol jikkonkludi li l-istress relatat mal-impjieg huwa inkwetanti għall-parti l-kbira mill-forza tax-xogħol Ewropea. L-istħarriġ li twettaq minn Ipsos MORI f'isem l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), ħa l-opinjonijiet ta' iktar 35,000 membru mill-pubbliku ġenerali f'36 pajjiż Ewropew dwar kwistjonijiet kontemporanji fuq il-post tax-xogħol inkluż l-istress relatat mal-impjieg, u l-importanza tas-saħħa u s-sigurtà għall-kompetittività ekonomika u fl-ambitu ta' ħajjiet tax-xogħol itwal.
- Fokus fuq il-prevenzjoni tar-riskji! L-EU-OSHA tħabbar ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni tar-ritratti 2011 - 22.11.2011
-
L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) ħabbret ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni tar-ritratti pan-Ewropea dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Krzysztof Maksymowicz tal-Polonja rebaħ l-ewwel premju għar-ritratt tiegħu ‘dress maker’ fis-Summit tal-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa f'Bilbao.
- L-EU-OSHA tagħlaq il-Kampanja dwar il-Manutenzjoni Sigura b'summit dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol Ewropea - 22.11.2011
-
L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) qiegħda tagħlaq il-kampanja ta' sentejn tagħha permezz tas-Summit dwar Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa dwar il-Manutenzjoni Sigura. Is-summit ta' jumejn f'Bilbao, ilaqqa' lill-esperti Ewropej ewlenin u lil dawk li jfasslu d-deċiżjonijiet inkluż il-Kummissarju Ewropew għall-Impjiegi, Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, Lászlo Andor, id-Direttur il-ġdid tal-EU-OSHA, Dr Christa Sedlatschek u rappreżentanti tal-gvernijiet u imsieħba soċjali.
- Work Hard – Play Hard. L-EU-OSHA tħabbar ir-rebbieħ tal-Premju tal-Film dwar Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu - 26.10.2011
-
L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) ippreżentat it-tielet Premju tal-Film dwar Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu waqt il-54 Festival Internazzjonali ta' Lipsja tad-Dokumentarji u l-Films Animati (DOK Lipsja). Din is-sena, l-aqwa premju għall-aħjar dokumentarji dwar suġġetti relatati max-xogħol rebħitu l-Ġermaniża Carmen Losmann bil-film Work Hard - Play Hard, li jittratta teoriji moderni dwar l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tax-xogħol.
- Il-Ġimgħa Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol titfa' attenzjoni fuq is-sigurtà fil-manutenzjoni - 24.10.2011
-
Is-sigurtà fil-manutenzjoni ser tkun il-fokus tal-Ġimgħa Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, li din is-sena sejra tkun immarkata mill-24 ta' Ottubru sat-28 ta' Ottubru b'serje ta' avvenimenti li jqajjmu sensibilizzazzjoni, inkluż workshops, seminars u wirjiet. Il-ġimgħa hija parti mill-kampanja ta' Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa, organizzata mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (UE-OSHA) u l-imsieħba tagħha madwar l-UE u lil hinn.
- L-EU-OSHA tniedi proġett importanti biex tiffaċilita l-valutazzjoni tar-riskju fl-impriżi żgħar tal-Ewropa - 12.09.2011
-
Il-proġett tal-Valutazzjoni tar-Riskji interattiva Online (OiRA) tirrappreżenta l-ewwel inizjattiva fil-livell tal-UE maħsuba biex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tar-riskji fuq il-post tax-xogħol. L-għodda innovattiva żviluppata mill-EU-OSHA għandha tgħin lill-għoxrin miljun impriża mikro u żgħar tal-Ewropa biex itejbu s-saħħa u s-sigurtà għall-ħaddiema tagħhom billi tivvaluta r-riskji permezz ta’ applikazzjoni elettronika bla ħlas u faċli biex tintuża.
- Dr Christa Sedlatschek maħtura biex tmexxi l-EU-OSHA - 26.07.2011
-
Dr Christa Sedlatschek inħatret bħala d-direttur il-ġdid tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA). Attwalment, hija l-Kap tal-Inizjattivi, Programmi, Trasferimenti u Ġestjoni tan-Netwerk u d-Direttur tal-Inizjattiva għal Kwalità Ġdida tax-Xogħol (www.inqa.de) fl-Istitut Federali Ġermaniż għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (BAuA).
- Il-kampanja Manutenzjoni Sigura għandha ambaxxaturi ġodda minn kumpaniji u organizzazzjonijiet Ewropej ewlenin. - 07.06.2011
-
Fit-tieni sena tal-Kampanja tal-UE-OSHA għal Postijiet tax-Xogħol li jġibu 'l Quddiem is-Saħħa dwar Manutenzjoni Sigura, l-għadd ta' sħab uffiċjali tal-kampanja tela' għal 52 wara li ngħaqdu seba' organizzazzjonijiet pan-Ewropej u kumpaniji multinazzjonali oħra minn għadd ta' setturi pubbliċi u privati: AEIP, CPME, Dupont, ECTA, EORNA, Golder Associates u UEPG
- Rapport Annwali tal-EU-OSHA 2010: forza tax-xogħol b'saħħitha hija fundamentali għal irkupru ekonomiku sostenibbli - 28.06.2011
-
Il-benessri tal-forza tax-xogħol Ewropea huwa fundamentali għal irkupru ekonomiku sostenibbli, skont il-kap tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA).
- L-EU-OSHA tipprepara għal postijiet tax-xogħol sikuri u li jġibu ’l quddiem is-saħħa bit-tielet Premju għal Film dwar Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'L Quddiem is-Saħħa. - 19.05.2011
- Għat-tielet sena konsekuttiva, l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) qed tiffoka fuq is-sigurtà u fuq kundizzjonijiet tax-xogħol li jġibu 'l quddiem is-saħħa permezz tal-Premju għal Film dwar Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'L Quddiem is-Saħħa. Is-sottomissjonijiet għall-premju issa huma miftuħin, bi premju li jammonta għal 8,000 Euro li jista’ jintrebaħ għall-aqwa dokumentarju dwar suġġetti relatati max-xogħol. Ir-rebbieħ sejjer jitħabbar fil-Festival Internazzjonali ta' Leipzig għal Dokumentarji u Films Animati (DOK Leipzig) f’Ottubru.
- L-EU-OSHA tissieħeb mad-Deċennju ta' Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar is-Sigurtà fit-Toroq sabiex jitnaqqsu r-riskji għas-sewwieqa - 11.05.2011
- Il-persuni li jaħdmu fis-settur tat-trasport bit-triq jiffaċċjaw ħafna iżjed riskji milli sempliċement il-periklu li jaħbtu – dan huwa l-messaġġ tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), li llum qiegħda tniedi sit elettroniku ġdid biex jgħin lis-sewwieqa jżommu 'l bogħod mill-periklu. B'mod simultanju mat-tnedija tad-Deċennju ta' Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar is-Sigurtà fit-Toroq 2011-2020, l-EU-OSHA tipprovdi aċċess għal sensiela ta' rapporti u riżorsi oħra li jgħinu sabiex jintlaħqu l-isfidi tal-immaniġġjar tas-saħħa u s-sigurtà fis-settur tat-trasport bit-triq.
