Listi ta' kontroll għall-valutazzjoni tar-riskji tal-HWI
Aċċess dirett għall-: Għodda tal-valutazzjoni tar-riskji
X'inhi valutazzjoni tar-riskji?
Valutazzjoni tar-riskji tirreferi għall-proċess li bih jiġu evalwati r-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema minn perikli fuq il-post tax-xogħol.X'inhu l-għan ta' valutazzjoni tar-riskji?
Bosta Direttivi Ewropej dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol jeħtieġu valutazzjoni tar-riskji, iżda anki mingħajr ħtieġa legali sabiex issir valutazzjoni, hija prattika tajba li din issir, il-għaliex biha jkunu jistgħu jittieħdu miżuri effettivi sabiex tiġi protetta s-saħħa tal-ħaddiema. Il-proċess ta' prevenzjoni ta' inċidenti jibda bit-tnaqqis u, fejn fattibbli, bl-eliminazzjoni totali tar-riskji potenzjali, segwit bl-implimentazzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni kollettivi u, fl-aħħar nett, b'soluzzjonijiet ta' protezzjoni personali. Billi jidentifika u jevalwa r-riskji, min iħaddem, jew il-persuna fil-kontroll tax-xogħol għandhom ikunu f'pożizzjoni li:- Jieħdu deċiżjoni fuq liema miżuri ta' protezzjoni huma meħtieġa, filwaqt li jqisu r-rekwiżiti legali relevanti;
- Jikkontrollaw jekk il-miżuri fis-seħħ humiex adegwati;
- Jipprijoritizzaw kwalunkwe miżura oħra li jkun inħass il-bżonn tagħha;
- Turi li tkun saret deċiżjoni informata fuq is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema (eż. lill-ħaddiema jew lill-awtoritajiet regolatorji);
- Ara jekk ikunx sar titjib fil-livell ta' protezzjoni tal-ħaddiema.
Valutazzjoni tar-riskji
Valutazzjoni tar-riskji għandha tindirizza l-perikli, ir-riskji u l-ħsara li tista' sseħħ. Eżempju, x'aktarx li impjant kbir tal-kimiċi jkollu sistema ta' valutazzjoni teknika ferm, filwaqt li intrapriża żgħira li jkollha attivitajiet ta' riskju baxx teħtieġ sistema sempliċi u diretta.Il-valutazzjoni tar-riskji għandha:
- Tidentifika l-perikli;
- Tidentifika lil dawk il-ħaddiema li jistgħu jkunu f'riskju minn dawk il-perikli;
- Tagħti sitma tar-riskji involuti;
- Tqis jekk dawn ir-riskji jistgħux jiġu eliminati, u jekk le;
- Tiddeċiedi fuq miżuri addizzjonali meħtieġa (jekk ikun hemm bżonn) sabiex timpedixxi jew tnaqqas ir-riskji.
Biex issir taf aktar, niżżel id-dokument hawn taħt.
Għodda tal-valutazzjoni tar-riskji

