Arkivju
Bilbao hosts an International Conference on Occupational Risk PreventionDr Christa Sedlatschek, Director of EU-OSHA takes part in the opening of the 10th International Conference on Occupational Risk Prevention (ORP) held in Bilbao, Spain, from 23 to 25 May 2012. The aim of the event is to establish an international forum for the exchange of information on the latest developments in working methods, trends and projects in occupational safety, industrial hygiene, prevention management and other related areas. EU-OSHA also presents the new campaign “Working Together for Risk Prevention” at a stand in the Exhibition area. |
Jum l-Ewropa - 9 ta' Mejju - Kun parti mill-Unjoni EwropeaFid-9 ta' Mejju 1950, Robert Schuman ippreżenta l-proposti tiegħu dwar il-ħolqien ta' Ewropa organizzata, indispensabbli għaż-żamma ta' relazzjonijiet ta' paċi. L-EU-OSHA, bħala kontributur ewlieni għal postijiet tax-xogħol aktar b'saħħithom, aktar sikuri u aktar produttivi fl-Ewropa, tistieden liċ-ċittadini Ewropej f'dan id-9 ta' Mejju sabiex jimplimentaw is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fil-ħajja tagħhom ta' kuljum. Napo, l-eroj animat l-aktar famuż tagħna, jista' jagħtik ħafna eżempji tajbin ta' kif tista' tagħmel dan b'mod faċli u divertenti. Is-sigurtà bi tbissima kontra l-istorbju, il-kimiċi, ir-riskji waqt il-manutenzjoni, id-disturbi muskuloskeletriċi, ir-riskji tat-tindif, eċċ. EU-OSHA tiċċelebra Jum l-Ewropa f'Bilbao Naħdmu flimkien biex nevitaw ir-riskji |
Premju tal-Films għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa: Il-postijiet huma miftuħa għas-sottomissjoniGħar-raba' darba, EU-OSHA qiegħda tappoġġja l-Premju tal-Films għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa għall-aħjar dokumentarju dwar suġġetti relatati max-xogħol. Il-film rebbieħ sejjer jintgħażel matul il-Festival Internazzjonali ta' Leipzig għad-Dokumentarji u l-Films Animati. Premju tal-Films għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa 2012 |
28 ta' April 2012: Il-Jum Dinji għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol jenfasizza l-OSH fl-ekonomija ekoloġikaFit-28 ta' April, eluf ta' rappreżentanti tal-gvernijiet, min iħaddem u ħaddiema jiċċelebraw il-Jum Dinji għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, avveniment annwali li nbeda mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) għall-promozzjoni ta' xogħol sigur, li jippromwovi s-saħħa u deċenti. Is-suġġett ta' din is-sena jiffoka fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH) f'ekonomija ekoloġika - suġġett li diġà jinsab fl-aġenda tal-EU-OSHA. Aqra aktar dwar il-Jum Dinji għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol 2012 u l-proġett tagħna. |
Il-Kampanja l-ġdida dwar il-Postijiet tax-Xogħol li jippromwovu s-Saħħa: sejħa għal azzjoni għal ħidma flimkienL-EU-OSHA nediet il-Kampanja l-ġdida tagħha ta' sentejn dwar il-Postijiet tax-Xogħol li jippromwovu s-Saħħa dwar 'Naħdmu flimkien biex nevitaw ir-riskji' li ġibdet l-attenzjoni dwar l-importanza tat-tmexxija maniġerjali u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fit-titjib tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Il-Kummissarju tal-UE għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, is-Sur László Andor, flimkien ma' Dr. Christa Sedlatschek, id-Direttur tal-EU-OSHA u s-Sur Bo Smith, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru Daniż tal-Impjiegi nedew uffiċjalment il-kampanja fl-20 ta' April 2012 f'konferenza stampa fi Brussell. Aqra l-istqarrija għall-istampa |