- Kompetizzjoni Ewropea tar-Ritratti: It-terminu perentorju għas-sottomissjonijiet huwa l-31 ta' Awwissu 2011. Titlifx iċ-ċans tiegħek biex tirbaħ premju kbir ta' €3,000 - 02.05.2011
-
Wara s-suċċess tal-kompetizzjoni tagħha tal-2009, li laqgħet madwar 1600 applikazzjoni, l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) nediet it-tieni kompetizzjoni ta’ ritratti tagħha sabiex tqajjem sensibilizzazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol.
- L-UE-OHSA tħabbar ir-rebbieħa tal-Premjijiet Ewropej għall-Prattiċi Tajba fil-Jum Dinji tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol - 28.04.2011
- Fl-10 edizzjoni tal-Premjijiet Ewropej għall-Prattiċi Tajba, l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (UE-OHSA) irrikonoxxiet u ppremjat il-kontribuzzjonijiet sodisfaċenti għal manutenzjoni sigura magħmula minn tmien organizzazzjonijiet u kumpaniji minn madwar l-Ewropa. Parti mill-premjijiet tal-Kampanja tal-UE-OHSA fuq il-Manutenzjoni Sigura għal Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu kienu ppreżentati f'ċerimonja ppreseduta mill-Presidenza Ungeriża tal-Unjoni Ewropa fil-Jum Dinji tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (28 ta' April).
- Il-vjolenza u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol qegħdin jiżdiedu fl-Ewropa - 31.01.2011
- Il-vjolenza, il-bullying u l-fastidju qegħdin isiru karatteristiċi dejjem aktar komuni tal-postijiet tax-xogħol Ewropej, skont rapport ġdid maħruġ mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA). Madankollu, qiegħed jinħass minn ħafna li r-rispons mill-organizzazzjonijiet u l-gvernijiet nazzjonali mhuwiex adegwat.
- L-Aġenzija Ewropea u l-Presidenza Belġjana tal-UE juru kif is-sigurtà fil-manutenzjoni tista' ssalva l-ħajjiet - 25.11.2010
- Bl-istatistika turi li bejn 10 u 15 fil-mija tal-aċċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol fl-Ewropa huma marbutin mal-operazzjonjiet ta' manutenzjoni, l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (UE-OSHA) għaqdet il-forzi tagħha mal-Presidenza Belġjana tal-UE biex tospita konferenza fi Brussell illum, li turi kif is-sigurtà fil-manutenzjoni tista' żżid l-istandards tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
- Jitħabbar ir-rebbieħ tal-premju għal film-dokumentarju dwar il-postijiet tax-xogħol ħielsa mill-periklu - 27.10.2010
- Bilbao, 27 ta’ Ottubru 2010 – ‘All That Glitters’, film kommoventi dwar ħaddiem f’minjiera tad-deheb f’reġjun remot fil-Kyrgyzstan, huwa r-rebbieħ tat-tieni edizzjoni tal-Premju għall-Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu. Dan il-film rebaħ il-premju għall-aħjar dokumentarju dwar temi relatati max-xogħol. Il-premju huwa appoġġjat mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OHSA) bħala parti mill-kampanja ta’ promozzjoni għal postijiet tax-xogħol aktar siguri u ħielsa mill-periklu fl-Ewropa.
- Il-manutenzjoni mingħajr periklu tmur fuq nett tal-aġenda fil-Ġimgħa Ewropea - 25.10.2010
- Il-manutenzjoni mingħajr periklu sejra tkun il-fokus tal-Ġimgħa Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol ta' din is-sena li sejra tibda nhar it-Tnejn hekk kif sejrin jiġu organizzati mijiet ta' konferenzi, wirjiet u sessjonijiet ta' taħriġ - organizzati mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u l-imsieħba tagħha - f'aktar minn 30 pajjiż madwar l-Ewropa.
- L-inċentivi ekonomiċi huma ta' benefiċċju mil-lat ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol - 29.09.2010
- Riċerka ippubblikata reċentament mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) tissuġġerixxi li skemi ta' inċentivi ekonomiċi li jħeġġu lill-kumpaniji biex jinvestu fil-prevenzjoni tar-riskji huma għażla kost-effikaċi għal gvernijiet li qegħdin jaraw kif jagħmlu biex inaqqsu n-numru ta' inċidenti u mard relatati max-xogħol. Ir-rapport tal-EU-OSHA dwar l-inċentivi ekonomiċi tnieda waqt konferenza tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Iġjene Fuq ix-Xogħol (IOHA) 'Saħħa, Xogħol u Responsabbiltà Soċjali' f'Ruma fid-29 ta' Settembru 2010.
- Dwal! Kamera! Nominazzjonijiet għall-Premjijiet tal-Films jitfgħu dawl fuq il-ħtieġa għal-postijiet tax-xogħol iktar ħielsa mill-periklu - 21.09.2010
- Għat-tieni sena, l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (UE-OHSA) qiegħda tisponsorja l-Premju għall-Film għal Postijiet tax-Xogħol ħielsa mill-periklu, biex tonora dokumentarju li jiffoka fuq l-individwu fuq ix-xogħol. Il-premju tal-film jimmira li jqajjem kuxjenza fuq ir-riskji li jiffaċċjaw in-nies fuq ix-xogħol u jġib miegħu 8,000 Euro. Dan huwa parti integrali mill-Kampanja ta' Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu tal-UE-OHSA u ser ikun ippreżentat fit-53 Festival Internatzzjonali ta' Leipzig tad-Dokumentarji u l-Film Animat (DOK Leipzig) ix-xahar id-dieħel.
- Il-Promozzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol ittejjeb il-produttività u l-benessere - 21.07.2010
- Il-Promozzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (WHP) twassal għal aktar saħħa, jitnaqqas l-assenteiżmu, tissaħħaħ il-motivazzjoni, u tittejjeb il-produttività: dak huwa l-messaġġ wara l-proġett il-Promozzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (UE-OSHA). Min iħaddem għandu rwol importanti billi jħeġġeġ lill-ħaddiema sabiex jadottaw stili ta' ħajja b'saħħithom. Minbarra l-benefiċċji ta' saħħa għall-ħaddiema, kull Euro investita fid-WHP twassal għal Renditu fuq l-Investiment (ROI) ta' bejn 2,5 - 4,8 Euro minħabba l-ispejjeż ta' assenteiżmu mnaqqas.
