Kif tista' tagħmel sabiex il-postijiet tax-xogħol ikunu aktar siguri, ta' inqas periklu għas-saħħa u aktar produttivi?

Kemm jekk inti qed tmexxi n-negozju inti stess, taħdem għalih, jew qed tagħmel it-tnejn li huma f'daqqa, tista' taħseb li m'għandekx għalxiex tagħti wisq importanza lil kwistjonijiet tas-saħħa u s-sigurtà. Tista' taħseb li din hija ħaġa li l-organizzazzjonijiet il-kbar biss jeħtieġu jikkunsidraw? Imma jkollok żball - Il-kwistjonijiet ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol jikkunċernaw lil kulħadd. Dan huwa ta' ġid għalik. Huwa ta' ġid għan-negozju tiegħek.
Ħafna negozji żgħar fl-Unjoni Ewropea diġà sabu li meta jagħtu importanza xierqa lill-kwistjonijiet ta' saħħa u sigurtà, dan jippermetti mhux biss sabiex l-ispejjeż għolja ta' korrimenti jew telf fil-produzzjoni jiġu evitati imma jippermetti wkoll lill-impjegati u lil min jimpjega sabiex jiksbu riżultati aħjar għalihom, għan-negozji u l-klijenti tagħhom. Int ikkunsidrajtu dan?
Il-kampanja dwar l-Inizjattiva għal Post tax-Xogħol li jieħu ħsieb is-Saħħa tal-Ħaddiema hija inizjattiva ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u n-Netwerk tal-Punti Fokali nazzjonali tagħha li għandha l-għan li tipprovdi lil min jimpjega u lill-impjegati b'aċċess ħafif għal informazzjoni ta' kwalità dwar kif jistgħu jagħmlu l-post tax-xogħol tagħhom aktar sigur, aktar tajjeb għas-saħħa u aktar produttiv. Il-kampanja se tkun għaddejja fil-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, l-Islovenja u t-Turkija.
Ara l-punti Essenzjali għall-Valutazzjoni tar-Riskju, u skopri iktar dwar kif u għaliex għandek tagħmel valutazzjoni tar-riskju. Niżżel il-listi ta' kontroll tagħna dwar il-perikli u s-setturi.
Attendi għal seminar mingħajr ħlas u uża din l-opportunità sabiex tiltaqa' ma' professjonisti ta' kariga għolja fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol kif ukoll ma' min jimpjega u min hu mpjegat li diġà gawdew mill-benefiċċji ta' saħħa u sigurtà aħjar fuq il-post tax-xogħol. Se jingħataw ukoll aġġornamenti dwar regolamenti fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà, valutazzjonijiet tar-riskji, studju tal-każijiet u kuntatti utli fir-rigward tas-sostenn mill-UE
Tgħallem kif timplimenta politika effettiva dwar is-saħħa u s-sigurtàIs-seminars ta’ Healthy Workplace Initiative (HWI) (‘Inizjattiva għal Post tax-Xogħol Tajjeb għas-Saħħa’) se jerġgħu jibdew f’Settembru u se jibqgħu sejrin sa l-aħħar ta’ Novembru fit-12-il Stat Membru li ssieħbu l-aħħar fl-UE, kif ukoll fil-Kroazja u fit-Turkija. Hija opportunità mhux biss biex wieħed jitgħallem aktar dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol iżda wkoll biex wieħed jiltaqa’ ma’ professjonisti oħra minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). Ara l-kalendarju ta’ avvenimenti sabiex tara fejn se jsir l-eqreb seminar għalik. |
Appoġġa l-kampanja Ewropea tagħna dwar il-Problemi MuskuloskeletaliIl-Problemi Muskuloskeletali (Musculoskeletal Disorders - MSDs) huma problema ewlenija tas-saħħa relatata max-xogħol li tista’ taffettwak f’xi punt f’ħajtek. Huwa għalhekk li l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol qed tniedi kampanja ta’ sena dwar din il-kwistjoni. Involvi ruħek fil-kampanja tagħna għall-2007 u skopri kif tista’ “Tħaffef it-Tgħabija”. Visit the 'Lighten the Load' website |

