Dwar il-Kampanja
Post tax-Xogħol aħjar għal kulħadd
Sabiex negozju żgħir jirnexxi hemm bżonn ta’ ħafna xogħol. Kemm jekk qed temxxi n-negozju int stess, jew jekk qed taħdem bħala impjegat, jew tagħmel it-tnejn f’daqqa, faċli tgħid li s-saħħa u s-sigurtà hija l-aħħar ħaġa fuq moħħok.
Tista taħseb li din hija xi ħaġa li jridu jieħdu ħsieb tagħha biss l-organizzazzjonijiet il-kbar. Ħażin.
Ħafna negozji żgħar fl-Unjoni Ewropea diġà skoprew li meta s-saħħa u s-sigurtà jingħataw post ċentrali fuq il-post tax-xogħol dan jippermetti lil min jimpjega u lil impjegati sabiex jiksbu riżultati aħjar għalihom u għal klijenti tagħhom..
Post tax-Xogħol b’saħħtu huwa parti integrali ta’ kumpannija ta’ suċċess ”aġenda għal ġestjoni tal-kwalità”.
L-introduzzjoni ta’ l-inizjattiva għal-post tax-xogħol b’saħħtu
Kampanja ġdida dwar sigurtà u saħħa tiffoka fuq negozji żgħar fl-UE 10, fil-Bulgarija u fir-Romanija
Inizzjattiva mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol sabiex tipprovdi lil min jimpjega
u lil impjegati b’aċċess faċli għal informazzjoni ta’ kwalità dwar is-saħħa u s-sigurtà, l-Inizzjattiva għal-Post tax-Xogħol b’Saħħatu tipprovdi l-għodda kollha li hemm bżonn għal post tax-xogħol iktar sigur, b’saħħtu u produttiv.