- Manutenzjoni bla periklu tagħmel sens kummerċjali: 30 organizzazzjoni pan-Ewropea jissieħbu bħala Imsieħba Uffiċjali tal-Kampanja - 13.07.2010
- Il-kumpaniji u l-assoċjazzjonijiet mis-settur privat u pubbliku, inkluż uħud mill-aktar kumpaniji magħrufin fl-Ewropa, issieħbu mal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) fil-Kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa 2010/11 dwar il-manutenzjoni fis-sigurtà.
- L-integrazzjoni tal-OSHA fl-edukazzjoni universitarja: sfidi u opprtunitajiet - 29.06.2010
- Il-periti, l-inġiniera, il-professjonisti tas-saħħa u l-amministraturi tan-negozju ta' għada kollha ser jeħtieġu li jkunu konxji mis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSHA) u jinkorporaw il-ġestjoni tar-riskju fil-ħajja ta' kuljum tagħhom tax-xogħol, jekk iridu jżommu lilhom infushom (u lil dawk ta' madwarhom) siguri waqt li jkunu x-xogħol. Iżda kif nistgħu niżguraw li t-taħriġ tal-OSHA jkun parti integrali mill-edukazzjoni universitarja, aktar milli xi ħaġa li ż-żgħażagħ jiltaqgħu magħha biss meta jidħlu fid-dinja tax-xogħol? Ir-rapport il-ġdid iħares lejn l-isfidi tal-'integrazzjoni tal-OSHA f'korsijiet universitarji, kif ukoll jipprovdi eżempji ta' modi immaġinattivi dwar kif jistgħu jintgħelbu dawn l-isfidi.
- Rapport Annwali 2009: l-infiq fuq is-saħħa u s-sigurtà huwa investiment mhux spiża - 22.06.2010
- “L-infiq fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għandu jsir bħala investiment u mhux spiża”, skont id-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (UE-OHSA). Flimkien mal-Pubblikazzjoni tar-Rapport Annwali tal-Aġenzija għall-2009, Jukka Takala wissa kontra l-kumpaniji li "jabbandunaw il-benefiċċji fit-tul għal kisbiet fil-qrib, billi jnaqqsu l-baġits riservati għas-saħħa u s-sigurtà fi żminijiet diffiċli". Bi 80% tal-maniġers Ewropej jirrappurtaw li dak li l-iktar li jikkonċernahom huma l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol, ma naffordjawx innaqqsu l-infiq fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.”
- Manutenzjoni sigura fil-mira mat-tnedija tal-Kampanja l-ġdida tal-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa - 28.04.2010
- Biex timmarka l-Jum Dinji għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol fit-28 ta’ April, l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) nediet Kampanja tal-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa għall-2010/11, li tippromwovi manutenzjoni sigura madwar l-Ewropa. F’xi wħud mill-pajjiżi Ewropej sa 20% tal-inċidenti fuq il-post tax-xogħol huma konnessi mal-manutenzjoni u f’numru ta’ setturi aktar min-nofs tal-inċidenti kollha huma relatati mal-manutenzjoni.
- Ħawtiel daqs naħla fil-promozzjoni ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar fl-Ewropa - 19.11.2009
- L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għadha kemm ħabbret ir-rebbieħ tal-kompetizzjoni fotografika li ffukat fuq is-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol: Il-fotografu Malti Christopher Azzopardi ngħata l-Ewwel Premju għar-ritratt tiegħu intitolat, “Dak li jrabbi n-naħal” fis-Samit Ewropew dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju u l-SMEs f’Bilbao, l-attività ta’ għeluq il-Kampanja għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa.
- Il-Kampanja għal Postijiet tax-xogħol ħielsa mill-periklu fuq il-valutazzjoni tar-riskju tiġi fi tmiemha - 18.11.2009
- “B’iktar minn 450 Ewropew imutu kuljum minħabba kawżi relatati max-xogħol, is-saħħa fuq il-post tax-xogħol ma tistax titqies bħala lussu f’dawn iż-żminijiet ta’ kriżi ekonomika”. Dak kien il-messaġġ ta’ Jukka Takala, Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), fl-għeluq tal-aħħar laqgħa tal-ikbar kampanja dinjija fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fis-17 ta’ Novembru.
- Laqgħa tal-Kampanja għal Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu fuq il-valutazzjoni tar-riskju - 11.11.2009
- L-importanza tal-valutazzjoni tar-riskju fuq il-post tax-xogħol, speċjalment f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, ser tkun fiċ-ċentru ta' avveniment importanti li ser isir f'Bilbao, Spanja, fis-17 ta' Novembru 2009. Din il-laqgħa, organizzata mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u l-Presidenza Żvediża tal-UE, tagħlaq il-Kampanja għal Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu fuq il-valutazzjoni tar-riskju, li għal dawn l-aħħar sentejn kienet qiegħda tippromwovi metodi prattiċi li bihom ir-riskji fuq il-post tax-xogħol jistgħu jiġu mmaniġġati jew imnaqqsa.
- Jitħabbar l-ewwel rebbieħ tal-Premju għall-aħjar dokumentarju dwar suġġetti relatati mad-dinja tax-xogħol - 02.11.2009
- Għall-ewwel darba, l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), appoġġjat il-Premju għall-Film dwar il-Postijiet tax-Xogħol b’Saħħihom, li huwa ddedikat għall-aħjar dokumentarju b’suġġetti relatati max-xogħol matul it-52 Festival Internazzjonali ta’ Leipzig għad-Dokumentarji u l-Films Animati (DOK Leipzig). Il-film rebbieħ bl-isem A Blooming Business tad-direttur Olandiż Ton Van Zantvoort jittratta l-kundizzjonijiet diffiċli li jeżistu fl-industrija tat-tkabbir tal-fjuri fuq livell globali.
- Valutazzjoni tar-Riskji – iċ-ċavetta għal ambjent tax-xogħol aħjar - 21.10.2009
- “Bi prattiċi ta' valutazzjoni tar-riskji aħjar, nistgħu nimpedixxu bosta inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol li jseħħu kuljum madwar l-Ewropa kollha”, jgħid Dr Jukka Takala, Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA). Matul il-ġimgħa li ġejja, Dr Takala sejjer iżur l-Iżvezja, bħala kelliem f'konferenza ta' livell għoli dwar l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol taħt il-Presidenza Żvediża tal-Unjoni Ewropea.
- L-UE-OSHA tiffora fuq ir-riskji tas-saħħa fl-industrija tat-tindif għall-Għimgħa Ewropea 2009 - 21.10.2009
- It-tnaqqis ta’ mard relatat max-xogħol fost il-ħaddiema li jaħdmu fl-industrija tat-tindif huwa punt prinċipali tal-Ġimgħa Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, li ser tkun mid-19 sat-23 ta’ Ottubru. Matul il-Ġimgħa, li hija organizzata mill-UE-OSHA – L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) ser ikun hemm mijiet ta’ avvenimenti u attivitajiet relatati mas-saħħa u s-sigurtà madwar l-Ewropa. Din it-tieni sena tal-Kampanja tal-Postijiet tax-Xogħol li jġibu 'l Quddiem is-Saħħa fuq il-valutazzjoni tar-riskju ġiet iffukata fuq il-promozzjoni ta’ messaġġi fuq livell settorjali.
