Skip to content. | Skip to navigation
L-istħarriġ Ewropew tal-intrapriżi mill-EU-OSHA dwar riskji ġodda u emerġenti (ESENER) jesplora l-opinjonijiet tal-maniġers u tar-rappreżentanti tal-ħaddiema dwar kif ir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà huma ġestiti fuq il-post tax-xogħol tagħhom.
Mill-firxa ta' riskji fuq il-post tax-xogħol, l-istħarriġ jiffoka partikolarment fuq il-qasam li qed jikber - u relattivament ġdid - tar-riskji psikosoċjali. Dawn ir-riskji, li huma marbutin mal-mod kif inhu iddisinjat, organizzat u ġestit ix-xogħol, kif ukoll mal-kuntest ekonomiku u soċjali tax-xogħol, jirriżultaw f’livell aktar għoli ta’ stress u jistgħu jwasslu għal deterjorament serju tas-saħħa mentali u fiżika.
L-istħarriġ jistaqsi lil dawk li jwieġbu dwar il-miżuri meħudin fuq il-post tax-xogħol, l-ixprunaturi ewlenin għat-teħid ta' azzjoni u l-aktar ostakli sinifikanti. Il-mistoqsijiet ikopru l-ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà b'mod ġenerali, il-ġestjoni tar-riskji psikosoċjali kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema.
B'intervisti separati diretti lejn il-maniġers u lejn ir-rappreżentanti tas-saħħa u s-sigurtà, ESENER jinvolvi qrib is-36,000 intervista permezz tat-telefown, u jkopri stabbilimenti mis-settur privatu mis-settur pubbliku b'għaxar impjegati jew aktar fis-27 Stat Membru tal-UE, kif ukoll fil-Kroazja, fit-Turkija, fin-Norveġja u fl-Iżvizzera.
Tgħallem dwar il-karatteristiċi prinċipali tal-proġett u l-objettivi tiegħu; kif se jappoġġja lil dawk li jagħmlu l-politika, lir-riċerkaturi, lill-postijiet tax-xogħol u l-attivitajiet l-oħrajn tal-EU-OSHA.
Aqra dwar id-disinn tal-istħarriġ u kif tpoġġa fil-prattika. Sib informazzjoni dwar l-univers u l-unità tal-analiżi; dawk li wieġbu; l-istrateġija ta' teħid ta' kampjuni; l-iżvilupp tal-kwestjonarju; il-fieldwork; it-traduzzjoni; l-analiżi u r-rappurtaġġ.
Niżżel rapporti, kwestjonarji, eċċ.
Is-sett ta' dejta sħiħ ta' ESENER huwa aċċessibbli permezz tal-Arkivju tad-Dejta tar-Renju Unit (UKDA) tal-Università ta' Essex minn http://www.esds.ac.uk/findingData/snDescription.asp?sn=6446&key=esener. Biex jaċċessaw il-fajls tad-dejta, l-utenti l-ewwel huma mitluba jirreġistraw mal-UKDA. L-informazzjoni dwar il-proċedura ta' reġistrazzjoni hija disponibbli minn http://www.data-archive.ac.uk/aandp/access/login.asp. Għal kull mistoqsija dwar ir-reġistrazzjoni jew l-aċċess tad-dejta, jekk jogħġbok ikkuntattja għajnuna_[f']_esds.ac.uk.
L-arkivju jipprovdi wkoll aċċess għad-dokumentazzjoni tal-istħarriġ u gwida għall-utenti tad-dejta. L-utenti huma rrakkomandati lijaqraw id-dokumentazzjoni ta' appoġġ supplimentari fuq il-metodoloġija pprovduta fuq din il-websajt qabel ma jużaw id-dejta. It-termini u l-kundizzjonijiet għall-użu tad-dejta huma disponibbli minn http://www.data-archive.ac.uk/orderingdata/termsandConditions.asp.
Jekk jogħġbok innota li x-xogħlijiet kollha li jużaw jew li jirreferu għal ESENER għandhom jirrikonoxxu s-sors tiegħu permezz ta' ċitazzjoni biblijografika fin-noti ta' qiegħ il-ħaġna jew fit-taqsima ta' referenza tal-pubblikazzjonijiet. Bl-istess mod, kull pubblikazzjoni, kemm jekk tkun stampata, elettronika jew imxandra, ibbażata kollha jew parzjalment fuq l-ESENER, għandha tirrikonoxxi lill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u lill-Arkivju tad-Dejta tar-Renju Unit. Din għandu jkollha dikjarazzjoni li l-EU-OSHA u l-Arkivju tad-Dejta tar-Renju Unit m'għandhom l-ebda responsabbilità għall-analiżi jew għall-interpretazzjoni ulterjuri tagħhom.

Taqsima tal-Osservatorju tar-Riskji
Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
Gran Via 33
E-48003
Iċċekkja l-għodda interattiva tagħna li turi r-riżultati tal-istħarriġ