Il-Jum Dinji tas-Saħħa 2012 – 7 ta' AprilIs-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għandhom rwol importanti biex jassiguraw ħajja professjonali itwal u aħjar kif ukoll jikkontribwixxu għal anzjanità iktar attiva. Matul din is-sena l-UE-OSHA diġà ippubblikat u se tkompli tippubblika informazzjoni relatata mal-promozzjoni ta' anzjanità attiva fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll se tkun qed tgħaddi l-messaġġ f'attivitajiet pubbliċi u konferenzi. L-UE-OSHA timpenja ruħha fil-Promozzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol biex tħeġġeġ it-titjib tas-saħħa u l-benessere fuq il-post tax-xogħol, u b'hekk jitnaqqsu l-ispejjeż tal-mard fost il-popolazzjoni tal-ħaddiema tal-UE, fosthom il-ħaddiema mdaħħla fiż-żmien. Il-Promozzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol twassal għal tnaqqis fl-assenteiżmu, tissaħħaħ il-motivazzjoni, u tittejjeb il-produttività. Daqqa t'għajn lejn il-Promozzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
Il-PE u l-aġenziji jippjanaw futur aħjar għall-ħaddiema żgħażagħIr-riżorsi, irrispettivament jekk humiex nazzjonali jew Ewropej, iridu jintużaw għall-ħolqien tal-impjiegi għall-ġenerazzjoni futura ta' ħaddiema fl-UE. Iż-żgħażagħ iridu jiġu impjegati f'impjiegi li huma siguri u xierqa. Importanti li jirċievu edukazzjoni rigward ir-riskji, minn meta jkunu żgħar sal-università, biex jiżviluppaw il-ħiliet, l-għarfien u l-imġieba meħtieġa għal meta jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Sir af aktar fuq is-seminar u aċċessa r-riżorsi tal-UEOSHA fuq iż-żgħażagħ u x-xogħol. |
Issieħeb b'mod uffiċjali fil-Kampanja tal-UEL-organizzazzjonijiet/kumpaniji internazzjonali jew Pan-Ewropej li huma lesti li jinvolvu ruħhom b'mod sostanzjali fil-Kampanja l-ġdida dwar il-Postijiet tax-xogħol li jġibu ’l quddiem is-Saħħa għall-2012-13 dwar "Naħdmu flimkien biex nevitaw ir-riskji" huma mistiedna sabiex jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom biex jissieħbu b'mod uffiċjali fil-kampanja. L-ewwel sensiela ta' applikazzjonijiet hija miftuħa mit-28 ta' Marzu sal-11 ta' Mejju 2012. |
L-istress fuq il-post ta' xogħol ser jiżdied, jgħidu 8 minn kull 10 persuni fi stħarriġ ta' opinjoni pan-Ewropew ewlieniIt-tieni Stħarriġ ta' Opinjoni tal-EU OSHA dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol jikkonkludi li l-istress relatat mal-impjieg huwa inkwetanti għall-parti l-kbira mill-forza tax-xogħol Ewropea. Fl-istħarriġ, li kopra iktar minn 35,000 intervista f'36 pajjiż Ewropew, ittieħdu l-opinjonijiet dwar l-istress relatat mal-impjieg, l-importanza tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-kompetittività ekonomika u għat-tixjiħ attiv. Ara r-riżultati kompluti fuq is-sezzjoni tagħna tas-saħħa u s-sigurtà f'ċifri Aqra l-istqarrija għall-istampa Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv u għas-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet tal-2012 |
Awguri lin-nisa ħaddiema kollha fil-Jum Internazzjonali tan-Nisa!It-8 ta’ Marzu, li oriġinarjament kien jissejjaħ il-Jum Internazzjonali tan-Nisa Ħaddiema, ilu jiġi ċċelebrat aktar minn 100 sena biex jirrikonoxxi r-rwol tan-nisa u l-kontributi tagħhom lis-soċjetà. In-nisa jammontaw għal 45% tal-popolazzjoni impjegata fl-Unjoni Ewropea. Iżda għad hemm wisq postijiet tax-xogħol li huma mfasslin bil-ħsieb ta’ ħaddiem tipiku maskili. Huwa meħtieġ approċċ aktar ‘sensittiv għall-ġeneru’ għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol biex il-ħajja fuq il-post tax-xogħol għan-nisa tkun aktar ħielsa mill-periklu, sigura u aktar produttiva. |