- Il-Ġimgħa Ewropea tiffoka fuq l-irwol tal-valutazzjoni tar-riskju fit-tnaqqis ta’ problemi ta’ mard relatati max-xogħol - 14.10.2009
- Bħala parti mill-Kampanja biannwali tal-Postijiet tax-Xogħol li jġibu 'l Quddiem is-Saħħa fuq il-valutazzjoni tar-riskju, il-Ġimgħa Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq ix-Xogħol ser tkun mid-19 sat-23 ta’ Ottubru u hija organizzata mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (UE-OSHA) u l-imsieħba tagħha. Mijiet ta’ avvenimenti u attivitajiet relatati mas-sigurtà u s-saħħa ser isiru madwar l-Ewropa – minn konferenzi sa’ seminars ta’ taħriġ u avvenimenti li jlaqqgħu flimkien diversi kumpaniji. Rapport dwar studju ta’ każ ġdid jagħti pariri prattiċi fuq il-prevenzjoni tar-riskju.
- X'jaħsbu l-Ewropej dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom? - 06.10.2009
- L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (UE-OSHA) għadha kif ħarġet ir-riżultati ta' stħarriġ tal-opinjonijiet minn madwar l-Ewropa kollha dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Skont ir-riżultati, hemm tħassib kbir fost iċ-ċittadini Ewropej li l-kriżi ekonomika attwali tista' taffettwa b'mod negattiv is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, u b'hekk tpoġġi f'riskju t-titjib li huma jirrapportaw li raw matul dawn l-aħħar ħames snin. Bosta Ewropej iħossu wkoll li jinsabu infurmati tajjeb dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u jikkunsidraw li dan huwa fattur importanti meta jagħżlu xogħol ġdid.
- Il-kompetizzjoni fotografika dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol waslet biex tagħlaq - 10.08.2009
- Id-data tal-għeluq tal-kompetizzjoni fotografika organizzata mal-Ewropa kollha mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) riesqa ġmielha. Is-sottomissjonijiet finali, ibbażati fuq postijiet tax-xogħol siguri u li jġibu ’l quddiem is-saħħa, jistgħu jibqgħu jintbagħtu sal-15 t’Awwissu 2009. Il-kompetizzjoni ġibdet interess qawwi miċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, s’issa b’aktar minn 500 ritratt.
- Premju għall-aħjar dokumentarju dwar suġġetti relatati max-xogħol - 30.07.2009
- L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), għall-ewwel darba, qed tappoġġja l-Premju għall-Film dwar Postijiet tax-Xogħol li jġibu ’l quddiem is-saħħa ddedikat għall-aħjar dokumentarju b’suġġetti relatati max-xogħol. Il-premju hu ta’ €8,000 u jkun ippreżentat fit-52 Festival Internazzjonali ta’ Leipzig għad-Dokumentarji u l-Films Animati (DOK Leipzig).
- Rapport Annwali għall-2008: l-ebda tnaqqis fuq is-saħħa u s-sigurtà, iwissi l-Kap tal-Aġenzija - 21.07.2009
- Fiż-żmien attwali ta’ kriżi ekonomika, l-organizzazzjonijiet Ewropej ma jistgħux jagħmlu l-iżball li jinsew is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol: din hija t-twissija maħruġa mid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA).
- L-ewwel kompetizzjoni fotografika madwar l-Ewropa, dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol, imnedija f’Jum l-Ewropa. - 11.05.2009
- L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) ħabbret kompetizzjoni fotografika li tiffoka fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Il-fotografi kollha – professjonali u dilettanti – huma mistiedna jieħdu sehem fil-kompetizzjoni u jibagħtu r-ritratti tagħhom qabel il-15 t’Awwissu 2009. Se jkun hemm ġurija internazzjonali ta’ fotografi professjonali li se tagħżel l-aqwa sottomissjonijiet minn sit elettroniku speċjali għall-kompetizzjoni. B’kollox hemm €7,000 fi premjijiet jistennew lir-rebbieħa.
- Ir-rebbieħa tal-Premju ta' Prattika tajba għal saħħa u sigurtà onorati mill-Aġenzija Ewropea lejlet il-Jum Dinji għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol - 27.04.2009
- Tmien organizzazzjonijiet u kumpaniji ġew onorati bi premju fl-okkażjoni tad-disa' edizzjoni tal-konkors annwali Ewropew tal-Prattika Tajba organizzat mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA). Dawn il-premji jiffurmaw parti mill-kampanja tal-postijiet tax-xogħol li jġibu 'l quddiem is-saħħa dwar il-valutazzjoni tar-riskji. Ir-rebbieħa u dawk li ngħataw tifħir kollha kemm huma ppromwovew prattiki tajba għal saħħa u sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol fil-valutazzjoni tar-riskji. Ktejjeb ġdid ippubblikat illum jippreżenta l-inizjattivi għall-prattiki tajba li implimentaw.
- Il-ħaddiema Ewropej iħabbtu wiċċhom ma' riskji għas-saħħa ġodda u li qegħdin jiżdiedu minn sustanzi perikolużi - 18.03.2009
- Kuntatt ma' firxa wiesgħa ta' sustanzi kimiċi u ma' sustanzi perikolużi oħrajn fuq il-post tax-xogħol qiegħed ipoġġi s-saħħa tal-ħaddiema madwar l-Ewropa fil-periklu, u n-nanoteknoloġija hija waħda mir-riskji li qiegħda tikkawża l-akbar tħassib fost esperti minn 21 pajjiż Ewropew.
- Kampanja tal-UE dwar valutazzjoni tar-riskju: 30 organizzazzjoni multinazzjonali u kumpaniji jieħdu azzjoni - 01.03.2009
- 13 imsieħba uffiċjali ġodda ngħaqdu fil-kampanja għal Postijiet tax-Xogħol Mimlija Saħħa: CEFIC, EBC, ECTA, EFBWW, ENSHPO, ETF, ETSA, EWEA-AEE, FIEC, FOHNEU, Hamilton Sundstrand, ISHCCO, KRKA. Ftit wara l-ewwel sena ta' kampanja, in-numru ta' msieħba uffiċjali kiber għal 30 kif aktar organizzazzjonijiet pan-Ewropej u kumpaniji multinazzjonali ffirmaw sabiex isostnu l-kampanja Postijiet tax-Xogħol Mimlija Saħħa organizzata mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA). Il-kampanja timmira sabiex tnaqqas inċidenti u mard relatat max-xogħol billi tippromwovi valutazzjoni tar-riskju bħala l-ewwel pass lejn kultura ta' prevenzjoni sostenibbli. Hemm ħtieġa urġenti għal titjib f'dan il-qasam peress li huwa stmat li kull sena jmutu 167.000 persuna fl-UE minħabba kawżi relatati max-xogħol*.
