Organizzazzjonijiet u strateġiji
![]() |
Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol issa hija waħda mill-aspetti l-aktar importanti u fost l-aktar żviluppati tal-politika ta’ l-UE dwar l-impjiegi u l-affarijiet soċjali.Il-ħidma f’dan il-qasam hija interazzjoni kumplessa bejn diversi atturi fuq il-livell ta’ l-UE u ta’ l-Istat Membru, inklużi b’mod partikolari gvernijiet u awtoritajiet pubbliċi oħrajn, kif ukoll organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta’ dawk li jħaddmu. |
Waqt li fil-passat kien elaborat korp kbir ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, illum il-ġurnata, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ l-istrateġiji u l-approċċi olistiċi lejn is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OHS) isiru aktar u aktar importanti sabiex ikomplu jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Istati Membri ta’ l-UE.
Barra minn hekk, hemm ħafna informazzjoni dwar l-OHS disponibbli minn pajjiżi u organizzazzjonijiet barra mill-UE, li tista’ tipprovdi sfond utli u ispirazzjoni għall-isforzi sabiex jinħolqu postijiet tax-xogħol siguri u tajbin għas-saħħa hawnhekk.


Factsheet 92 - Integrazzjoni tal-OSHA fil-ġestjoni tan-negozju Sommarju ta’ rapport tal-Aġenzija