- Jikber l-appoġġ għall-kampanja Ewropea dwar l-evalwazzjoni tar-riskji - 03.12.2008
- Tmien organizzazzjonijiet pan-Ewropej u multinazzjonali oħra iffirmaw biex jagħtu appoġġ lill-kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa organizzata mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA). Dan itella' n-numru ta' msieħba uffiċjali fil-kampanja għal 17. Il-kampanja timmira biex tnaqqas l-inċidenti u mard relatati max-xogħol billi tiffoka fuq l-evalwazzjoni tar-riskji għas-saħħa u s-sigurtà, peress li dan huwa l-ewwel pass essenzjali għall-ġestjoni effettiva tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Titjib f'dan il-qasam huwa meħtieġ b'urġenza. Biex nagħtu eżempju ta' ċifra waħda: Huwa stmat li kull tliet minuti u nofs xi ħadd fl-UE jmut minħabba kawżi relatati max-xogħol*.
- Rapport tal-UE jippreżenta eżempji ta’ prattika tajba għal-lukandi u r-ristoranti - 10.11.2008
- Rapport ġdid mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (UE-OSHA) jiffoka fuq ir-riskji li jħabbtu wiċċhom magħhom il-ħaddiema fis-settur tal-lukandi, ristoranti u tal-kejtering (HORECA). Ir-rapport, ‘Protezzjoni tal-ħaddiema fil-Lukandi, ir-Ristoranti u l-Kejtering’, jagħti eżempji ta’ prattika tajba li jindirizzaw ir-riskji fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll jagħti ħarsa ġenerali tal-politika fil-qasam, u jiddeskrivi l-bidliet li jkunu qegħdin iseħħu fis-settur.
- Il-Ġimgħa Ewropea għandha l-għan li tnaqqas l-inċidenti u l-mard fuq il-post tax-xogħol - 20.10.2008
- It-tnaqqis fin-numru ta' inċidenti u ta' mard relatat max-xogħol huwa l-għan tal-Ġimgħa Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol mill-20-24 ta' Ottubru 2008. Organizzata mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), l-attivitajiet tal-kampanja ta' ġimgħa sejrin jenfasizzaw l-importanza tal-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa u s-sigurtà. EU-OSHA pproduċiet ukoll rapport ġdid dwar il-'Valutazzjoni tar-Riskji' li għandu l-għan li juri modi prattiċi kif riskji fuq il-post tax-xogħol jistgħu jiġu kkontrollati u mnaqqsa.
- Organizzazzjonijiet Ewropej u multinazzjonali jingħaqdu biex jippromwovu postijiet tax-xogħol siguri u li jġibu 'l quddiem is-saħħa. - 14.10.2008
- Disa' organizzazzjonijiet pan-Ewropej u multinazzjonali iffirmaw biex ikunu parti mill-ewwel mewġa ta' msieħba uffiċjali tal-kampanja Postijiet tax-Xogħol li jġibu 'l quddiem is-Saħħa. Organizzata mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), il-kampanja tiffoka fuq il-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa u s-sigurtà u għandha l-għan li tnaqqas l-inċidenti u l-mard relatati max-xogħol. Hemm bżonn ta' titjib urġenti f'dan il-qasam. Biex nagħtu eżempju ta' figura waħda: Huwa stmat li kull tliet minuti u nofs xi ħadd fl-UE jmut b'kawżi relatati max-xogħol*.
- It-tnaqqis ta’ l-aċċidenti u l-mard relatat max-xogħol permezz ta’ valutazzjoni aħjar tar-riskju - 13.06.2008
- Kull sena 5,720 nies imutu fl-Unjoni Ewropea minħabba aċċidenti relatati max-xogħol, skond iċ-ċifri ta' l-EUROSTAT(1). Minbarra dan, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol tikkalkula(2 li 159,500 ħaddiema oħra jmutu fl-UE kull sena minħabba mard relatat max-xogħol. Meta jitqiesu dawn iż-żewġ ċifri, huwa stmat li kull tliet minuti u nofs, persuna fl-UE tmut minn kawżi relatati max-xogħol. Bosta minn dawn l-aċċidenti u mard huma prevenibbli, u l-ewwel pass biex jintlaħaq dan huwa l-valutazzjoni tar-riskju. Dan huwa l-messaġġ ta’ “Is-Saħħa fuq il-Postijiet tax-Xogħol. Tajjeb għalik. Tajjeb għan-negozju.”, il-kampanja ta’ informazzjoni ma’ l-UE kollha dwar il-valutazzjoni tar-riskju, imnedija mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA). Il-kampanja tiffoka b’mod speċjali fuq setturi b’riskju għoli bħall-kostruzzjoni, il-kura tas-saħħa u l-agrikultura, u fuq il-ħtiġijiet ta’ l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju. Hija sejra ddum għaddejja sentejn (2008-09).
- Prattiċi tajbin Ewropej biex jgħinu biex jinqata’ mard tal-post tax-xogħol għal miljuni - 25.02.2008
- Disa’ organizzazzjonijiet kienu onorati bl-Onorifiċenza Ewropea għal Prattika Tajba talli għenu biex ikunu evitati l-problemi muskoloskeletali (MSDs) – l-aktar forma komuni ta’ mard marbut max-xogħol fl-Ewropa. Madwar l-UE, 25% tal-ħaddiema jilmentaw minn uġigħ fid-dahar u 23% jirrapportaw uġigħ muskolari. Ir-rebbieħa tħabbru fl-avveniment ta’ l-għeluq tal-kampanja ‘Ħaffef il-piż’, organizzata mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA). L-Aġenzija ppreżentat ukoll rapport ġdid li jinkludi l-aħħar evidenza xjentifika dwar il-kwistjoni.
- Osservatorju Ewropew tar-Riskji: Aktar u aktar nies qed jiffaċċjaw riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol - 30.01.2008
- L-ambjent tax-xogħol qed jinbidel b’mod sinifikanti bl-introduzzjoni ta’ teknoloġiji, materjali u proċessi tax-xogħol ġodda. Il-bidliet fid-disinn, l-organizzazzjoni u t-tmexxija tax-xogħol jistgħu jipproduċu oqsma ġodda ta’ riskju li jistgħu jirriżultaw f’livelli ogħla ta’ stress u jistgħu finalment iwasslu għal deterjorazzjoni serja tas-saħħa mentali u fiżika. Rapport ġdid mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol juri li r-riskji psikosoċjali prinċipali huma marbutin ma’ forom ġodda ta’ kuntratti ta’ impjieg, insigurtà ta’ l-impjieg, intensifikazzjoni tax-xogħol, ħtiġijiet emozzjonali għoljin, vjolenza fuq x-xogħol u bilanċ fqir bejn ix-xogħol u l-ħajja.
- Osservatorju Ewropew tar-Riskji: Ħafna mill-ħaddiema migranti Ewropej jinsabu f'kundizzjonijiet ta' saħħa u sigurtà inadegwati - 17.01.2008
- F'rapport ġdid mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OHSA), l-Osservatorju Ewropew tar-Riskji (ERO) joffri ħarsa ġenerali ta' l-aktar problemi importanti dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OHS) tal-ħaddiema migranti. Il-migrazzjoni tista' tirriżulta f'opportunitajiet ta' karriera li jistgħu jżidu l-benesseri ġenerali tal-ħaddiema, iżda tista' wkoll tinvolvi livell ta' dekwalifikazzjoni u tnaqqis tal-mobilità soċjali li jistgħu jkunu assoċjati ma' problemi potenzjali fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà.
- Osservatorju tar-Riskji: Theddid bijoloġiku ġdid fl-ambjent tax-xogħol Ewropew - 26.11.2007
- Fir-rapport il-ġdid tiegħu, l-Osservatorju Ewropew tar-Riskji, jidentifika theddid bijoloġiku emerġenti li huwa l-aktar probabbli li jaffettwa lill-ħaddiema fl-UE. Il-bdiewa, il-ħaddiema fis-settur tas-saħħa jew nies f’industriji li qed jevolvu bħat-trattament ta’ l-iskart huma l-aktar milqutin. Mard li jittieħed bħas-SARS, l-influwenza tat-tjur jew dengue huma ta’ tħassib dejjem akbar. Għalkemm teżisti liġi Ewropea, it-tagħrif huwa limitat u f’ħafna postijiet tax-xogħol, ir-riskji bijoloġiċi jiġu evalwati u evitati b’mod mhux tajjeb biżżejjed. Ir-rapport jisħaq fuq l-importanza li jittieħed approċċ globali u multidixxiplinarju li jinvolvi s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, is-saħħa pubblika, il-ħarsien ambjentali u s-sigurtà fl-ikel.
- Għidilna x’għamilt biex 'Tħaffef il-piż' - 23.10.2007
- Għidilna x’għamilt waqt il-kampanja Ewropea Ħaffef il-Piż, niżżel iċ-ċertifikat ta’ partiċipazzjoni personalizzat tiegħek, u awtomatikament tidħol f’lotterija biex tirbaħ vjaġġ b’xejn għar-Reġjun Bask ta’ Spanja għal tnejn minn nies.
- Ir-ritorn lura lejn ix-xogħol ta’ l-impjegati li jbatu minn uġigħ f’daharhom - 16.10.2007
- Il-Ġimgħa Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, li ser issir mit-22 sas-26 ta’ Ottubru 2007, tindirizza l-problemi muskuloskeletali (MSDs) fuq il-post tax-xogħol. Pubblikazzjoni ġdida – ‘Problemi muskuloskeletali relatati max-xogħol: Ir-rapport dwar ir-ritorn lura lejn ix-xogħol’ – illanċjata biex tikkoinċidi ma’ l-avveniment, tiffoka fuq iż-żamma, l-integrazzjoni mill-ġdid u r-rijabilitazzjoni tal-ħaddiema li jbatu mill-MSDs.
- Aġenzija ta’ l-UE timmira lejn it-titjib fil-kwalità tal-ħajja tax-xogħol f’Unjoni Ewropea ta’ wara t-tkabbir. - 30.08.2007
- L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol qegħda torganizza seminars madwar it-12-il Stat Membru li ssieħbu l-aħħar fl-UE, fil-Kroazja u fit-Turkija sabiex tgħin lin-negozji ż-żgħar jimplimentaw politika effettiva dwar is-saħħa u s-sigurtà.
- Rapport ta’ l-UE jimmarka għaxar snin ta’ progress fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol - 16.07.2007
- Ir-rwol ċentrali ta’ l-‘Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol’ biex tippromwovi postijiet tax-xogħol aktar tajbin għas-saħħa, aktar siguri u aktar produttivi ġie emfasizzat illum fir-rapport annwali tagħha għall-2006. Dan jitfa’ dawl fuq l-impatt tas-sena li għaddiet fuq ħaddiema żgħażagħ u negozji żgħar u juri kif l-Aġenzija qed tkompli ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tax-xogħol f’Unjoni Ewropea li qed tespandi.
- Ħaffef il-piż - nindirizzaw id-disturbi muskuloskeletali - 04.06.2007
- Id-disturbi muskuloskeletali (MSDs) huma l-problema tas-saħħa relatata max-xogħol l-aktar komuni fl-Ewropa, billi jaffettwaw miljuni ta' ħaddiema. Min-naħa għall-oħra ta' l-UE27, 25% tal-ħaddiema jilmentaw minn uġigħ f'daharhom u 23% jirrappurtaw uġigħ muskolari.
- L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol u ċ-Ċentri ta’ Informazzjoni Ewropej jissieħbu biex jippromwovu postijiet tax-xogħol mingħajr periklu, aktar tajbin għas-saħħa u aktar produttivi - 26.04.2007
- L-Inizjattiva għal Post tax-Xogħol li jieħu ħsieb is-Saħħa tal-Ħaddiema ser tgħin lil eluf ta’ intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju (SMEs) fl-Istati Membri l-aktar ġodda ta’ l-UE, kif ukoll fil-Kroazja u t-Turkija biex jitgħallmu aktar dwar kif jimplimentaw politika effettiva tas-saħħa u s-sigurtà.
- Il-Prattika tajba ‘Ħaffef il-Piż’ - 23.04.2007
- L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol tistieden nominazzjonijiet għat-tmien edizzjoni tal-Premjijiet għall-Prattika Tajba tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
- Prodotturi tal-films żgħażagħ iwieġbu għas-sejħa! - 22.03.2007
- Film qasir magħmul minn tlett studenti mill-Istituto Técnico Industriale Statale “Nullo Baldini” f'Ravenna, l-Italja ġie ppremjat bit-titlu ta' “Ibda bit-Tajjeb - Żagħżugħ Ewropew Produttur tal-Vidjo tas-Sena” fis-Summit ta' Ibda bit-Tajjeb li sar f'Bilbao, Spanja fit-22 ta' Marzu 2007.
- Is-Summit Ewropew Ibda bit-Tajjeb jikkonkludi kampanja ta' success dwar is-sahha u s-sigurtà. - 19.03.2007
- Dawk li jfasslu l-politika ta' l-UE, imsiehba socjali u esperti ewlenin fil-qasam tas-sahha u s-sigurtà ltaqghu fit-22 ta' Marzu 2007 fic-Centru tal-Konferenzi Euskalduna, Bilbao, fi Spanja, biex jaraw kif jizguraw li z-zghazagh ikollhom bidu b'sahhtu u bla periklu ghall-hajja tax-xoghol taghhom.
- Il-Ġimgħa Ewropea qegħda tfittex Bidu bit-Tajjeb għaż-żgħażagħ fuq il-post tax-xogħol - 23.10.2006
- Il-Ġimgħa Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol ser isseħħ mit-23 sas-27 ta’ Ottubru 2006, bil-għan illi jiġi żgurat li ż-żgħażagħ ikollhom Bidu bit-Tajjeb fil-ħajja tax-xogħol tagħhom.
- Intervista ma’ Jukka Takala - 05.10.2006
- Jukka Takala laħaq bħala direttur ta’ l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol minflok Hans-Horst Konkolewsky fl-aħħar ta’ Settembru. Dr Takala, li ħadem fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà għal kważi tletin sena, issieħeb fl-Aġenzija mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, fejn huwa kien direttur tal-Programm dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (Xogħol Mingħajr Periklu). ‘Ninsab verament kuntent li qiegħed ngħix f’Bilbao. Din se tkun bidla kbira wara aktar minn 20 sena ngħix f’Ġinevra, iżda l-ewwel impressjonijiet tiegħi huma bla dubju pożittivi,’ jgħid Dr Takala. ‘Minbarra l-isfida professjonali li joffri x-xogħol, irrid nitgħallem dwar il-kultura, l-ikel u l-inbid tar-reġjun. Jien bniedem kurjuż, għalhekk
- Jukka Takala jingħaqad ma’ l-Aġenzija bħala d-direttur il-ġdid - 18.09.2006
- Illum, Jukka Takala beda x-xogħol tiegħu ma’ l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol bħala d-direttur il-ġdid. Dr Takala ħadem fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà għal tletin sena.
- Kampanja ġdida dwar sigurtà u saħħa tiffoka fuq negozji żgħar fl-UE 10, fil-Bulgarija u fir-Romanija - 04.09.2006
- It-triq li twassal għal negozju produttiv li jagħmel suċċess qiegħda f’post tax-xogħol sikur u san. L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq ix-Xogħol qed tniedi ‘L-Inizjattiva għal Post tax-Xogħol San’ (HWI) biex tagħti kemm lil dawk li jħaddmu u kemm lill-impjegati aċċess għal informazzjoni fuq kif itejbu l-ambjent tan-negozju tagħhom billi jsiru aktar sani u aktar produttivi. F’sensiela ta’ 36 seminar madwar it-12-il pajjiż parteċipanti kollha u bi gwida prattika għall-valutazzjoni tar-riskji, l-Aġenzija qed tindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju (SMEs).
- Kampanja 'Ibda bit-Tajjeb' sabiex jiġu mħarsa ħaddiema żgħażagħ - 20.06.2006
- Qegħdin iweġġgħu wisq żgħażagħ fuq il-post tax-xogħol
- Websajt ġdid igħin lill-bdiewa ta' l-UE jaħdmu fis-sigurtà - 02.03.2006
- Minkejja n-numru dejjem jonqos ta' persuni impjegati fl-agrikoltura madwar l-Ewropa, il-biedja għad għandha wħud mill-ogħla rati ta' inċidenti għal kwalunkwe industrija
- Aqbad il-kamera…Sejħa għaż-żgħażagħ kollha li jipproduċu films jew vidjos! - 16.02.2006
- L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol qed toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet għall-ewwel kompetizzjoni tal-vidjo 'Ibda bit-Tajjeb …zagħżugħ Ewropew produttur tal-vidjo tas-sena
- Premjijiet għall-prattika tajba jassiguraw bidu tajjeb għaż-żgħażagħ - 13.02.2006
- L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol tistieden nomini għas-seba’ edizzjoni ta’ Premjijiet Ewropej għal Prattika Tajba fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
- Aktar sfidi għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fil-futur, iwissu esperti ta’ l-UE - 27.01.2006
- Ix-xejriet preżenti fis-soċjetà u fl-organizzazzjoni tax-xogħol qegħdin joħolqu riskji u eżiġenzi ġodda għar-riċerka dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
- Esperti ta’ l-UE jbassru tibdil fir-riskji fuq il-post tax-xogħol - 09.12.2005
- Tibdil fis-soċjetà, fl-organizzazzjoni tax-xogħol u fil-metodi ta’ produzzjoni qegħdin iwasslu għal tipi ġodda u kombinazzjonijiet ġodda ta’ riskji fuq il-post tax-xogħol li jeħtieġu soluzzjonijiet ġodda, jikkonkludi stħarriġ li sar dan l-aħħar
- L-UE tħejji ruħha għal kampanja ta’ sena għall-protezzjoni ta’ ħaddiema żgħażagħ - 05.12.2005
- Is-sena d-dieħla sejra tiġi mnedija kampanja madwar l-UE kollha li se tindirizza s-sigurtà ta’ ħaddiema żgħażagħ fuq il-post tax-xogħol minħabba li skond statistiċi Ewropej, huma għandhom riskju li hu 50% ogħla minn dak ta’ ħaddiema oħra, li jsofru inċident fuq il-post tax-xogħol
- Standards għoljin ta’ saħħa u sigurtà huma ta’ benefiċċju għall-iSMEs - 18.11.2005
- Ambjent tax-xogħol sigur huwa ta’ gwadann. Dan m’huwiex biss essenzjali għall-benesseri tal-ħaddiema, iżda wkoll sabiex wieħed jiżgura illi l-intrapriżi huma sostenibbli u ta’ suċċess, u li l-ekonomiji jikbru u jitqawwew fuq medda ta’ żmien twila. Sît web ġdid, li ġie mwaqqaf mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol flimkien man-netwerk ta’ l-Euro Info Centres, jispjega għaliex is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol huma ta’ gwadann, u kif dawn għandhom jitqiegħdu fil-prattika.
- L-UE tiftaħ portal globali ġdid dwar is-saħħa u s-sigurtà - 14.09.2005
- Il-portal il-ġdid ta’ informazzjoni online huwa mħaddem mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u huwa bba¿at fuq it-teknolġija ta’ l-internet l-iktar avvanzata.
- Sigurtà fuq il-post tax-xogħol f’Ewropa akbar - 15.06.2005
- 'It-Tkabbir ipprovdiena b’ġabra ħafna ikbar ta’ esperjenza u kompetenza sabiex tinqasam fost l-Istati Membri', jgħid Hans-Horst Konkolewsky, id-Direttur ta’ l-Aġenzija, u Luis Lopes, iċ-Chairperson tal-Bord Amministrattiv ta’ l-Aġenzija, fl-ewwel premessa li jiftaħ biha r-rapport.
- L-UNJONI EWROPEA TGĦID “ AQTA’ DAK L-ISTORBJU!” - 20.04.2005
- Illum, fil-Jum Internazzjonali għall-Kuxjenza mill-Istorbju, tibda kampanja Ewropea sabiex titratta waħda mill-problemi ta’ saħħa l-aktar persistenti fuq il-post tax-xogħol – l-istorbju fuq ix-xogħol
- Avviż preliminari dwar il-kampanja tal-Ġimgħa Ewropea 2005 ‘AQTA’ DAK L-ISTORBJU!” - 11.04.2005
- Għażiż Membru ta’ l-Istampa,
- Premjijiet għal Prattika Tajba 2005 - innaqqsu r-riskji mill-istorbju fuq il-post tax-xogħol - 05.04.2005
- L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol stiednet nominazzjonijiet għas-sitt Għotja Ewropea ta’ Premjijiet għall-Prattika Tajba. L-iskema ta’ premjijiet għall-2005 se tirikonoxxi kumpanniji jew organizzazzjonijiet li jkunu għamlu kontribuzzjonijiet notevoli u innovattivi għall-prevenzjoni tar-riskju mill-istorbju fuq ix-xogħol, t-tema ta’ din is-sena tal-kampanja annwali ta’ l-Aġenzija intiża sabiex tqajjem aktar kuxjenza dwar is-saħħa u s-sigurtà.
- Ibda kmieni u ibqa’ sigur - 28.09.2004
- L-Integrazzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fl-edukazzjoni fi skejjel u f’universitajiet hija l-prinċipju għat-tnaqqis ta’ inċidenza għolja ta’ aċċidenti u mard relatat max-xogħol f’ ħafna industriji ta’ l-UE, speċjalment fost personal żagħżugħ, jiddikjara rapport ġdid ippubblikat mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.
- Pariri ġodda għall-ġlieda kontra l-vjolenza u riskji oħra tas-saħħa fis-settur ta' l-edukazzjoni - 06.09.2004
- Ġew ippubblikati pariri ġodda sabiex jgħinu lill-għalliema u lil staff ieħor fis-settur ta' l-Edukazzjoni fl-Ewropa jnaqqsu r-riskju ta’ vjolenza u ta’ perikli oħra għas-saħħa. Skond studji riċenti, 4% ta’ impjegati fis-settur ġew attakkati fiżikament u 12% kienu soġġetti għal xi forma ta’ intimidazzjoni, bil-konsegwenza li żdied iċ-ċaqliq ta' l-istaff u n-nuqqas ta' ħaddiema.
- It-tfittix tas-sigurtà fis-sajd - 26.07.2004
- L-ewwel gwida dwar is-saħħa u s-sigurtà maħsuba għall-kaptani ta' bastimenti żgħar tas-sajd fl-Ewropa ġiet ippubblikata mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.
- Il-Promozzjoni ta' kwalità fix-xogħol fl-Unjoni Ewropea - 14.07.2004
- Iż-żjieda ta’ Web features ġodda u pubblikazzjonijiet online assiguraw li l-Aġenzija ssir il-portal online ewlieni ta' l-Ewropa għal informazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OHS), skond ir-rapport annwali 2003 ta’ l-Aġenzija.
- L-imsieħba soċjali Ewropej huma l-ewwel li jiffirmaw il-karta tal-kampanja ‘Nibnu fis-Sigurtà’ - 29.06.2004
- L-imsieħba soċjali ta’ l-Ewropa fl-industrija tal-kostruzzjoni, FIEC u EFBWW, li jirrappreżentaw aktar minn 80 unjoni u federazzjoni fil-kontinent kollu, iffirmaw il-karta l-ġdida tal-kampanja ‘Nibnu fis-Sigurtà’, li nbdiet mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.
- Il-Ġimgħa Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol 2004 - 30.04.2004
- Standards ogħla tas-saħħa u tas-sigurtà fl-industrija Ewropea tal-kostruzzjoni jistgħu jsalvaw sa 1,300 ħajja kull sena u jevitaw 850, 000 korriment serju, skond l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol waqt li llum ġiet imnedija l-kampanja maġġura tagħha.
- Prevenzjoni effettiva ta’ riskji waqt xogħol ta’ kostruzzjoni - Premjijiet għal Prattiki Tajba fix-Xogħol 2004 - 19.04.2004
- L-Aġenzija stiednet nominazzjonijiet għall-ħames edizzjoni tal-Premjijiet Ewropej għal Prattiki Tajba fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. L-iskema tal-premju 2004 tirrikonoxxi kumpanniji jew organizzazzjonijiet li jkunu taw kontribuzzjonijiet eċċellenti u innovattivi fil-prevenzjoni ta’ riskji waqt attivitajiet ta’ kostruzzjoni u bini.
- Jitwassal il-messaġġ dwar is-saħħa u s-sigurtà f’Ewropa soċjali akbar - 25.03.2004
- Hekk kif l-Ewropa qiegħda tipprepara għat-tkabbir fl-1 ta’ Mejju 2004, l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol żiedet disa’ lingwi fl-interface tas-sit ta’ l-internet korporattiv tagħha (http://agency.osha.europa.eu).
- L-Aġenzija Ewropea u l-Assoċjazzjoni Industrijali Ġappuniża tas-Sigurtà u s-Saħħa jiftiehmu li jingħaqdu għat-titjib tas-sigurtà u tas-saħħa fuq ix-xogħol - 05.03.2004
- L-Assoċjazzjoni Industrijali Ġappuniża tas-Sigurtà u s-Saħħa (JISHA) hija fi triqtha sabiex issir il-membru l-iktar riċenti tan-network ta’ informazzjoni online (http://osha.europa.eu) ta’ l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq ix-Xogħol.
- 79% tal-maniġers Ewropej huma mħassba bl-istress minħabba x-xogħol, iżda inqas minn terz tal-kumpaniji stabbilixxew proċeduri biex jittrataw dan - 03.06.2010
- It-tħassib dwar ir-riskji psikosoċjali bħal pereżempju l-istress, il-vjolenza u l-fastidju qiegħed jiżdied fl-organizzazzjonijiet Ewropej, skont kif juru s-sejbiet tal-ikbar stħarriġ dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fl-Ewropa. Id-dejta l-ġdida ġiet rilaxxata fit-3 ta' Ġunju 2010 mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) waqt il-konferenza ta' reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-Komunità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (2007-2012).
- L-ikbar kampanja dinjija għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol hija mmirata lejn saħħa u aktar saħħa - 07.12.2009
- Liema hija l-akbar kampanja dinjija għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol – il-Kampanja għal Postijiet tax-Xogħol mimlija Saħħa, organizzata mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – laħqet aktar niess minn qatt qabel, peress li l-Aġenzija taħdem sabiex il-ħaddiema Ewropej jinżammu fis-sigur.

